Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Sep 26, 2013 in Programmi, Waqtiet |

Waqtiet TVM: mit-Tnejn sal-Ġimgħa 15:55hrs

Waqtiet TVM: mit-Tnejn sal-Ġimgħa 15:55hrs

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

 

TVM: mit-Tnejn sal-Ġimgħa 15:55hrs TVM 2: mit-Tnejn sal-Ġimgħa 19:30hrs

Waqtiet huwa programm qasir ta’ madwar 5 minuti fejn ser naraw diversi nies min kull qasam tal-Ħajja, jgħamlu intervent qasir fuq suġġett/tema li huma jixtiequ jwasslu lit-telespettaturi ta’ TVM u TVM2.

Fl-ewwel ġimgħa, jiġifieri mit-tnejn 30 ta’ Settembru  sal Ġimgħa 4 t’Ottubru, ser naraw lil James Dimech, Jennifer Dimech, Fr Rene Camilleri, Oliver Friggieri u Joyce Cassar.  It-temi huma varjati ħafna, għalhekk it-telespettatur ser igawdi minn tagħrif interessanti u attwali li ser jitwassal lilhom  f’dawn il-programmi .

Fil-fatt James ser jitkellem dwar l-imħabba lejn in-natura u l-annimali,  Jennifer ser titkellem dwar l-esperjenza tagħha fil-Peru, meta sena ilu marret ma voluntieri oħra jagħmlu xogħol fil-missjoni MSSP.  Fr Rene’ tkellem dwar l-ittra riċenti li kiteb il-Papa Frangisku dwar l-importanza tad-djalogu anke ma min ma jemminx.  Oliver tkellem dwar il-ħsieb u kif jirraġuna l-moħħ tal-bniedem, u  Joyce ser titkellem dwar il-liberta’ ta’ kull persuna li għandha meta tiġi biex tagħmel l-għażliet tagħha.  L-importanza li wieħed għandu jkun infurmat. Għalhekk dawn l-interventi jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni għall min ikun qed jara t-televizjoni.

 

Produzzjoni eżekuttiva ta’ CAM Productions int. Direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

 

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web