Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Dec 8, 2013 in Waqtiet |

WAQTIET – mit-Tnejn 9 sal-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru 2013

WAQTIET – mit-Tnejn 9 sal-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru 2013

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

Fuq TVM fil-5.35PM

Fuq TVM2 7.30PM

L-ewwel ġurnata tal-ġimgħa jiġifieri t-tnejn 9 ta’ Diċembru ser jibdiha Mons. Salvinu Micallef, li huwa d-direttur ta’ l-uffiċċju missjunarju l-belt. Huwa mportanti li ngħarrfu li hemm tfal, kbar u anzjani li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna kontinwament, biex ikunu jistgħu jgħixu b’dinjita’.
Ser jitkellem dwar ix-xogħol siewi li qed jagħmel dan l-uffiċċju.  Jeanette Borg hija mara li għandha xogħol interessanti ħafna, kif ser tispjega f’din il-clip li ser naraw nhar it-tlieta.

Lucienne Pace, hija mara li temmen ħafna, u tara lil Ġesu’ bħalha dak li jgħinha anke f’diffikultajiet li jinqalgħu fil-ħajja ta’ kuljum. Il-professur Oliver Friggieri ser jitkellem dwar l-importanza li nżommu l’identita’ tagħna, Maltija u ma ninġarrux mal-kurrent ewropew.

L-importanza li ngħażlu li rridu nieħdu minn pajjiżi oħra u li ma jgħoġobnix inwarrbuh. Iż-żgħażugħa Janice Debattista titkellem dwar it-tagħlim u kif wieħed għandu jkun disponibbli għat-tfal, imma titkellem ukoll dwar l-importanza ta’ l-eżempju mill-ġenituri.
Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cam productions int.

Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp.

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web