Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Nov 4, 2013 in Programmi, Waqtiet |

WAQTIET MIT-TNEJN 4 TA’ NOVEMBRU, SAL-ĠIMGĦA 8 TA’ NOVEMBRU 2013. TVM- 5.35PM/TVM 2 – 7.30PM

WAQTIET MIT-TNEJN 4 TA’ NOVEMBRU, SAL-ĠIMGĦA 8 TA’ NOVEMBRU 2013. TVM- 5.35PM/TVM 2 – 7.30PM

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

 

 Edward Wright ser ikun l-ewwel mistieden ta’ din il-ġimgħa .  Illum huwa persuna mlaħħqa fil-qasam ta’ l-edukazzjoni .  Huwa wkoll missier, għalhekk għandu firxa wiesgħa ta’ suġġetti li jista’ jitkellem dwarhom. Nhar it-tlieta ser titkellem Dr Anna Vella, li hija taħdem ħafna ma tfajliet li jkollhom il-vizzju tad-droga u joħorġu tqal.  Anna Vella kienet għal xi snin il-presidenta tal-moviment ta’ Kana.  Għalhekk tista’ wkoll titkellem dwar it-tħejjija li jkollhom bżonn il-koppji qabel ma jiżżewġu.
Kulħadd xi darba jew oħra sema l-vuċi sabiħa ta’ Andrew Cauchi li ser ikun mistieden ieħor waqt dawn il-programmi qosra ta’ Waqtiet.
Andrew ukoll missier ta’ tlett xebbiet u jaħdem ma kumpanija tat-telefonija. James Dimech rajnieħ fl-ewwel programm Waqtiet, fejn rajnieħ ma l-annimali li qed jieħu ħsieb fil-’kitchen garden’ f’H'Attard. James huwa wkoll artist u jiddisinja u jagħmel proġetti ta’ djar u stabbilimenti oħra, kif ukoll jiddisinja sets tat-televizjoni.
Ġimgħat ilu rajna lill Massimiliana De Martino titkellem dwar il-ħbiberija, f’dan il-programm illum ser titkellem dwar il-volontarjat u l-esperjenza tagħha mal-fqar fi Sqallija.
Produzzjoni Eżekuttiva ta’ Cam Productions International.
Direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web