Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Nov 24, 2013 in Programmi, Waqtiet |

WAQTIET – Mit-Tnejn 25 Ta’ Novembru Sal-Ġimgħa 29 Ta’ Novembru 2013

WAQTIET – Mit-Tnejn 25 Ta’ Novembru Sal-Ġimgħa 29 Ta’ Novembru 2013

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

WAQTIET – Mit-Tnejn 25 Ta’ Novembru Sal-Ġimgħa 29 Ta’ Novembru 2013

Fuq TVM fil-5.35PM

Fuq TVM2 fis-7.30PM

Fr. Stephen Mifsud mssp, qiegħed fil-missjoni mssp fil-Filippini, fejn dan l-aħħar il-Filippini ntlaqtet ħażin ħafna mill-Urugan.  Fr. Stephen qed jaħdem ħafna maż-żgħażagħ u anke jmur jgħin lil Fr. Joe fil-ħidma tiegħu mal-fqar. Hu ser jgħidilna kif mill-faqar ta’ dawn in-nies hu jitgħallem u jipprova jgħix il-valuri li dawn in-nies, għalkemm ma għandhom xejn, xorta kuntenti. Daniela Borg nhar it-Tlieta ser titkellem dwar l-inkluzjoni, kif wieħed għandu ma jibżax mid-diversita’, ma jibżax minn nies ta’ nazzjonalita’, kulur u kultura differenti.  Anthony Bugeja, li nistgħu ngħidu ħadem ħafna tul ħajtu kollha biex in-nies li jbatu mill marda tal-kliewi jkunu aktar komdi l-isptar meta jmorru biex jużaw il-magni.  Fil-fatt Anthony ser ikellimna fuq il-bżonn li wieħed kemm f’ħajtu u kemm f’mewtu jagħti organi biex ikun hemm anqas tbatija f’dawn in-nies. Christine Delicata ser tisħaq dwar l-importanza li wieħed isib ħin biex jitkellem u jilgħab mat-tfal. Hi u r-raġel tagħha għandhom tlett itfal żgħar, allura taf xi tfisser li tqatta’ ftit ħin tilgħab u tisma’ lit-tfal jitkellmu.

Nhar il-ġimgħa ser naraw lil Natalie Grima mill-Ħanut ta’ l-Arka, il-Belt Valletta, fejn spjegat l-importanza li wieħed ikun jaf x’qed jixtri u min qed jaħdmu. Hija ħafna nvoluta fil-kummerċ ġust, fejn ħaddiema minn pajjiżi fqar, jista; jkollhom paga xierqa għalihom u għall-familji tagħhom.

Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cam Productions int.

Direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web