Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Oct 20, 2013 in Programmi, Waqtiet |

WAQTIET – MIT-TNEJN 21 T’OTTUBRU SAL-ĠIMGĦA 25 t’OTTUBRU FUQ TVM 5.35pm FUQ TVM2 11.00AM U 7.30PM

WAQTIET – MIT-TNEJN 21 T’OTTUBRU SAL-ĠIMGĦA 25 t’OTTUBRU FUQ TVM 5.35pm FUQ TVM2 11.00AM U 7.30PM

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

L-uffiċċju Missjunarju tal-Belt Valletta, għall-ġurnata missjunarja jagħmel ġabra ta’ flus specjali biex il-fondi li jinġabru jingħataw lill-missjunarji Maltin li qed jaħdmu f’pajjiżi mbiegħda. Fr Salvinu Micallef li huwa d-direttur ta’ dan l-uffiċċju ser ikellimna fuq dan. Koppja żgħażugħa  li għandha tlett it-tfal u qed tiffosterja tifel iehor, ser ikellmuna dwar l-isfida li llum kull koppja għandhom biex irabbu lit-tfal. Kemm hu mportanti t-time management.  Anna Maria u Darren Mizzi għandhom ħafna x’joffru lit-telespettaturi ta’ dan il-programm. Personalita’ li tintlaqa’ tajjeb ħafna ma min jaraha, Valerie Vella, ser tkellimna dwar is-sabiħ li tivvjaġġa f’pajjiżi differenti, biex taċċetta kulturi u nies oħra li jgħixu differenti minna. Reno Buġeja ser jispjega ir-rwol tax-xandar, ir-responsabbilta’ ta’ kull wieħed u waħda minnha biex inwasslu l-verita’. Valerie Brincat, qed trabbi tlett it-tfal li huma ‘autistic’. Kien importanti ħafna għaliha li mhux biss tipprova tgħin lit-tfal tagħha imma anke lil tfal oħra li għandhom din il-kundizzjoni.  Ser naraw x’għamlet waqt li kellmitna għal dan il-programm.

Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cam Productions int. Direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web