Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Nov 17, 2013 in Programmi, Waqtiet |

WAQTIET: Mit-Tnejn 18 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 22 ta’ Novrembru 2013

WAQTIET: Mit-Tnejn 18 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 22 ta’ Novrembru 2013

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

Fuq TVM Kulljum fil-5.35pm

Fuq TVM2 fis-7.30pm

Eżattament xagħar ilu Oliver Cuschieri, persuna b’diżabilita’, kien kellimna dwar l-importanza li persuni bħalhu jkollhom l-opportunitajiet ta’ xogħol, aċċess għal kullimkien u anke għajnuna minn nies oħra, biex il-ħajja tagħhom tkun aħjar. Fl-ewwel programm tal-lum Oliver ser jitkellem dwar l-importanza li l’għaqdiet li qed jippruvaw jgħinu f’dan il-qasam u oqsma oħra, jingħaqdu flimkien biex ikunu jistgħu anke jgħamlu aktar pressure fuq min hu responsabbli biex l-affarijiet isiru aħjar. Nhar it-tlieta ser niltaqgħu ma Fr. Alfred Vella fejn ser ikellimna dwar ix-xogħol mil-Maltin li qed jaħdmu fl-Ewropa. Ivan Grech il-kantant tal-Wintermoods ser ikellimna dwar l-importanza li permezz tal-mużika wieħed iferraħ lil ħaddiehor, wieħed isostni lil ħaddiehor meta jkun għaddej minn xi problema. Sister Anna Mallia, soru tal-klawsura ser tkellimna dwar il-qawwa tat-talb.  Dwar kif lil Ġesu’ tista’ tkellmu anke b’mod l-aktar sempliċi.  u fl-aħħarnett Ezekiel Vassallo, artist żgħażugħ , ser ikellimna dwar l-Arti u l-valuri.

Dawn kollha waqt il-programm qasir WAQTIET bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Cam Productions int.

Direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp

 

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web