Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Nov 9, 2013 in Programmi, Waqtiet |

WAQTIET Mit-Tnejn 11 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 15 Ta’ Novembru 2013 –

WAQTIET Mit-Tnejn 11 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 15 Ta’ Novembru 2013 –

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

Fuq TVM kulljum fil-5.35pm

Fuq TVM2 fis 7.30pm

Andrew Cauchi huwa l-ewwel mistieden li ser jitkellem f’Waqtiet, produzzjoni eżekuttiva ta’ Cam Productions int. Naħseb ħafna jafu li Andrew jispeċjalizza f’kant u mużika ta’ tifħir lil Alla. Għaliex għażel din it-triq? Kemm kien u għadu mportanti għalih li jfaħħar lil Alla bil-mużika li jikkomponi hu.  Kemm għenuh waqt mumenti difficli? It-tieni mistieden ser ikun David Schembri li huwa ‘social worker’ u jaħdem mat-tfal li joqgħodu f’Dar ta’ San Guzepp. X’jipprova jagħti lit-tfal li jgħixu hawn u li jkunu ġejjin minn ambjenti tad-dar diffiċli?  Huwa possibbli li jħobbhom daqs li kieku kienu tiegħu?  X’inhuma l-aktar bżonnijiet ta’ dawn it-tfal? Marco Cremona huwa t-tielet kelliem f’dan il-programm. Din id-darba mhux ser jitkellem dwar l-importanza ta’ l’ilma fil-ħajja tal-bniedem imma dwar is-sabiħ ta’ l-esperjenzi li kellhu meta siefer u għamel ic-‘challenge’ ta’ l-Everest. Esperjenzi bħal dawn jistgħu jibdlu l-ħsieb u l-għaġir tal-bniedem? Edward Wright ukoll ser jagħmel l-intervent qasir tiegħu fejn ukoll ser jitkellem fuq il-valur tal-ħsieb u tal-kelma. Fl-aħħarnett James Dimech li rajnieħ fl-ewwel programm fl-aħħar ta’ Settembru ser jagħmel il-ħsieb tiegħu dwar dak li jolqtu l-aktar fil-biedem in ġenerali .

Direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web