Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Jan 25, 2014 in Triq Waħda |

Triq Waħda – ONE – IL-ĦADD 26 TA’ JANNAR FIL 11.25AM.

Triq Waħda – ONE – IL-ĦADD 26 TA’ JANNAR FIL 11.25AM.

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

Fil-programm ta’ nhar il-Ħadd, Christine ser titkellem ma Fr. Ray Zammit, il-qassis residenti f’dan il-programm, dwar it-tajjeb kollu li ħalaq Alla, dwar għaliex wieħed jimrad, għaliex it-tbatija.  Kif it-tbatija tista’ twasslek għal aktar fidi f’Alla.

Dawn u mistoqsijiet oħra ser jiġu mwieġba fl-ewwel parti u fit-tieni parti ta’ dan il-programm ma ‘social worker’ li ilha taħdem mal Hospice Malta għal ħafna snin.  Illum wkoll ser naraw x’qal il-Papa Franġisku, f’Mejju li għadda, meta kien qed jitkellem lill-folol kbar ta’ nies.  Fil-fatt anke f’din il-ġimgħa l-Papa tkellem dwar il-faqar, dwar il-fatt li l-pajjiżi sinjuri jridu jagħmlu xi ħaġa issa, biex itaffu l-faqar fid-dinja.  Fl-aħħarnett, rokna li qed tintgħoġob ħafna, hija fil-kcina ma Sister Michaela Paris, usam, fejn illum ser issajjar “Apple crumble” ,  ħelu li jħobbu ħafna kemm it-tfal u kemm il-kbar.  Sister Michaela ser tkompli titkellem
dwar ix-xogħol siewi li jsir mat-tfal u żgħażagħ li jgħixu magħhom, fid-dar ta’ Gwardamangia.

Produzzjoni eżekuttiva ta’ CAM CPi Direzzjoni Fr Louis Mallia u Marthese Brincat

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web