Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Sep 26, 2013 in Programmi, SIBTILFIDI |

SIBTILFIDI – NET TV – IS-SIBT Fis-6.10pm

SIBTILFIDI – NET TV – IS-SIBT Fis-6.10pm

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

Massimiliana De Martino f’din l-iskeda, anzi mis-Sibt 5 t’Ottubru, ser tipprezenta l-programm socio reliġjuż SIBTILFIDI fejn flimkien ma’ mistiedna fl-istudios, ser tiffoka fuq dak li jgħidilna l-evanġelju tal-Ħadd.  Fil-fatt permezz dan il-programm ser naraw kif nistgħu fil-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum,  bid-diffikultajiet kollha li niltaqgħu magħhom, bil-problemi kollha li kull wieħed u waħda minnha għandu, u bis-sabiħ tal-Ħajja wkoll, ser naraw kif nistgħu u għandna ngħixu l-vanġelu bl-aħjar mod possibbli.

Fil-fatt l-Evanġelju li ser jinqara fil-knejjes tagħna ser jittratta qari skont San Luqa fejn qed jitkellem dwar il-Fidi. X’inhi l-Fidi, kif niksbuha, kif ngħożżuha, u kif tista tgħinna?  Fr. Ray Francalanza mill-Paroċċa ta’ Santu Wistin il-Belt ser jitkellem dwar  dan. Ser inkunu nafu wkoll xi ħaġa dwar din il-parroċċa u anke dwar l-Agostinjani. Dan il-qari u l-ispjega ser ikun ta’ benefiċċju għall min ma jistax jisma’ l-quddiesa fil-knisja.  Speċjalment għall-morda.

 

Żgħazagħ ser  jiddiskutu dan is-suġġett u suġġetti oħra fl-istudios ma’ Fr. Joe Inguanez.  Ser ikun feature iehor dwar persunaġġ mill-Bibbja, kemm ta’ l-Antik testment u anke mit-Testment il-ġdid.  L-ewwel persunaġġ li ser inkunu nafu aktar dwarhu hu MOSE.

 

Produzzjoni eżekuttiva ta’ CAM Productions int. Direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web