Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Nov 8, 2013 in Programmi, SIBTILFIDI |

SIBTILFIDI – Is-Sibt 9 ta’ Novembru 2013 – Fis-6.05pm

SIBTILFIDI – Is-Sibt 9 ta’ Novembru 2013 – Fis-6.05pm

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

Massimiliana De Martino ser tlaqqagħna ma aktar żgħażagħ li għandhom xi jgħidu u ma mistieden speċjali li ser ikompli jispjega s-suġġett li joħroġ mill-Evanġelju tal-Lum, li jittratta minn San Luqa, Kapitlu 20 versi 27 sa 38.  Vanġelu interessanti ħafna fejn xi Saducej staqsew lil Ġesu’ “Jekk ikun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal, it-tieni wieħed, u mbagħad it-tielet, f’kelma waħda, is-sebgħa li kienu, ħadu l-armla, u mietu bla ma ħallew tfal, Fl-aħħar mietet il-mara wkoll, Issa din, fil-qawmien tal-imwiet (li huma ma kienux jemmnu fiħ) mart min minnhom tkun, għax is-sebgħa jkunu żżewġuha.?” Ġesu’ ta’ risposta li forsi mhux faċli tinterpretaha llum, imma permezz tal-mistiedna u ta’ Fr Kalcidon Vassallo, wieħed ser ikollu idea ċara ta’ x’ried ifisser Ġesu’ bir-risposta li ta, u kif wieħed jista jgħix dak li għallem Ġesu’.
Produzzjoni Eżekuttiva ta’  Cam Productions  international, direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web