Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Mar 8, 2014 in SIBTILFIDI |

Sibtilfidi – 8 ta’ Marzu

Sibtilfidi – 8 ta’ Marzu

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

Fuq NET TV fis-6.05PM LIVE

Għada l-Ħadd ser ikun l-ewwel Ħadd tar-Randan, żmien fejn għandna naħsbu fuq il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu’ li niċċelebrawħ 40 gurnata wara. Għalhekk Massimiliana f’dan il-programm tal-lum, ser tiffoka fuq dan iż-żmien ukoll. Għalfejn jiġi r-Randan, għandu jibdilna? U kif għandu jibdilna?

Għadu jagħmel sens is-sawm u s-sagrifiċċju llum il-ġurnata f’socjeta’ fejn kulħadd irid kollox u issa? Mal-mistiedna ser tiddiskuti dawn u aktar, biex f’xi ħin tal-programm nisimgħu l-ispjega ta’ l-Evanġelju li ser jinqara il-Ħadd.  Fr. Sebastian Caruana mill-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar ser jagħmel l-ispjega tiegħu. Għall-aħħar tal-programm ser nagħtu tagħrif ukoll dwar persunaġġ bibliku fuq kitba ta’ Massimiliana De Martino li tippreżenta l-programm.

 

Produzzjoni ta’ Cam productions int. direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web