Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu
CPI

CPI

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

ĊAM Productions International (ĊPi), hija l-Production House fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).  Din hija organizzazzjoni li m’għandiex skop ta’ profitt, u taħdem bil-għan li tevanġelizza u toħloq kuxjenza missjunarja permezz ta’ pjattaformi differenti tal-midja.

Matul is-snin, ĊPi laħqet l-għan tagħha li tipproduċi dokumentarji reliġjużi u ta’ natura soċjo-reliġjuża ta’ livell professjonali, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.  Sa mill-1999, ĊPi ilha xxandar il-messaġġ nisrani f’eluf ta’ djar, permezz tal-programmi televiżivi li ta’ kull ġimgħa xxandar fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni.

Sabiex jintlaħaq dan, ĊPi hija attrezzata bi studjo u faċilitajiet oħra meħtieġa.  Matul din l-iskeda televiżiva, ċ-ĊPi qed tipproduċi l-progamm Sejjaħtli fuq Favourite TV, li din is-sena qiegħed fit-tnax-il sena tiegħu, UĊUĦ fuq NET TV u Sensilhena li jixxandar fuq TVM2 u TVM.

ĊPi ipproduċiet ukoll proġetti awdjo-viżwali li jippromwovu u joħolqu kuxjenza missjunarja, (speċjalment il-missjonijiet MSSP).  Proġetti li jesponu l-ġmiel ta’ kulturi, postijiet u reliġjonijiet differenti u li jistednuna ngħixu fil-paċi u f’armonija flimkien.  Għal dan il-għan, għal dawn l-aħħar għaxar snin, iċ-ĊPi ipproduċiet maratona ta’ sittin siegħa ta’ trasmissjoni u xandir b’risq il-missjonijiet MSSP fil-Peru, Pakistan, Filippinu, Dar San Ġużepp u għall-Evanġelizzazzjoni permezz tal-midja.

Permezz tal-portal ta’ Evanġelizzazjoni “fidi”, iċ-ĊPi issa ser tkun qed tiffaċċja sfida oħra:- dik li testendi l-viżjoni tagħha ta’ evanġelizzazzjoni, billi tutilizza l-forza tal-firxa li toffri l-midja mxandra fuq l-internet. Billi nvestiet f’faċilitajiet moderni, taspira li tilħaq firxa kbira ta’ nies, u twassal il-messaġġ tal-Evanġelju, li jibqa’ dejjem relevanti.

 

Servizzi provduti miċ-ĊPi:

  • Iffilmjar u edittjar (kemm barra kif ukoll ġewwa) ta’ intervisti, dokumentarji, drama u features qosra.
  • ĊPi għandha l-faċilitajiet neċessarji biex tipproduċi, tiffilmja, edittjar kemm tal-awdjo kif ukoll tal-vidjo, ppakkjar u studjos li jappella għal diversi ħtiġijiet professjonali f’dan il-qasam.

 

Faċilitajiet:

Studjo ta’ livell professjonali attrezzat bl-arja kkundizzjonata, dawl LED, struttura ta’ tlitt kameras HD għall-programmi u d-drama.

  • Kollegament ma’ żewġ stazzjonijiet tat-televiżjoni għal xandir live.
  • Tlett-ikmamar attrezzati għall-editjar.
  • Kamra tal-Awdjo b’mixsers u mikrofoni tal-irrekordjar tal-awdjo.
  • Riproduzzjonji ta’ DVDs.

 

Fidi  Kuntatt

Indirizz:                Dar ta’ San Gużepp, Triq il-Kbira, Santa Venera, SVR1010, Malta.
Telefon:               2144 4499

Emejl:                   fidi.org.mt: fidi@camcpi.org
Programmi:        marthese@camcpi.org

Facebook:           https://www.facebook.com/fidi.org.mt
CPI:                        https://www.facebook.com/camcpi