sensilhena | il-Ħamis 6 ta’ Ġunju fuq TVM2 fid-08.45 | II-Mużika
Dan ser ikun is-suġġett li Valerie Vella flimkien mal-mistiedna Ivan Grech, Pamela Bezzina u Sarah Spiteri, ser tiddiskuti waqt il-programm sensilhena, li ghalkemm dan mhux suġġett soċio reliġjuz, huwa suġġett li jista jqanqal ħafna nteress u ferħ lit-telespettaturi li jkunu qed jarawh. Interess fil-mużika ta’ kull tip, ħeġġa biex wieħed jagħti gost lil ħaddiehor bil-leħen u l-mużika tiegħu. Interess f’dak li jridu n-nies. Features minn kunċert li taw l-ANIMAE Gospel Choir ser jintwerew.
Repetizzjoni ta’ dan il-program is-Sibt 8 ta’ Ġunju fid-9.05am fuq TVM, il-Ħadd 9 ta’ Ġunju fl-9.45am fuq TVM2 u l-Erbgħa 12 ta’ Ġunju fil-11.30am fuq TVM2.
Produzzjoni eżekuttiva ta’ Ċam Productions int. taħt id-direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.