Il-Konċilju Vatikan II – Serje ta’ artikli qosra fuq fidi.org.mt
Matul din is-sena li fiha qeghdin niċċelebraw il-50 Anniversarju mill-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II, Fr James Kroeger, missjunarju mill-komunità Maryknoll u Professor tat-Teoloġija, ser qed ikun qed jagħtina stampa iktar ċara ta’ x’kien dan l-avveniment tant important fil-Knisja b’ħarsa lejn it-tagħlim u l-perspettivi ġodda li l-Ispirtu s-Santu nebbaħ il-Knisja, fil-missjoni tagħha.
Ftit mit-temi li ser jiġu trattati f’din is-serje:
• Introduzzjoni u Statistika Ġenerali
• Persuni strumentali: Ġwanni XXIII u Pawlu VI, fost oħrajn.
• Il-Kolonni tat-tiġdid fil-Knisja
• Il-Knisja u l-Lajċi
• Il-Kelma ta’ Alla
• It-tiġdid fil-Liturġija
• Il-Missjoni Soċjali tal-Knisja u s-sejħa missjunarja tagħha
• Il-Ħajja Reliġjuża
• Il-Kunsill jkellem lill-politikanti
• Il-Kunsill b’kelma lill-artisti
• Messaġġ liż-żgħażagħ.