Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Dec 21, 2012 in Avvent 2013 |

Avvent | 4 Ħadd Qari tal-Vanġelu

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

QARI TAL-LITURĠIJA TAL-ĦADD

IR-RABA’ ĦADD TA’ L-AVVENT

[SENA Ċ]

 

L-Ewwel Qari

[Mikea 5, 1-4a]

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Mikea

Dan jgħid il-Mulej:
Imma int, Betlehem ta’ Efrata,
ċkejkna fost il-familji ta’ Ġuda,
minnek għad joħroġli
dak li jkun prinċep f’Iżrael;
hu għandu l-bidu tiegħu mill-qedem,
sa minn dejjem ta’ dejjem.

Għalhekk il-Mulej jitlaqhom
sa meta teħles dik li hi fl-uġigħ tal-ħlas;
mbagħad il-bqija ta’ ħutu jerġgħu lura
fost ulied Iżrael.
U hu joqgħod jirgħa l-merħla tiegħu
bil-qawwa tal-Mulej,
bil-glorja ta’ isem il-Mulej, Alla tiegħu.

U huma jgħammru fiż-żgur,
għax issa tkun kbira setgħetu,
sa trufijiet l-art.
U dan ikun is-sliem!”

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

[Salm 79 (80)]

R/. Mulej, itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi

O Ragħaj ta’ Iżrael, agħti widen,
int li qiegħed fuq il-kerubini, iddi.
Qajjem il-qawwa tiegħek,
u ejja ħa ssalvana.

R/. Mulej, itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi

Erġa’ ejja, Alla ta’ l-eżerċti;
ħares mis-sema, u ara,
u żur ‘il din id-dielja.
Ħu ħsieb dak li ħawwlet lemintek,
ir-rimja li int kabbart għalik.

R/. Mulej, itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi

Ħa tkun idek fuq il-bniedem ta’ lemintek,
fuq il-bniedem li int saħħaħt għalik.
Aħna ma nitbegħdux minnek;
roddilna l-ħajja, u aħna nsejjħu ismek.

R/. Mulej, itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi

 

It-Tieni Qari

[Lhud 10, 5-10]

Qari mill-Ittra lill-Lhud

Ħuti, Kristu meta daħal fid-dinja qal:
“Sagrifiċċju  u offerta int ma ridtx,
imma ġisem int ħejjejt għalija;
vittmi  maħruqa  u  vittmi   għad-dnubiet
lilek ma għoġbukx.
Jien  imbagħad  għedt: ‘Hawn  jien,  ġejt
biexnagħmel ir-rieda tiegħek, O Alla,
kif fil-ktieb hemm miktub fuqi.”

 

L-ewwel qal: “Sagrifiċċji u offerti, vittmi maħruqa u vittmi għad-dnubiet, la ridthom u lanqas għoġbuk”, għalkemm dawn titlobhom il-Liġi.Mbagħad qal: “Hawn jien, ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek.” B’hekk Alla neħħa s-sagrifiċċji ta’ l-ewwel biex iqiegħed flokhom tat-tieni.Bis-saħħa ta’ din ir-rieda aħna konna mqaddsin, permezz ta’ l-offerta tal-ġisem ta’ Ġesù Kristu magħmula darba għal dejjem.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Hallelujah.
R/. Hallelujah.

Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej:
ħa jsir minni skont kelmtek!

R/. Hallelujah.

 

L-Evanġelju

[Lq 1, 39-45]

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak il- ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija.

Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? Għax ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej!”

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu

 

Niżżel it-test bħala pdf. [Sors: www.liturġijamalta.org]

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web