Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Nov 26, 2012 in Uncategorized |

Gaudium et Spes

Gaudium et Spes

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

KOSTITUZZJONI  PASTORALI1  DWAR  IL-KNISJA FID-DINJA  TALLUM

‘GAUDIUM  ET  SPES”

7 ta’ Diċembru, 1965

 

DAĦLA

 

1.    Għaqda intima tal-Knisja mal-familja kollha tal-bnedmin

L-hena  u t-tama, in-niket u t-tħassib tal-bnedmin tal-lum fuq kollox tal-foqra u ta’ dawk kolha li jbatu, huma wkoll il-hena u t-tama, in-niket u t-tħassib tad-dixxipli ta’ Kristu, u ma hemm ebda ħaġa li hi tassew tal-bniedem li huma wkoll ma jħossuhiex f’qalbhom.   Għaliex il-komunita’ tagħhom hija magħmulaminnbnedmin li, magħqudin flimkien fi Kristu, huma mmexxija mill-Ispirtu s-Santu fil-pellegrinaġġ tagħhom lejn is-Saltna tal-Missier u irċevew  messaġġ ta’ salvazzjoni biex iwassluh lil kulħadd.  Għalhekk din il-komunta’ tħoss ruħha magħquda tassew b’manjiea intima mal-ġens tal-bniedem u ma’ l-istorja tiegħu.

 

2.    Ma’ min jitkellem il-Konċilju

Għalhekk il-Konċilju Vatikan II, wara li daħal fil-fond fil-misteru tal-Knisja, igħaddi issa bla tlaqliq biex iwassal il-kelma tiegħu mhux biss lil ulied il-Knisja, lanqas  biss lil dawk li jsejħu isem Kristu, imma lill-bnedmin kollha, mingħajr għażla, fil-waqt li jixtieq jurihom kif huwa jifhem il-preżenza u l-ħidma tal-Knisja fid-dinja tal-lum.

Il-Konċilju għandu għalhekk quddiemu d-dinja tal-bnedmin jew il-familja sħiħa tal-bnedmin fil-kuntest taċ-ċirkustanzi kollha li fihom huma jgħixu.   Din id-dinja hija l-post ta’ l-istorja tal-bnedmin u ġġib is-sinjali ta’ l-isforzi tagħhom,  tat-telfiet tagħhom u tar-rebħiet tagħhom; dinja li l-insara jemmnu li hi maħluqa u miżmuma  mill-imħabba ta’ Dak li ħalaqha iżda li qiegħda ċertament taħt il-jasar tad-dnub;  imma Kristu, li kien imsallab u qam mill-mewt, ħelisha mit-telfien tal-Ħażen ippersonifikat u iddestinaha skond il-ħsieb ta’ Alla biex titbiddel u tassal għall-kompiment tagħha.

 

3.    Għall-qadi tal-bniedem

Fi  żminijietna l-ġens uman, għalkemm mimli bil-għaġeb bl-invenzjonijiet tiegħu u bil-qawwa tagħhom, spiss iżda jqanqal kwistjonijiet li jġagħluh jitħasseb dwar l-evoluzzjoni attwali tad-dinja, dwar il-post u l-ħidma tal-bniedem fl-univers, dwar is-sens ta’ l-isforzi tal-bnedmin wieħed wieħed u tal-bnedmin.  Għalhekk il-Konċilju,  fil-waqt li juri x’inhi l-fidi tal-poplu ta’ Alla kollu, magħqud fi Kristu, u jagħti xhieda tagħha, ma jistax jagħti prova akbar tal-għaqda, tal-qima u ta’ l-imħabba tiegħu lejn il-familja kollha tal-bnedmin li fiha hu jinsab ħlief blli jibda magħhom id-djalogu dwar dawn il-problemi, jagħti d-dawl li ġej mill-Evanġelju joffri għall-użu tal-bnedmin l-enerġja ta’ salvazzjoni li l-Knisja, immexxija mill-Ispirtu s-Santu, tirċievi mingħand il-Fundatur tagħha.   Jeħtieġ  tkun salvata l-persuna tal-bniedem u tinbena l-għaqda tal-bnedmin. Għalhekk il-qofol ta’ dak kollu li sa ngħidu huwa l-bniedem, imma  l-bniedem sħiħ, ġisem u ruħ flimkien, qalb u kuxjenza, dehen u rieda.

Għalhekk il-Konċilju Mqaddes, fil-waqt li jxandar il-kobor mill-aktar għoli tas-sejħa tal-bniedem u jafferma li nżergħet fih żerriegħa divina, joffri lill-bnedmin il-kooperazzjoni sinċiera tal-Knisja biex titwaqqaf dik l-għaqda ta’ aħwa bejn kulħadd li taqbel  ma’ dik is sejħa.

Il-Knisja m’hix immexxija minnxi ambizzjoni tal-ħwejjeġ ta’ l-art iżda tfittex dan biss: li, taħt it-tmexxija ta’ l-Ispirtu s-Santu, tkompli l-istess ħidma ta’ Kristu li ġie fid-dinja biex jagħti xhieda lill-verita, biex isalva u mhux biex jikkundanna, biex jaqdi u mhux biex ikun moqdi2

 

 

Espożizzjoni Introduttiva

IL-KONDIZZJONI  TAL-BNIEDEM  FID-DINJA

TAL-LUM

 

4.  Tama u ansjeta’

 

Biex  tagħmel dan ix-xogħol huwa dmir tal-Knisja li l-ħin kollu teżamina s-sinjali taż-żminijiet u tinterpretahom fid-dawl ta’ l-Evanġelju, u hekk, b’manjiera addattata għal kull ġenerazzjoni, tkun tista’ twieġeb għal dak li-bnedmin dejjem jistaqsu dwar is-sens tal-ħajja ta’ issa u tal-ħajja li għad trid tiġi, u kif dawn għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin. Għalhekk  jeħtieġ tagħraf u tifhem id-dinja li fiha li ngħixu u wkoll it-tamiet tagħha, ix-xewqat tagħha u x-xejra, spiss drammatika, tagħha.  Il-karatteristiċi  l-aktar importanti tad-dinja tal-lum jistgħu jkunu  delineati kif ġej.

Il-bnedmin  il-lum qegħdin igħxu żmien ġdid ta’ l-istorja tagħhom li fih qegħdin isiru tibdiliet profondi u mgħaġġlin li bil-ftit il-ftit qegħdin jixterdu mad-dinja kollha.  Dawn it-tibdiliet ġejjin kollha mill-intelliġenza u mill-ħidma kreattiva tal-bnedem, u għandhom effett fuq id-deċiżjonijiet u x-xewqat tiegħu, kemm individwali kemm kollettivi, u fuq il-manjiera kif jaħseb u kif iġib ruħu mal-ħwejjeġ ta’ madwaru u mal-bnedmin. Għalhekk  nistgħu ngħidu li għandna tassew tibdila soċjali u kulturali li għandha r-rifless tagħha wkoll  fuq  il-ħajja  reliġjuża.

Kif  jiġri f’kull kriżi ta’ svilupp, din it-tibdila ġġib magħha diffikultjiet mhux ħlief. Hekk,  fil-waqt li l-bniedem jifrex hekk fil-wisa’ l-qawwa tiegħu, mhux dejjem jirnexxilu jġegħilha taqdih. Jisforza  biex jidħol sewwa fih innifsu, imma spiss jidher aktar inċert minnu nnifsu.  Jagħraf  ftit ftit aħjar il-liġijiet tal-ħajja soċjali, imma jibqa’ ma jafx kif imexxihom.

Il-bnedmin  qatt ma kellhom f’idejhom daqstant ġid u possibiltajiet ta’ qawwa ekonomika, u b’danakollu biċċa kbira mill-bnedmin għadhom itturmentati mill-ġuħ u mill-miżerja, u għadd bla qies għadhom ma jafux jaqraw.  Qatt  bħal-lum il-bnedmin ma kellhom sens hekk qawwi tal-liberta’ u b’danakollu jeżistu għamliet ġodda ta’ jasar soċiali u psikiku.  Fil-waqt  li d-dinja tagħraf hekk ċar li hija ħaġa waħda u li wieħed jiddependi mill-ieħor u li għalhekk il-bnedmin għandhom jingħaqdu, hija bil-fors miġbuda f’direzzjonijiet opposti ħtija ta’ qawwiet kuntrarji għal xulxin; infatti għad hemm nuqqasijiet kbar ta’ ftehim fil-politika, fis-soċjeta, fl-ekonomija, fir-razez u fl-ideat u lanqas ma naqas il-periklu ta’ gwerra totali li tista’ teqred kollox.   Waqt li kibret il-komunikazzjoni ta’ l-ideat, il-kliem li bih l-deat l-aktar importanti jitfissru fl-ideoloġiji differenti ma jfissrux l-istess ħaġa.  Fl-aħħarnett qed isir kull sforz biex jinbena ordni temporali aktar perfett, iżda l-progress spiritwali m’ hux miexi ‘l quddiem  bl-istess  pass.

Imfixklinminnsitwazzjoni hekk  kompless ħafna nies ta’ żmienna ma jistgħux jagħirfu sewwa dawk il-valuri li jibqgħu għal dejjem u jarmmonizzawhom kif imiss ma’ dawk li qegħdin jingħarfu l-lum; għalhekk,minnnaħamimlija tama uminnnaħaoħra mimlijin ansjeta’, jinsabu mtaqqlin bl-inkwiet waqt li jsaqsu lilhom infushom dwar l-evoluzzjoni li qed issir fid-dinja.  Din il-qagħda tisfida, jew aħjar iġġiegħel, il-bniedem li jagħti tweġiba.

 

 

5.  Tibdiliet  profondi

Dan it-tqanqil spiritwali li qed naraw il-lum, u dan it-tibdil fil-kondizzjonijiet tal-ħajja, huma marbutin ma’ bidla oħra akbar li twassal biex fil-formazzjoni intellettwali qed ikollhom importanza li tegħleb ix-xjenzi matematiċi u naturali jew dawk li jittrattaw dwar il-bniedem u fil-qasam ta’ l-azzjoni qiegħda tegħleb it-teknika li hija bint ix-xjenza.  Din il-mentalita’ xjentifika tfassal il-kultura u l-manjiera tal-ħsieb b’mod differentiminn dak ta’ l-imgħoddi.   It-teknika,  mbagħad, tant imxiet ‘il quddiem li biddlet wiċċ l-art u qiegħda ifittex  li  tirbaħ  l-ispazji lil hinn minnha.

L-intelliġenza  tal-bniedem qiegħda f’xi sens tkabbar is-setgħa tagħha saħansitra fuq iż-żmien; fuq l-imghddi permezz tat-tiftix storiku, fuq li għad jiġi bil-prospettivi u bi pjanifikazzjoni.  Il-progress  tax-xjenzi bioloġiċi, psikoloġiċi u soċjali mhux biss igħin ‘il-bniedem biex jagħraf aħjar lilu nnifsu imma jqiegħdu wkoll f’kondizzjoni li jinfluwixxi direttament fuq il-ħajja tas-soċjetajiet l-użu tal-metodi tekniċi.   Hekk ukoll il-bniedem dejjem qed jaħseb aktar li jaraminnqabel u jikkontrolla t-tkattir tiegħu fil-għadd tal-popolazzjoni.

L-istorja  nnifisha miexja hekk bil-ħeffa li l-bnedmin, wieħed wieħed, bil-kemm jistgħu jilħqu magħha.  Id-destin  tal-qagħda tal-bnedmin qed isir wieħed u m’hux iżjed imqassam u mxerred bħal fi ġrajjiet differenti.  B’hekk il-bnedmin igħadduminnidea aktarx statika ta’ l-ordni tar-realta’ għal kumpless kbir ta’ problemi ġodda li jitlob analisi u sintesi ġodda.

 

6.   Tibdiliet soċjali

Bl-istess mod, tibdiliet dejjem aktar profondi qegħdin  isiru fil-komunitajiet lokali traddizjonali — bħall-familji patrijarkali,  klann, tribu’, rħula – fil-gruppi differienti u fir-relazzjonijiet soċjali.

Bil-mod il-mod qed tixtered l-għamla ta’ soċjeta’ industrjali li tiffavorixxi ekonomija ta’ ġid kotran f’xi nazzjonijiet u tbiddel mill-qiegħ l-ideat u ll-kondizzjonijit tal-ħajja li ġejjinminnżmien ilu.  Hekk ukoll tikber il-ġibda u t-tfittixija tal-ħajja fl-ibliet, kemm minħabba  ż-żjieda fil-għadd ta’ l-ibliet u ta’ dawk li jgħixu fihom kemm minħabba t-tixrid fil-kampanja  tal-għamliet  ta’  ħajja  li  hemm  fl-ibliet.

Mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali ġodda u aktar ipperfezzjonali jiffavirixxu, b’modusa’ u eħfef, it-tagħrif ta’ kull ma jiġri fid-dinja u tixrid ta’ l-ideat u tas-sentimenti billi jqanqlu  katina  ta’  reazzjonijiet  marbutin  ma’  xulxin.

Lanqas ma għandna nissottovalutaw il-fatt li ħafna nies, imġegħlin,minnraġunijiet differenti,  biex  jemigraw,  ibiddlu  l-manjieri  tal-ħajja  tagħhom.

B’dan il-mod u bla waqfien jiżdiedu r-relazzjonijiet tal-bnedmin bejniethom, u din is-”soċjalizzazzjoni”, min-naħa tagħha, toħloq relazzjonijiet ġodda mingħajr, min-naħa l-oħra, ma tgħin dejjem biex jimmturaw in-nies u biex ir-relazzjonijiet ikunu tassew perpsonali (“personalizzazzjoni”).

Evoluzzjoni ta’ din ix-xorta tidher aktar fin-nazzjonijiet li għandhom diġa progress ekonomiku u tekniku, imma tqanqal ukoll dawk il-popli li għadhom qegħdin jisviluppapw u li jixtiequ jiksbu għall-pajjiżi tagħhom il-ġid ta’ l-industrjalizzazzjoni u ta’ l-urbanizzazzjoni.  Dawn il-popli, l-aktar jekk marbutinminntraddizzjoniet aktar antiki, ifittxu wkoll li jġeddu b’mod li jkunu jistgħu jużaw il-liberta’ b’mod iżjed matur u aktar personali.

 

 

7.   Tibdiliet   psikoloġoċi,  morali  u  reliġjużi

It-tibdil fil-mentalita’ u fl-istrutturi spiss iġib miegħu kwistjonijiet dwar il-valuri tradizzjonali l-aktar fost iż-żgħażagħ li, ħafna drabi bla sabar, isiru ribelli għax ma jħossux ruħhom kuntenti u, persważi mill-importanza tagħhom fil-ħajja soċjali, iridu jiksbu mill-aktar fiss il-post tagħhom fiha.  Minħabba f’daqshekk il-ġenituri u l-edukaturi jsibu ruħhom kuljum  f’diffikultajiet  akbar   fil-qadi  ta’  dmirijiethom.

L-istituzzjonijiet, il-liġijiet, il-manjieri ta’ ħsieb u ta’ sentimenti, li ntirtu mill-imgħoddi, mhux dejjem jaddattaw irwieħhom sewwa għall-qagħda tal-lum; u minn hawn tiġi  l-konfużjoni  fil-mod  li  wieħed  igħix  u fl-istess valuri li fuqhom wieħed ifassal ħajtu.

Saħansitra l-ħajja reliġjuża qiegħda taħt l-influwenza tal-kondizzjonijiet ġodda. Minnnaħawaħda sens akar fin ta’ kritika jwarrab mid-dinja kull idea ta’ sħarijiet u superstizzjonijiet u jitlob li l-bnedmin jilqgħu l-fidi b’manjiera aktar personali u attiva; għalhekk huma bosta  dawk  li jaslu għal sens aktar ħaj ta’ Alla.  Iżda  mill-banda  l-oħra għadd dejjem jikber ta’ nies jinfirdu mir-reliġjon.   Il-lum,  mhux bħal dari, li tiċħad ‘l Alla jew ir-reliġjon, jew li tgħix qisu ma kenux hemm, m’huwiex fatt eċċezzjonali jew ta’  x’uħud biss;  il-lum dan l-atteġġjament mhux rarament huwa ippreżentat bħala ħtieġa tal-progress xjentifiku jew ta’ xorta ġdida ta’ umanismu.  Dan  kollu  f’bosta  pajjizi  ma  jidhirx biss fir-raġunamenti tal-filosfi imma jixtered bil-kotra fil-qasam tal-letteratura, ta’ l-arti, ta’ l-interpretazzjoni tax-xjenzi umani u ta’ l-istorja, saħansitra fl-istess liġijiet ċivili, u għalhekk  ħafna  jitħawdu.

 

8   Nuqqas ta’  ekwilibriju  fid-dinja  tal-lum

Bidla hekk mgħaġġla li spiss saret kif ġie ġie, u l-kuxjenza nnifisha li ħafna ħwejjeġ ma jaqblux bejniethom fid-dinja, iqajmu jew ikabbru kontradizzjonijiet u nuqqasijiet ta’ ekwilibriju.

L-ewwelnett fil-persuna nnifisha jidher spiss nuqqas ta’ ekwilibriju bejn intelliġenza prattika moderna u sistema ta’ ħsieb teoretiku li ma jirnexxilux jikkontrolla l-qabda tagħrif li għandu u jqegħdu sewwa f’ordni jew f’sintesi.  Jinħoloq  ukoll  nuqqas ta’ ekwilibriju bejn il-preokkupazzjni għall-effiċjenza prattika u dak li titlob il-kuxjenza; ħafna drabi wkoll bejn il-kondizzjonijiet tal-ħajja kolletttiva u l-ħtieġa li wieħed għandu li jaħseb b’manjiera personali u l-bżonn tal-kontemplazzjoni.  Minn  hawn  jiġi  n-nuqqas  ta’  ekwilibriju  bejn l-ispeċjalizzazzjoni  tal-ħidma  tal-bniedem  u  l-viżjoni  universali  tar-realta’.

Fil-familja mbagħad iqumu t-tensjonijiet sew mit-toqol tal-kondizzjonijiet soċjali jew ekonomiċi, sew mid-diffikultajiet li jqumu bejn il-ġenerazzjonijiet li jiġu waħda wara  l-oħra,  sew  mill-ħtiġiet  soċjali  ta’  għamla  ġdida  bejn  ir-raġel  u  l-mara.

Jinqalgħu wkoll diverġenzi bejn ir-razez u bejn il-gruppi differenti tas-soċjeta’; bejn nazzjonijiet għonja u oħrajn neqsin jew foqra; fl-aħħarnett bejn istituzzjonijiet internazzjonali li nibtu mix-xewqa tal-popli għall-paċi,  u l-ambizzjoni li wieħed ixerred l-ideoloġija  tiegħu  u  l-egoiżmi  kollettivi  li  jinsabu  fl-istati  jew f’organizzazzjonijiet oħra.

Minnhawn jiġu n-nuqqas ta’  fiduċja u ta’ ħbiberija, ġlied  u mrar, li tagħhom il-bniedem  huwa  fl-istess  ħin  kawża  u  vittma.

 

 

9.    Ix-xewqat  l-aktar  universali  tal-bnedmin

Sadattant qed tikber il-persważjoni li l-bnedmin mhux biss jistgħu u għandhom isaħħu aktar setgħethom fuq il-ħolqien imma li hu wkoll xogħolhom li jibnu ordni politiku, soċjali u ekonomiku li jaqdi dejjem aktar u aħjar il-bniedem u jgħin  il-bnedmin, wieħed wieħed  u  miġburin  fi  gruppi,  biex  jaffermaw  u  jisviluppaw  id-dinjita’  tagħhom.

Għalhekk ħafna qegħdin jitolbu bil-ħerqa dak il-ġid li huma,  b’kunxjenza  ċara, jaħsbu li kienu mċaħħdin minnu b’inġustizzja jew bi tqassimmhux kif imiss.  L-istati li għadhom qed jisviluppaw,  bħal dawk  li għadhom kemm kisbu l-indipendenza, jixtiequ jkollhom  sehem  fil-benefiċċji taċ-ċivilta’ moderna mhux biss fil-kamp politiku imma wkoll f’dak ekonomiku u li jkunu jistgħu fil-liberta’ jagħmlu l-parti tagħhom fid-dinja.   Iżda fl-istess waqt huma qegħdin jibqgħu kuljum iżjed ‘lura u spiss ħafna jsiru iżjed dipendenti, fil-qasam ekonomiku wkoll,  min-nazzjonijiet aktar għonja li jkomplu sejrin ‘il quddiem b’aktar ħeffa.   Il-poplu  maħkumin  mill-ġuħ  isejħu lill-popli aktar għonja.  In-nisa jitolbu, fejn għad m’għandhomx, l-ugwaljanza ma’ l-irġiel, mhux  biss bħala dritt imma bil-fatti.  Ħaddiema u bdiewa ma jridux biss jaqilgħu dak li jenħtieġ għall-ħajja imma jridu jisviluppaw il-personalita’ tagħhom  bix-xogħol u jagħtu wkoll sehemhom fl-organizzazzjoni tal-ħajja ekonomika, soċjali, politika u kulturali.  Għall-ewwel darba fl-istorja  tal-bniedem, il-popli huma l-lum persważi li l-benefiċċji taċ-ċivilta’ tassew jistgħu u għandhom  jitwasslu  lil  kulħadd.

Taħt  dawn l-esiġenzi kolha hemm aspirazzjoni aktar profonda u universali.  Il-bnedmin, wieħed wieħed, jew fi gruppi organizzati, jixtiequ ħajja sħiħa u ħielsa li tixraq lill-bniedm u li tapplika għall-qadi tiegħu dak kollu li d-dija tista toffri hekk bl-abbundanza.  In-nazzjonijieti  qegħdin ukoll iħabirku dejjem aktar biex jaslu għal ċerta komunita’ universali.

F’dawn iċ-ċirkustanzi d-dinja l-lum tidher fl-istess ħin qawwija u dgħajfa, kapaċi tagħmel l-aħjar u l-agħar, fil-waqt  li quddiemha tinfetaħ it-triq tal-ħelsien jew tal-jasar,  tal-progoress jew tar-rigress,  ta’ l-imħabba ta’ l-aħwa jew  tal-mibegħda.  Barra  minndan il-bniedem jifhem li jiddependii minnu jekk jużax tajjeb il-forzi misjubin minnu stess u li jistgħu  jew  ijassruh jew jaqduh.   Għalhekk  huwa jagħmel lilu nnifsu ċerti mistoqsijiet.

 

10.  Il-mistoqsijiet  l-aktar  profondi  tal-bniedem

Tabilħaqq  il-ħafna nuqqas ta’ ekwilibriju li jinsab fid-dinja tal-lum huwa magħqud ma’ dak in-nuqqas ta’ ekwilibiriju iżjed fundamentali li għandu egħruq u fil-qalb tal-bniedem.   Ħafna  lmenti li ma jaqblux bejniethom jinsabu sewwasew fil-bniedem.   Għaliex waqt li minnnaħawaħda bħala maħluq iħoss li għandu ħafna limitazzjonijiet,  min-naħa l-oħra jħoss li m’għandux limiti fix-xewqat tiegħu u li hu msejjaħ għal ħajja ogħla.  Miġbud minnħafna xewqat, huwa dejjem imġiegħel jagħżel xi waħda minnhom u jiċċaħħad mill-oħrajn.  Dak li hu agħar, għaliex dgħajjef u midneb,  mhux rarament jagħmel dak li kieku ma jridx u jħalli dak li kieku jixtieq jagħmel1.  Għalhekk fih innifsu jħoss bħal xi ħaġa  li tqassmu,  li minnha jqum ukoll ħafna tilwim  gravi fis-soċjeta’.  Ċertament dawk li jgħixu f’materjalismu  prattiku huma ‘l bogħod ħafna mill-jifhmu sewwa din il-qagħda drammatika, jew għall-anqas, meta jkunu milqutin mill-miżerja,  ma jistgħux jirriflettu sewwa fuqha.  Ħafna  jaħsbu li  jsibu l-mistrieħ f’interpretazzjoni tar-realta’ proposta lilhom f’manjieri differenti ħafna.  X’uħud imbagħad jistennew il-ħelsien sħiħ tal-bniedem  mill-isforzi tiegħu biess u huma persważi li s-saltna tal-bniedem li għad tiġi fuq l-art għad tissoddisfa x-xewqat kollha ta’ qalbu.   Lanqas jonqsu x’uħud li, qalbhom maqtugħa li jagħtu xi skop lill-ħajja, ifaħħru lil dawk li, għaliex jaħsbu li l-eżistenza tagħhom minnha nnifisha ma tfisser xejn, jażżardaw ifittxu li jgħtuha tifsira sħiħa  biss bl-intelliġenza tagħhom.  B’danakollu, quddiem din l-evoluzzjoni tad-dinja, qed jikber l-għadd ta’ dawk li qed jagħmlu jew qed iħossu b’forza aqwa l-mistoqsijiet  ewlenin:  x’inhu l-bniedem?   Liema tifsir għandhom it-tbtija, il-ħażen, il-mewt li  minkejja l-progress kollu għadhom jeżistu?  X’jiswew  dawn ir-rebħiet li qamu prezz tant għoli?   X’inhu  jagħti l-bniedem lis-soċjeta’  u  x’jista’  jistenna  minnha?   X’se  jiġi wara din il-ħajja?

Il-Knisja temmen li Kristu, li miet u rxoxta għal kulħadd2, jagħti lill-bniedem, permezz ta’ l-Ispirtu tiegħu, dawl u qawwa biex iwieġeb għall-ogħla sejħa tiegħu; u m’hemmx isem ieħor mogħti  lill-bniedem fl-art li bih jista’ jsalva3.   Temmen  ukoll  lil  fil-Mulej u Mgħallem tagħha ssib il-muftieħ, iċ-ċentru u l-iskop tal-bniedem u ta’ l-istorja tiegħu.   Barra hekk, il-Knisja tgħid li taħt it-tibdiliet kollha li jsiru hemm xi ħaġa li ma titbiddilx u temmen li dawn it-tibdliet għandhom ukoll l-ewwel pedament tagħhom  f’Alla  li  ħalaqhom u fi Kristu lihu dejjem l-istess, il-bieraħ,  il-lum u għal dejjem4.    Hekk,  fid-dawk ta’ Kristu, xbieha ta’ Alla li ma jidhirx,  l-ewwel fost il-ħlejjaq kollha5, il-Konċilju jrid ikellem lil kulħadd biex idawwal il-misteru tal-bniedem u jagħti sehmu fit-tfittxija ta’ tweġiba  għall-aqwa  problemi  ta’  żmienna.

 

 


L-EWWEL  TAQSIMA

 

IL-KNISJA   U   S-SEJĦA   TAL-BNIEDEM

 

11.             Inwieġbu  għat-tqanqil  ta’  l-Ispirtu

Il-Poplu ta’ Alla, imqanqal mill-fidi li biha jemmen li huwa mmexxi mill-Ispirtu tal-Mulej li jimla l-univers kollu,  ifittex li  jilmaħ fil-ġrajjiet, fl-esiġenzi u fix-xewqat li jaqsam mal-bnedmin l-oħra ta’ żmienna liema huma tassew is-sinjali tal-preżenza u tal-pjanijiet ta’ Alla.   Għax  il-fidi ddawwal kollox b’dawl ġdid u turi x’għandu f’moħħu Alla dwar is-sejħa sħiħa tal-bniedem, u għalhekk tmexxi l-intelliġenza lejn soluzzjonijiet għal kollox umani.

F’dan  id-dawl, il-Konċilju fi ħsiebu qabel xejn jagħti ġudizzji fuq dawk il-valuri li l-lum huma miżmumin fi stima l-aktar kbira u juri r-rabta li għandhom ma’ Alla li hu l-għajn tagħhom.  Għax dawn il-valuri, għaliex ġejjin mill-inġenju tal-bniedem mogħti lilu minn Alla, huma wisq tajbin;  imma  ħtija tat-taħsir ta’ qalb il-bniedem, m’hux rari li jiġu mbiegħda  mill-ordni  li  jmisshom  iżommu  u  għalhekk  ikun  jeħtieġ  li  jissaffew.

Kif  taħsibha l-Knisja dwar il-bniedem?    X’jidher  li għandu jkun irrikkmandat biex tinbena s-soċjeta’ tal-lum?  X’inhi  t-tifsira aħħarija ta’ l-attivita’ tal-bniedem fl-univers?   Dawn  il-mistoqsijiet  jitolbu tweġiba.  Minn  din  it-tweġiba  jkun  jidher aktar ċar li l-poplu ta’ Alla u l-ġens  tal-bnedmin,  li fih il-poplu ta’ Alla qiegħed,  jaqdu  lil xulxin u hekk  tidher  in-natura  reliġjuża  u  għalhekk  profondament  umana  tagħħa.

 

 

KAP   I

 

ID-DINJITA’  TAL-PERSUNA  TAL-BNIEDEM

 

12.   Il-bniedem  xbieha  ta’  Alla

Dawk li jemmnu u dawk li ma jemmnux x’aktarx ilkoll jaqblu illi kull ma hawn fuq l-art  kollox  iħares  lejn  il-bniedem  bħala  ċ-ċentru  u  l-ogħla  pont  tiegħu.

Imma  x’inhu l-bniedem?   Huwa fisser u għadu jfisser ħafna fehmiet fuqu nnifsu, uħud differenti oħrajn ukoll kontrarji, li  bihom bosta drabi jew jogħla tant li jagħmel lilu nnifsu regola assoluta, jew jitniżżel sal-qtigħ il-qlab u hekk  jispiċċa fid-dubju u fl-ansjeta’.  Il-Knisja tħoss profondament dawn id-diffikultajiet  u tista’ tagħti għalihom weġiba li teħodha mit-tagħlim tar-rivelazzjoni ta’ Alla, tweġiba li turi tassew il-kondizzjoni tal-bniedem, tagħti raġuni tal-miżerji tiegħu, u fl-istess ħin tgħinu jagħraf sewwa d-dinjita’ u s-sejħa tiegħu.

L-Iskrittura Mqaddsa, infatti,  tgħallem li l-bniedem kien maħluq “xbieha ta’ Alla”, kapaċi li jagħraf u jħobb lil Dak li  ħalqu u li qiegħdu fuq il-ħlejjaq kollha ta’  l-art  bħala sid tagħhom1 biex jaħkem fuqhom u jinqeda bihom għall-glorja ta’ Alla2.  “X’inhu l-bniedem  biex tiftakar fih, bin il-bniedem biex taħseb fih?  Ftit anqas mill-allat għamiltu, bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu, qegħidtu fuq l-egħmejjel kollha ta’ idejk!  Kollox  taħt riġlejh qegħidtlu.”  (Salm 8, 5-7).

Imma Alla ma ħalaqx ir-raġel u ħallieh waħdu: għaliex sa mill-bidu “għamilhom raġel u mara” (Ġen.1,27) u l-għaqda tagħhom hija l-ewwel għamla ta’ għaqda ta’ bnedmin.  Għax il-bniedem minnu nnifsu hu esseri soċjali, u mingħajr relazzjonijiet ma’ oħrajn la  jista’  jgħix  u  lanqas  iħaddem  id-doti  tiegħu.

Għalhekk Alla, kif mill-ġdid naqraw fl-Iskrittura Mqaddsa, ħares “lejn kull ma  għamel  u  ra  li  kollox  kien  sewwa  ħafna” Ġen.1,31).

 

13.  Id-dnub

Imma l-bniedem, għad li minn Alla tqiegħed fi stat ta’ qdusija, ittantat mill-Ħażen ippersonifikat sa mill-bidu tal-istorja abbuża mil-liberta’ tiegħu billi qam kontra Alla u xtaq li jilħaq il-fini tiegħu barra minnAlla.  Il-bnedmin,  għad li  kienu għarfu ‘l Alla ma tawh il-ġieħ li  kien jistħoqqlu bħala Alla, il-qalb belha tagħom bħal iddallmet u għażlu li jaqdu l-ħlejjaq maħluqa iżjed billi lil Dak li ħalaqhom3.  Dak  li nitgħallmu mir-rivelazzjoni ta’ Alla jaqbel ma l-istess esperjenza.  Għax jekk  il-bniedem  iħares f’qalbu jsib li huwa  miġbud ukoll lejn il-ħażen u mdawwar b’tant miżerji li żgur ma jistgħux jiġiminn Dak li ħalqu, li  huwa tajjeb.  Ħafna drabi l-bniedem ma’ riedx jagħraf ‘l Alla bħala prinċipju tiegħu, u kiser l-ordni li jwasslu għall-aħħar fini tiegħu u l-armonija kollha ta’ l-imġiba lejh innifsu,  lejn il-bnedmin  l-oħra  u lejn  il-ħlejjaq  kollha.

Hekk  il-bniedem jinsab maqsum fih innifsu.  Għalhekk il-ħajja kollha tal-bnedmin, sew wieħed wieħed sew ilkoll flimkien, turi ruħha bħala ġlieda  -  u waħda drammatika – bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħażn,  bejn id-dawl u d-dlam.  Anzi  l-bniedem  m’għandhux ħila jegħleb sewwa bil-qawwa tiegħu nnifsu l-assalti tal-ħażen,  u hekk kulħadd  iħoss ruħu qisu  marbut bi ktajjen.  Imma l-Mulej stess ġie biex jeħles il-bniedem u jqawwih billi jġeddu minnġewwa u jkeċċi  ‘l barra “il-prinċep ta’ din id-dinja” (Ġw,  12.31) li kien iżommu isir tad-dnub4.   Id-dnub, wara  kollox, iċekken lill-bniedem stess għax ma jħallihx jikseb il-milja kollha tiegħu.

Fid-dawl ta’ din ir-rivelazzjoni isibu t-tifsir aħħari tagħhom sew is-sejħa għolja sew il-miżerja  profonda  li  l-bnedmin  iħossu.

 

14.  Dak  l i jagħmel  bniedem  lill-bniedem

Il-bniedem, esseri wieħed iżda magħmul minn ruħ u ġisem, jiġbor fih innifsu, minħabba l-istess kondizzjoni korporali tiegħu,  l-elementi tad-dinja materjali u hekk dawn, permezz tiegħu, jaslu fil-quċċata   tagħhom u jiksbu leħen biex ifaħħru fil-liberbta’ lil Dak li  ħalaqhom5.    B’hekk ma jistax wieħed jiddisprezza l-ħajja tal-ġisem bil-bniedem, anzi dan hu obbligat iqis lil ġismu bħala ħaġa tajba u li jistħoqqilha ġieh sewwasew għax maħluq minn Alla u maħsub biex jirxoxota fl-aħħaqr jum.  B’danakollu  l-bniedem midrub bid-dnub iħoss fih ir-ribelljoni tal-ġisem.  Għalhekk hija d-dinjita’ stess tal-bniedem li titlob li huwa jagħti glorja lil Alla b’ġisemu stess6,  u li ma tħallix li huwa jsir ilsir tal-ġibdiet ħżiena tal-qalb.

Tabilħaqq il-bniedem ma jiżbaljax meta jagħraf lil nnifsu aqwa mill-ħwejjeġ materjali u jqis lilu nnifsu xi ħaġa aktarminnxi biċċa  biss tan-natura jew element bla isem tal-blet tal-bnedmin.   B’dak li jġib ġo fih il-bniedem jisboq il-kotra tal-ħolqien,  jerġa’ lura f’din l-interjorita’ profonda tiegħu meta jerġa jidħol  fil-qalb tiegħu fejn ikun jistennieh Alla li jara x’hemm fil-qlub u fejn jieħu d-deċiżjonijiet dwar id-destin personali tiegħu taħt il-ħarsa ta’ Alla.  Għalhekk meta huwa jagħraf li għandu ġo fih ruħ spiritwali u immortali ma jkunx qed jilludi ruħu b’xi ħlejqa falza li toħroġ biss mill-kondizzjonijiet fisiċi u soċjali iżda,   għall-kuntrarju,  ikun  wasal  biex  imiss  il-fond  stess  tal-verita’  tar-realta’ maħluqa.

 

15.  Id-dinjita’  ta’  l-intelliġenza,  il-verita’  u  l-għerf

Il-bniedem għandu raġun iżomm li hu jisboq il-kotra ta’ l-univers minħabba fl-intelliġenza  tiegħu li biha għandu sehem mid-dawl ta’ l-intelliġenza ta’ Alla.  Bit-tħarriġ ħabrieki ta’ l-inġejnu tiegħu matul is-sekli huwa għamel ċertament progressi fix-xjenzi prattiċi,  fit-teknika u fl-arti liberali.  Fi żmienna, mbagħad, kiseb suċċessi milll-akbar l-aktar  fit-tiftix u l-ħakma tad-dinja materjali.  U b’danakollu hu  dejjem  fittex u kixef   verita’ aktar profonda.  Għax l-intelliġenza ma tirrestrinġix ruħha biss għal dak li jidher imma tista’ tilħaq ukoll ir-realta’ intelliġibbli b’ċertezza vera avolja, ħtija tad-dnub, hija xi ftit   imdallma  u  mdgħaja.

Fl-aħħarnett  in-natura intellettwali tal-bniedem tilħaq u għandha tilħaq il-perfezzjoni bil-għerf li bil-ħlewwa jiġbed il-menti biex tfittx u tħobb il-veirta’ u t-tajjeb; mimli b’dan il-għerf, il-bniedem jitmexxa permezz tal-ħwejjeġ li jidhru lejn dawk li ma jidhrux.

Żmienna għandu bżonn ta’ dan l-għerf aktar miż-żminijet li għaddew biex is-sejbiet tiegħu kollha jsiru  aktar umani.  Fil-fatt il-ġejjieni tad-dinja jinsab fil-periklu jekk ma jqumux bnedmin aktar għorrief.   Barraminndan hu ta’ min josserva li ħafna nazzjonijiet, li fl-ekonomija huma ifqarminnoħrajn imma aktar għonja fil-għerf, jistgħu joffru għajnuna kbira.

Mbagħad, bid-don ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-bniedem jista’ jasal bil-fidi biex jikkontempla  l-misteru  tal-pjan  ta’  Alla  u   jitgħaxxaq  bih8.

 

16.  Dinjita’ tal-kuxjenza morali

Fil-fond tal-kuxjenza tiegħu l-bniedem jagħraf liġi li ma jagħtihiex hu lilu nnifsu, imma li huwa għandu  jobdi, u l-leħen tagħha,  li dejjem jgħidlu biex iħobb u jagħmel it-tajjeb u  jaħrab il-ħażin,  meta jeħtieġ igħidlu ċar ġo qalbu; agħmel dan, aħrab dak.  Il-bniedem għandu tassew liġi miktuba minnAlla f’qalbu9.   Il-kuxjenza hija ċ-ċentru  l-aktar moħbi tal-bniedem u s-santwarju fejn hu jinsab waħdu ma’ Alla, u fejn il-leħen ta’ Alla jinstama’ ġo fina10.   Permezz  tal-kuxjenza nsiru nafu b’majiera tal-għaġeb dik il-liġi li għandha l-milja tagħha fl-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu11.   Meta jkunu fidili lejn il-kuxjenza l-insara jingħaqdu mal-bnedmin l-oħra biex ifittxu l-verita’ u biex iħollu fil-verita’ ħafna prolemi morali  li jinbtu fil-ħajja ta’ kull wieħed u fil-ħajja soċjali.  Għalhekk, aktar ma jagħtu widen lill-kuxjenza  retta, u jisfurzaw li jimxu fuq in-normi oġġettivi tal-moralita’.  Iżda xi drabi jiġri li l-kuxjenza tkun żbaljata ħtija ta’ xi injuranza li ma tistax tintrebaħ,  mingħar ma titlef b’daqstant id-dinjita tagħha.  Imma dan  ma nistgħux ngħiduh meta l-bniedem ftit ikun jimpurtah li jfittex il-verita’ u t-tajjeb, u meta l-kunxjenza ssir bil-mod il-mod kważi għamja ħtija tad-drawwa tad-dnub.

 

17.  Sbuħija tal-liberta’

Imma l-bniedem jista’ jimxi lejn dak li hu tajjeb biss fil-liberta’, dik il-liberta’ li l-bnedmin tal-lum tant jistmaw u jfittxu bil-ħerqa u bir-raġun.  Iżda ħafna drabi jikkultivawha b’manjiera ħażina bħallikieku huwa tajjeb tagħmel kollox, imqar il-ħażin, basta jogħġob.  Il-vera liberta’, għall-kuntrarju, hija fil-bniedem sinjal għoli tax-xbieha ta’ Alla.  Għax Alla ried iħalli  l-bniedem “rajh f’idejh”12 u hekk ifittex minn rajh lil Dak li ħalqu u, bla xkiel, magħqud miegħu, jasal għall-perfezzjoni sħiħa u ħienja.  Għalhekk id-dinjita’ tal-bniedem titlob li huwa jaġixxi skond għażlet magħmulin għax jaf x’qed jagħmel u bil-liberta’, jiġifieri mġiegħel minn konvinzjonijiet personali u mhux minn xi ġibda ġewwenija għamja jew  għax  imġiegħel minn barra.  Il-bniedem jikseb din id-dinjita’ meta jeħles minn kull jasar ta’ passjoni, jimxi lejn il-fini tiegħu billi jagħżel liberament dak li hu tajjeb, u jikseb bil-ħidma inġejnjuża tiegħu l-mezzi addattati.  Il-liberta’ tal-bniedem, billi  kienet midruba mid-dnub, ma tistax tagħmel għalkollox effikaċi din ir-relazzjoni ma’ Alla jekk mhux bil-għajnuna tal-grazzja ta’ Alla.  Kull bniedem imbagħad għandu jagħti kont ta’ ħajtu quddiem it-tribunal ta’ Alla għal dak kollu li jkun għamel tajjeb jew ħażin13.

 

18.   Il-misteru tal-mewt

Quddiem il-mewt l-enigma tal-ħajja tal-bniedem tikber ħafna. Il-bniedem isewwed qalbu mhux biss għall-ħsieb  li t-tbatija u t-taħsir tal-ġisem resqin, imma wkoll u aktar ħtija tal-biża’ li kollox jispiċċa għal dejjem.  Imma bl-intuwizzjoni ta’ qalbu huwa  ġustament jiċħad u jwarrab l-idea ta’ rvina totali u tat-tmiem tal-persuna tiegħu għal dejjem. Iż-żerriegħa ta’ l-eternita  mqiegħda  fil-bniedem, li ma tistax  tkun materja biss, tqum kontra l-mewt.  L-isforzi kollha tat-teknika tal-bniedem; it-titwil bijoloġiku tal-ħajja ma jistax soddisfa  dik  ix-xewqa  ta’  ħajja  oħra  li  qiegħda  f’qalbu  u  ma’  jistax  jeqridha.

Jekk quddiem il-mewt kull immaġinazzjoni ma twassalx, il-Knisja, mgħallma mir-rivelazzjoni ta’ Alla, tgħallem li l-bnedmin inħalaq minnAlla għall-fini ta’ hena,  ‘l hemm mit-truf tal-miżerja ta’ din l-art . Barra minndan il-mewt tal-ġisem, li minnha l-bniedem kien ikun meħlus kieku ma dinibx14 skond il-fidi nisranija għad tintrebaħ  meta l-bniedem jingħata mill-ġdid is-saħħa li tilef bi ħtija tiegħu mis-Salvatur li jista’ kollox u kollu ħniena. Għaliex Alla sejjaħ u jsejjaħ il-bniedem biex jingħaqad  miegħu, bin-natura tiegħu sħiħa, f’ għaqda għal dejjem mal-ħajja tiegħu divina li qatt ma titħassar. Kristu kiseb din ir-rebħa meta qam mill-mewt, wara li bil-mewt tiegħu ħeles mill-mewt il-bniedem15. Għalhekk il-fidi, b’argumenti solidi, tagħti  tweġiba lil kull min jirrifletti dwar it-taħassib tiegħu fuq dak li għad jiġri: għal li ġej u fl-istess ħin tagħti l-possibilta li nikkomunikaw fi Kristu ma’ dawk l-aħwa maħbuba li diġa mietu billi tagħti t-tama li huma kisbu quddiem Alla l-vera ħajja.

 

19. Forom u egħruq ta’ l-ateismu

L-ogħla raġuni tad-dinjita tal-bniedem qiegħda fis-sejħa tal-bniedem biex jikkomunika ma’ Alla. Din is-sejħa li Alla jagħmel lill-bniedem biex jiddjaloga miegħu bdiet mal-ħolqien tal-bniedem; għaliex jekk il-bniedem jeżisti huwa jeżisti biss minħabba l-fatt li Alla ħalqu għax iħobbu u jżommu ħaj għax jibqa dejjem iħobbu. U l-bniedem ma jgħixx għalkollox skond il-verita jekk ma jagħrafx liberament din l-imħabba ta’  Alla u jagħti ruħu lil  Dak li ħalqu. Ħafna min nies tal-lum ma jagħirfux din ir-rabta vitali u intima ma’ Alla jew jiċħduha b’mod espliċitu; għalhekk l-ateismu għandu jingħadd mal-fatti l-iżjed gravi ta’ dan iż-żmien u għandu mistħarreġ bir-reqqa.

Bil-kelma  ateismu jitfissru ħafna fenomini li huma differenti wieħed mill-ieħor. X’ uħud jiċħdu espressament ‘l Alla; oħrajan iżommu li l-bniedem ma jista’ jgħid xejn fuq Alla; oħrajn  jistħarrġu l-kwistjoni dwar Alla b’tali mod li l-problema jidher bla sens. Oħrajn  itawlu żżejjed il-limiti tax-xjenzi posittivi u allura jew  jaħsbu li kollox jista’ jitfisser b’dawn ix-xjenzi jew għall-kuntrarju ma jammettu l-ebda verita assoluta. X’ uħud tant igħollu l-bniedem li l-fidi f’ Alla ssir qisha bla forza, donnhom aktar ħsiebhom igħollu l-bniedem milli jiċħdu ‘l Alla. Oħrajn jiffurmaw ċerta idea qarrieqa ta’ Alla illi  dak li jiċħdu m’hu xejn l-Alla ta’ l-Evanġelju.  Oħrajn  lanqas biss iqanqlu problemi fuq Alla għax donnhom ma jħossu l-ebda inkwiet dwar reliġjon u lanqas jifhmu għaliex imisshom jagħtu kas tagħha. Barra hekk l-ateismu jibda spissminnprotesta vjolenti kontra l-ħażen li hawn fid-dinja jew mill-fatt li ċerti valuri umani9 jingħataw importanza assoluta  li m’ għandhomx, u għalhekk jieħdu l-post ta’ Alla. L-istess ċivilta umana  tista’, mhux minnha nnifisha iżda għaliex tkun marbuta żżejjed mal-ħwejjeġ ta’ l-art, tagħmel spiss diffiċli t-triq li twassal għand Alla.

Bla dubju, dawk li apposta jfittxu jbiegħdu ‘l Allaminnqalbhom u jaħirbu l-problemi reliġjużi, billi ma jkunux imxew fuq il-kelma tal-kuxjenza tagħhom, m’humiex meħlusa mill-ħtija: b’danakollu dawk li jemmnu spiss għandhom ukoll xi responsabbilita f’ din il-ħaġa.  Għaliex  l-ateismu meħud globalment, m’hux xi ħaġa ġejja ninnha nnifisha imma ġejminnkawżi diversi li fosthom hemm ukoll ir-reazzjoni kritka kontra r-reliġjonijiet f’xi nħawi, l-aktar kontra r-reliġjon nisranija.  Minħabba  f’hekk f’dan il-bidu ta’ l-ateismu jistgħu jkollhom sehem mhux żigħir dawk stess li jemmnu fis-sens illi jew għaliex jittraskuraw l-edukazzjoni tal-fidi tagħhom, jew għaliex jagħtu tagħlim li jista’ jqarraq jew għaliex jonqsu fil-ħajja tagħhom reliġjuża, morali u soċjali, wieħed għandu jgħid  li  huma  aktar  jaħbu  l-wiċċ  veru  ta’  Alla  u  tar-reliġjon  milli  juruh.

 

20. L-ateismu sistematiku

L-ateismu tal-lum ħafna drabi jidher f’sura sistematika illi, barra milli ġġib raġunijiet oħra kontra l-eżistenza oħra kontra l-eżistenza ta’ Alla, tant tgħolli  x-xewqa tal-bniedem li jkun indipendenti illi tqajjem diffikltajiet kontra kull dipendenzaminnAlla. Dawk li jħaddnu l-ateismu jippretendu li l-liberta tikkonsisti f’dan: li l-bniedem huwa fini għalih innifsu, li hu jfassal l-istorja tiegħu u huwa d-demijurgu tagħha.  Huma jġħidu li dan ma jistax jaqbe lma’ l-ammissjoni ta’ Sid li ħalaq kollox u li hu l-fini ta’ kollox.  jew li  għall-anqas jirrendi għalkollox żejda din l-affermazzjoni. Dan it-tagħlim jista’ jkun imsaħħaħ  minn  dak  is-sens  ta’  qawwa  li  progress  tekniku  tal-lum  jagħti  lill-bniedem.

Fost il-forom ta’ ateismu tal-lum m’għandhiex titħalla fil-ġenb dik li tistenna l-liberazzjoni tal-bniedem l-aktar mill-ħelsien tiegħu ekonomiku  u soċjali. Dan l-ateismu jżomm li r-reliġon minnha nnifisha hija ta’ tfixkil għal dan il-ħelsien għaliex meta tgħolli t-tama  tal-bniedem  lejn ħajja li għad trid tiġi u li m’hix vera ma tħalliħx jibni l-belt ta’ din id-dinja. Għalhekk dawk li jżommu dan it-tagħlim, meta jaslu biex jieħdu f’idejhom il-gvern ta’ pajjiż, jikkumbattu bil-qawwa r-reliġjon u jxerrdu l-ateismu billi jużaw, l-aktar fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ, dawk il-mezzi ta’ pressjoni li s-setgħa pubblika għanda għad-dispożizzjoni tagħa.

 

21. Xi tigħid il-knisja fuq l-ateismu

Il-knisja, li trid taqdi bil-fedelta d-dmirijiet tagħha lejn Alla u lejn il-bnedmin, ma tistax ma tikkundannax  bil-qawwa u b’dispjaċir, kif għamlet fl-imgħoddi16, dak it-tagħlim  u dak l-egħmil ta’ ħsara li huma kuntrarji għar-raġuni u għall-esperjenza komuni tal-bnedmin u li jbaxxa l-bniedem mill-kobor li għanduminn twelidu.

Imma hija tisforza biex tagħraf ir-raġunijiet taċ-ċaħda ta’ Alla li jinħbew fil-moħħ ta’ l-ateju, għax taf il-gravita tal-kwistjonijiet imqanqlin mill-imħabba lejn  il-bnedmin kollha iżżomm  li  huma  għandhom  ikunu  studjati  bis-serjeta  u  aktar  fil-fond.

Il-Knisja żżomm li l-għarfien ta’ Alla ma jmur bl-ebda mod kontra d-dinjita tal-bniedem għaliex din id-dinjita għandha s-sisien tagħha f’Alla u fih issib il-perfezzjoni. Il-bniedem tqiegħed fis-soċjetaminnAlla  li ħalqu bħala esseri intelliġenti u liberu; iżda huwa fuq kollox imsejjaħ bħala iben biex jingħaqad ma’ Alla u jkollu sehem mill-hena tiegħu. Barra hekk il-Knisja tgħallem li t-tama eskatoloġika ma tnaqqasx l-importanza tad-dmirijiet fuq l-art, anzi ssaħħaħ it-twettiq tagħhom b’raġunijiet ġodda.  Għall-kuntrarju, jekk jonqos il-pedament ta’ Alla u t-tama tal-ħajja ta’ dejjem, id-dinjita tal-bniedem tonqos ħafna,  kif spiss il-lum jiġri, u l-enigma tal-ħajja u tal-mewt, tal-ħtija u ta’ l-indiema, jibqgħu bla tweġiba u għalhekk mhux  ftit  drabi  l-bnedmin jaqgħu fid-disperazzjoni .

Sadattant kull bniedem jibqa’ innifsu problema bla tweġiba, bil-kemm magħrufa. Għaliex ħadd, f’xi waqtiet, u l-aktar fil-ġrajjiet importanti tal-ħajja, ma jista’ jaħrab għalkollox għall-mistoqsija li diġa semmejna.  Għal din il-mistoqsija Alla biss jista’ jagħti tweġiba sħiħa u ċerta, huwa li jsejjaħ il-bniedem għal riflessjoni aktar għolja u għal tfitxija aktar umli.

Ir-rimedju li għandu jingħata għall-ateismu għandna nistennewh sew mit-tagħlim tal-Knisja mfisser tajjeb sew mill-ħajja kollha tal-Knisja u l-membri tagħha.  Għaliex il-Knisja għandha x-xogħol li tagħmel preżenti u kważi viżibbli ‘l Alla l-Missier u ‘l-Ibnu magħmul bniedem billi bla heda ġġedded u tnaddaf lilha nnifisha taħt  it-tmexxija ta’ l-Ispirtu  s-Santu17.   Dan  jinkiseb  l-aktar  bix-xhieda ta’ fidi ħajja u matura,  jiġifieri edukata biex tkun tista’ tħares ċar f’wiċċ id-diffikultajiet u tirbaħhom.   Ta’ din il-fidi taw u qegħdin jagħtu xhieda mill-isbaħ għadd kbir ta’ martri. Din il-fidi għandha turi l-frott tagħha billi tippenetra l-ħajja kollha, ukoll dik profana, ta’ dawk li jemmnu u tħeġġiġhom għall-ġustizzja u l-imħabba l-aktar lejn dawk li jinsabu fil-bżonn.   Fl-aħħarnett, biex turi l-preżenza ta’ Alla tiswa ħafna tiswa ħafna l-imħabba ta’ l-aħwa fost dawk li jemmnu, illi magħqudin fl-ispirtu, jaħdmu flimkien għall-fidi ta’ l-Evanġelju18 u juri lilhom infushom bħala sinjal ta’ unita.

Il-Knisja, iżda, għad li tikkundanna għalkollox l-ateismu, tagħraf sinċerament illi l-bnedmin kollha, dawk li jemmnu u dawk li ma jemmnux, għandhom jagħtu sehemhom biex tinbena sewwa din id-dinja li fiha jgħixu flimkien; u dan ma jistax isir mingħajr djalogu sinċier u għaqli.   Għalhekk hija tiddeplora d-diskriminazzjoni bejn dawk li jemmnu u dawk li ma jemmnux li xi awtoritajiet ċivili jdaħħlu inġustament billi ma jridux jagħirfu l-jeddijiet fundamentali tal-persuna umana.   Hija mbagħad titlob liberta bilfatti għal dawk li jemmnu biex jitħallew jibnu wkoll f’din id-dinja  t-tempju ta’ Alla.   Hija fl-aħħarnett tistieden bil-ħlewwa l-atej biex iħarsu lejn l-Evanġelju ta’ Kristu bi spirtu miftuħ.

Għaliex fuq kollox il-knisja taf li l-messaġġ tagħha jaqbel max-xewqat l-aktar moħbija ta’ qalb il-bniedem meta hija tiddefendi d-dinjita tas-sejħa tal-bniedem u hekk tagħti mill-ġdid it-tama lil dawk li qatgħu qalbhom minndestin aktar għoli.   Il-messaġġ tagħha mhux talli ma jnaqqas xejn lill-bniedem imma jagħtih dawl, ħajja u liberta għall-progress tiegħu; u barra minndan il-mesaġġ xejn ma jiswa biex jissoddisfa qalb il-bniedem: ” Għamiltna  għalik,” O Mulej, ” u qalbna m’ għandhiex kwiet sakemm ma tistrieħx fik”19

 

22. Kristu, Il-Bniedem ġdid

Fil-fatt il-misteru tal-bniedem jiddawwal tassew biss fil-misteru ta’l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem.   Għax Adam, l-ewwel bniedem, kien xbieha ta’ dak li kellu jiġi20, jiġifieri ta’ Kristu l-Mulej,   Kristu, Adam il-ġdid, meta juri l-misteru tal-Missier u ta’ l-imħabba tiegħu, juri wkoll għalkollox il-bniedem lill-bniedem stess u jurih is-sejħa l-aktar għolja tiegħu.   Għalhekk m’għandniex għax nistagħġbu li fih il-vertajiet li semmejna jsibu l-bidu tagħhom u jilħqu l-quċċata tagħhom.

Dak li hu “x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx” ( Kol. I, 15)21,   Hu stess huwa l-bniedem perfett illi radd lil ulied Adam ix-xebh ta’ Alla mħassar fil-bidu mid-dnub.   Billi n-natura umana kienet fih magħquda u mhux meqruda22 b’dan il-fatt stess, fina wkoll, din in-natura tgħolliet, dinjita li ma bħalha.   Għaliex l-Iben ta’ Alla, meta sar bniedem, ingħaqad b’xi mod ma’ kull bniedem. Hu ħadem b’ idejn ta’ bniedem, ħaseb b’moħħ ta’ bniedem, aġixxa b’ rieda ta’ bniedem23, ħabb b’qalb ta’ bniedem. Mwieled mill-Verġni Marija, sar tassew wieħed minna, jixbahna f’kollox barra mid-dnub24.

Ħaruf innoċenti, meta xerred demmu għax ried Hu għalina immeritalna l-ħajja’ u fih Alla għamilna paċi miegħu u bejnietna25 u ħelisna mill-jassar tax-xitan u tad-dnub hekk illi kull wieħed minna jista’ ma’ l-Appostlu: L-Iben ta’ Alla “ħabbni u ta lilu nnifsu għalija” (Gal. 2. 20).   Billi bata għalina mhux biss tana eżempju biex nimxu fuq il-passi tiegħu26 imma fetħilna wkoll triq li meta nimxu minnha l-ħajja u l-mewt jitqaddsu u jiksbu tifsir ġdid.

Il-bniedem nisrani, mbagħad, magħmul jixbah lix-xbieha ta’ l-Iben li hu l-Akbar fost ħafna aħwa27, jaqla “L-ewwel għotja ta’ l-Ispirtu” ( Rum.8.23) li biha jsir kapaċi li jħares il-liġi l-ġdida ta’ l-imħabba28.   Permezz ta’ dan l-Ispirtu li hu “rahan tal-wirt” (Ef. 1, 14) il-bniedem kollu jiġġedded minn ġewwa sal-”fidwa tal-ġisem” ( Rum.8.23): “Jekk l-Ispirtu ta’ Dak li qajjem mill-mewt lil Ġesu jgħammar fikom, min qajjem lil Ġesu Kristu mill-mewt jgħati l-ħajja wkoll lill-iġsma tagħkom, li għandhom imutu minħabba fl-Ispirtu tiegħu li jgħammar fikom”. ( Rum. 8. 11)29. In-nisrani għandu ċertament il-bżonn u d-dmir li jikkumbatti kontra l-ħażen b’ħafna tribulazzjonijiet u li jsofri wkoll il-mewt; imma msieħeb mal-misteru tal-Għid, u magħmul jixbah il-mewt ta’ Kristu, jersaq lejn il-qawmien mill-mewt imqawwi mit-tama30.

U dan ma jiswiex biss għall-insara imma għall-bnedmin kollha ta’ rieda tajba illi fi qlubhom taħdem il-grazzja b’mod li ma jidhirx31.   Għax billi Kristu miet għal kulħadd32, u billi s-sejħa aħħarija tal-bniedem fil-fatt hija waħda biss, jiġifieri dik ta’ Alla, għandna nżommu li l-Ispirtu s-Santu joffri lil kulħadd il-possibilta’ li, bil-manjiera magħrufa lil Alla, jingħaqad ma’dan il-misteru tal-Għid.

Dan u daqshekk kbir huwa l-misteru tal-bniedem li jirrivela ruħu ċar għal dawk li jemmnu permezz tar-rivelazzjoni nisranija. Għalhekk bi Kristu u fi Kristu jiddawwal l-enigm33a tat-tbatija u tal-mewt li, barra mill-Evanġelju tiegħu, jagħfas fuqna. Kristu qam mill-imwiet u bil-mewt tiegħu qered il-mewt u ta’ lilna l-ħajja33, u hekk, bħala wlied fl-Iben, ngħajtu fl-Ispirtu: “Abba, Missier!”34.

 

 

 

 

 


KAP  II

IL-KOMUNITA’  TAL-BNEDMIN

 

23.             X’jifhem il-Konċilju

Fost l-aspetti ewlenin tad-dinja tal-lum hemm l-għadd li dejjem jikber tar-relazzjonijiet reċiproki bejn il-bnedmin.   Biex dawn jisviluppaw irwieħhom igħin ħafna l-progress tekniku tal-lum.   B’danakollu d-djalogu ta’ aħwa bejn il-bnedmin ma jilħaqx il-perfezzjoni f’dan il-progress imma aktar fil-fond, fil-komunita’ tal-bnedmin illi titlob rispett reċiproku għad-dinjita’ spiritwali sħiħa tagħhom. Ir-rivelazzjoni nisranija tagħti għajnuna kbira biex tmexxi ‘l quddiem din l-għaqda bejn il-bnedmin u fl-istess ħin twassalna biex nifhmu aħjar il-liġijiet tal-ħajja soċjali li Alla li ħalaqna kiteb fin-natura spiritwali u morali tal-bniedem.

Billi dokumenti reċnti tal-Maġisteru tal-Knisja fissru aktar fil-tul it-tagħlim nisrani dwar is-soċjeta’ tal-bnedmin1 il-Konċilju jfakkar biess il-veritajiet l-aktar ewlenin u juri l-pedament tagħhom fid-dawl tar-rivelazzjoni. Mbagħad jinsisti fuq xi konsegwenzi li fi żmienna huma parikolarment importanti.

 

24.             In-natura komunitarja tas-sejħa tal-bniedem fil-pjan ta’ Alla.

Alla, li bħal Missier jieħu ħsieb ta’ kulħadd, ried li l-bnedmin kollha jagħmlu familja waħda u jittrattaw lil xulxin b’qalb ta’ aħwa.   Għaliex, maħluqin ilkoll għax-xbieha ta’ Alla li “għamel li l-ġens kollu tal-bnedmin, imnisselminnwieħed, jgħammar fuq il-wiċċ ta’ l-art” (Atti 17,26), huma msejħin għal fini wieħed u l-istess, jiġifieri għal Alla nnifsu.

Għalhekk l-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu hija l-ewwel u l-akbar kmandament.  Mill-Iskrittura Mqaddsa aħna mgħallmin li l-imħabba ta’ Alla ma tistax tinfired mill-imħabba tal-proxxmu: “….jekk hemm xi kmandament ieħor, jinġabar f’dawn il-kelmiet:  Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek inifsek… Għalhekk il-milja tal-liġi hija l-imħabba” (Rum. 13, 9-10; cf. Ġw 4.20).   U dan jikseb importanza l-aktar kbira għall-bnedmin li qegħdin isiru dejjem aktar dipendenti wieħed mill-ieħor u għad-dinja li qiegħda tingħaqad dejjem aktar.

Anzi Sinda Ġesu’, meta jitlob lill-Missier biex “ilkoll ikunu ħaġa waħda… kif aħna wkoll ħaġa waħda” (Ġw 17, 21-22) u b’hekk iqegħdilna quddiemna wesgħat magħluqin għar-raġuni tal-bniedem, jagħtina xebh bejn l-għaqda tal-persuni divini u l-għaqda ta’ wlied Alla fil-verita’ u fl-imħabba. Dan ix-xebh juri lil-bniedem, li fuq l-art huma kreatura waħdanija li Alla ried għaliha nnifishah, ma jistax isib sewwa lilu nnifsu ħlief billi sinċerament jagħmel don tiegħu nnifsu2.

 

25.             Il-persuna u s-soċjeta’ tal-bnedmin jiddependu minn xulxin.

Min-natura soċjali tal-bniedem jidher ċar li l-perfezzjonament tal-persuna umana u  l-isvilupp ta’ l-istess soċjeta jiddependu minnxulxin. Għaliex il-bidu, is-suġġett u l-fini ta’ l-istituzzjonijiet soċjali kollha hija u għandha tkun il-persuna umana bħala dik li, minnha nnifisha, teħtieġ għalkollox il-ħajja soċjali3.  Għalhekk, billi l-ħajja soċjali m’hix xi ħaġa miżjuda għall-bniedem, il-bniedem jikber fid-doti tiegħu kollha u jista’ jwieġeb għas-sejħa tiegħu bir-relazzjonijiet ma’l-oħrajn, bidi-dmirijiet lejn xulxin, bid-djalogu ma’ l-aħwa.

Mir-rabtiet soċjali li huma meħtieġa għall-perfezzjonament tal-biedem, x’uħud, bħall-familja u l-komunita’ politika, jaqblu aktar fil-qrib man-natura intima tiegħu; oħrajn aktarx jiġu mir-rieda ħielsa tiegħu. Fi’ żmienna, għal raġunijiet diverisi, ir-relazzjonijiet bejn il-bnedmin u d-dipendenza minnxulxin qegħdin kuljum jikbru; u minnhawn jinbtu għaqdiet u istituzzjojiet diversi ta’ dritt sew pubbliku sew privat.  Dan il-fatt,li jissejjaħ soċjalizzazzjoni, għad li m’hux nieqes minnperikoli, iġib miegħu ħafna vantaġġi biex   isaħħaħ  u  jkabbar  il-kwalitajiet  tal-persuna  umana u biex iħares il-jeddijiet tagħha4.

Imma jekk il-bnedmin jirċievu ħafnaminndin il-ħajja soċjali biex jilħqu s-sejħa tagħhom, ukoll dik reliġjuża b’danakollu ħadd ma jista’ jiċħad li l-bnedmin, miċ-ċirkostanzi soċjali li fihomi igħixu u li fihom huma mgħaddsin sa miċ-ċokon, bosta drabi huma mbegħdin mill-egħmil it-tajjeb u miġbudin lejn il-ħażen.  Hija ħaġa ċerta li t-taħwid li ta’ sikwit jinqala’ fl-ordni soċjali f’parti minnu jkun ġej mit-tensjoni fl-istrutturi ekonomiċi, politiċi u soċjali.   Imma aktar profondament jiġi mil-kburija u l-egooismu tal-bnedmin li jqallbu wkoll l-ambjent soċjali.  Għaliex fejn l-istruttura tal-ħwejjeġ maħluqa hija milquta mill-konsegwenzi tad-dnub, il-bniedem, li mit-twelid hu mxaqleb lejn il-ħażen, isibminnhawn tħajjir ġdid għad-dnub li ma jistax jintrebaħ mingħajr sforzi kbar megħjunin mill-grazzja.

 

26. Biex jinġieb ‘il quddiem il-ġid komuni

Mid-dipendenza ta’ wieħed mill-ieħor li l-lum qiegħda ssir dejjem aktar qawwija u, bil-mod il-mod, imxerrda mad-dinja kollha, jiġi l-ġid komuni – jiġifieri l-ġabra ta’dawk il-konizzzjonijiet tal-ħajja soċjali li jippermettu kemm lill-għaqediet kemm lill-membri wieħed wieħed li jiksbu l-perfezzjoni tagħhom aktar sħiħa u aktar malajr – il-lum qed isir dejjem aktar univierisali u għalhekk jolqot jeddijiet u dmirjiet li għandhom x’ jaqsmu mal-ġens kollu tal-bnedmin. Kull grupp għandu jqis il-ħtiġiet u x-xewqat leġittmi tal-gruppi l-oħra, anzi tal-ġid komuni tal-familja kolha tal-bnedmin5.

Imma  fl-istess  ħin  qiegħda tikber il-kuxjenza  tad-dinjita’ għolja li tistħoqqa lill-persna  umana li tisboq il-ħwejjeġ kollha, u li l-jeddijiet u d-dmirijit tagħha huma universali u invjolabbli.  Jeħtieġ għalhekk li l-bniedem ikun jista’ jilħaq dawk il-ħwejjeġ kollha li jenħtieġu biex wieħed igħix ħajja tassew ta’ bniedem bħalma huma liberament l-istat tal-ħajja u li jifforma familja, il-jedd għall-edukazzjoni, għax-xogħol, għall-fama tajba, għar-rispett, għall-informazzjoni xierqa, il-jedd li jimxi skond kif tgħidlu l-kuxjenza tiegħu retta il-jedd għall-ħarsien tal-ħajja privata tiegħu u għall-liberta ġusta wkoll fil-qasam reliġjuż.

Għalhekk l-ordni soċjali u l-progress tiegħu għandhom dejjem isiervu għall-gid tal-persuna għaliex l-ordni tal-ħwejjeġ għandu jkun sottomess għall-ordni tal-persuni, u mhux kuntrarju, kif wera l-Mulej innifsu meta qal li s-Sibt sar għall-bniedem u mhux il-bniedem għas-Sibt6.  Dan l-ordni għandu l-ħin kollu jkun sviluppat, ikollu bħala pedament il-verita’, jitwettaq fil-ġustizzja, jieħu l-ħajja mill-imħabba; hu għandu jsib ekwilibriju dejjem aktar  uman fil-liberta’7. Biex isir dan kollu wieħed għandu jaħdem biex tiġġedded il-mentalita’ u jsiru tibdiliet kbar fis-soċjeta’.

L-Ispirtu ta’ Alla li bi provvidenza tal-għaġeb imexxi l-medda taż-żminijiet u jġedded wiċċ l-art, hu preżenti għal din l-evoluzzjoni.  Il-ħmira ta’ l-Evanġelju, mbagħad, qajmet  u tqajjem fil-qalb tal-bniedem esiġenza, li ma tistax tinżamm, ta’ dinjita’.

 

27. Rispett lejn il-persuna umana

Il-Konċilju jinżel għall-konsegwenzi prattiċi u l-aktar urġenti u jisħaq fuq ir-rispett lejn il-bniedem, u hekk ukoll wieħed għandu iqis lill-għajru, mingħajr ebda eċċezzjoni, bħalu nnifsu ieħor billi qabel kollox jieħu  ħsieb ta’ ħajtu u tal-mezzi meħtieġa biex igħixha sewwa8,  li  ma jagħmilx bħal dak l-għani  li  ma  impurtah  xejn  mill-fqir  Lazzru9.

L-aktar fi żminijietna jinħass urġenti l-obbligu li nsiru proxxmu ta’  kull bniedem u li naqduh bil-fatti meta niltaqgħu miegħu sew jekk ikun xiħ mitluq minn kulħadd, sew ħaddiem barrani inġustament disperzzat sew emigrant sew tfajjel imwieled barra ż-żwieġ li qed ibati bla ħtija minħabba fi dnub li m’għamlux hu, sew wieħed bil-ġuħ li jsejjaħ il-kuxjenza tagħna billii ifakkarna fil-Kelma tal-Mulej:  “Kull ma tagħmlu lil wieħed minn dawn  l-iżgħar fost ħuti, tkunu għamiltuh miegħi.! (Matt. 25, 40).

Barra minn dan, dak kollu li hu kontra l-istess ħajja, bħal kull xorta ta’ qtil ta’ bnedmin, il-ġenoċidju, l-abort, l-ewtanasja u l-istess  sforzi biex iġġegħel ir-rieda; dak kollu li joffendi d-dinjita’ tal-bniedem, bħal mutilzzjonijiet, torturi tal-ġisem u tal-moħħ, l-istess sforzi biex iġġiegħel  ir-rieda; dak kollu li joffendi d-dinjita’ tal-bniedem, bħal kondizzjonijiet ta’ għajnuna li jbaxxu l-bniedem, il-ħabs bla raġuni, diportazzjonijiet, il-jasar, il-prostituzzjoni, il-kummerċ ta’ nisa u ta’ żgħażagħ; jew kondizzjoniet ta’ xogħol umijanti li bihom il-ħaddiema jkunu ittrattati bħal sempliċi għodda ta’ qligħ u mhux bħala persuni ħielsa u responsabbli; dawn il-ħwejjeġ kollu u oħrajn bħalhom huma tassew infami u fil-waqt li jħassru ċ-ċivilta’ tal-bniedem iħammġu lil dawk li jġibu rwieħhom hekk aktar milli  lil  dawk  li  jsofru  l-inġurja,  u  joffendu  mill-aktar  l-unur  ta’  Alla  li  ħalaq  kollox.

 

28. Ir-rispett u l-imħabba lejn l-avversarji tagħna

Ir-rispett u l-imħabba għandhom jintwerew ukoll lil dawk li fi ħwejjeġ soċjali, politiċi jew ukoll reliġjużi ma jaqblux magħna fil-ħsieb jew fl-azzjoni.  Aktar  ma nifhmu b’sens ta’ kortesija u bl-imħabba l-mod kif huma jaħsbu, aktar ikun ħafif li nibdew jdalogu magħhom.

Din l-imħabba u din il-kortesija m’għandiex tagħmilna indifferenti lejn il-verita’ u lejn it-tajjeb.  Anzi l-istess karita’ tħeġġeġ id-dixxipli ta’ Kristu li jħabbru lill-bnedmin kollha l-verita’ li ssava.   Imma jeħtieġ dejjem li ma nħawdux flimkien l-iżball, li għandu dejjem jiġi mwarrab, u l-bniedem li jiżbalja li jżomm dejjem id-dinjita’ ta’ persuna, ukoll jekk  huwa mċappas b’xi idejiet reliġjużji foloz jew mhux eżatti  biżżejjed10.  Alla biss jiġġudika u jifli l-qlub; u għalhekk ipprojbilna li niġġudikaw fuq il-ħtijieit interni tal-bniedem  hu  min  hu11.

It-tagħlim ta’ Kristu jrid li aħna naħfru wkoll l-inġurji12 u jestendi għall-egħdewwa kollha l-preċetti ta’ l-imħabba li hu l-kmandmanet tal-Liġi l-Ġdida:  “Smajtu li ntqal: Ħobb ‘il għajrek obgħod ‘il-għadu tieghek.  Imma jien ngħidilkom:  Ħobbu l-egħdewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil dawk li jobogħdukom u itolbu għal dawk li jagħmlu għalikom u jgħidu kliem  b’ieħor  fuqkom.” (Mt. 5, 43-44).

 

29. L-ugwaljanza essenzjali fost il-bnedmin u l-ġustizzja soċjali

Il-bnedmin kollha, imżejnin b’ruħ raġjonevoli u maħluqin xbieha ta’ Alla, għandhom l-istess natura u l-istess oriġini u, mifdijinminn Krisitu, għandhom l-istess sejħa u destinazzjoni divina.   Għalhekk għandha tkun rikonoxxuta dejjem aktar l-ugwaljanza fundamentali  bejn  il-bnedmin  kollha.

Tassew  li minħabba f’kapaċita’ fiżika differenti, u f’differenza ta’ qawwa intellettwali u morali, mhux il-bnedmin kollha huma ugwali.  Imma fil-jeddijiet fundamentali tal-persuna għandha tintrebaħ u titneħħa kull xorta ta’ diskriminazzjoni soċjali u kulturali, minħabba s-sess, ir-razza, il-kulur, il-kondizzjoni soċjali, l-ilsien u r-reliġjon, għax  hija ħaġa kuntrarja għall-ħsiebijiet ta’ Alla.   Hija  tassew ħaġa ta’ swied il-qalb li dawn il-jeddijiet fundamentali tal-persuna għad m’humiex imħarsa sewwa kullimkien.  Bħal meta tiċċaħħad lill-mara s-setgħa li tkun ħielsa fl-għażla tal-għarus, jew li tħaddan stat ta’ ħajja,  jew  li  tikseb  edukazzjoni  u  kultura  xorta  kif  huwa  rikonoxxut  lir-raġel.

Barraminndan, għad li fost il-bnedmin hemm differenzi ġusti, id-dinjita’ ugwali tal-persuna titlob li naslu għall-konizzjoni ta’ ħajja aktar xierqa u ġusta.   Għax disugwaljanzi  ekonimiċi u soċjali żejda bejn membri u popli fl-istess familja tal-bnedmin iqajmu skandlu u huma kontrarji għall-ġustizzja soċjali, għall-ekwita’, għad-dinjita’ tal-persuna umana u wkoll għall-paċi soċjali u internazzjonali.

L-istituzzjonijiet tal-bnedmin, sew privati sew pubbliċi, għandhom, ifittxu li jaqdu lid-dinjita’ u l-fini tal-bniedem billi jissieltu bil-qawwa kontra kull jasar, kemm soċjali kemm politiku, u billi jħarsu taħt kull xorta ta’ gvern il-jeddijiet fundamentali tal-bniedem.  Anzi  dawn l-istituzzjonijiet għandhom bil-mod il-mod iwieġbu għar-realtajiet spiritwali li huma fuq kollox, avolja xi drabi jeħtieġ igħaddi żmien biżżejjed twil biex jaslu għall-fini mixtieq.

 

30. Jeħtieġ iżjed minn etika individalistika

It-tibdil  profond  u  mgħaġġel jitlob b’urġenzalima jkun hemm ħadd li, jew għax ma jagħtix każ ta’ dak li qed jiġri jew għax qalbu birdet fil-għażż, iħadden etika purament individwalistika.   Id-dmir tal-ġustizzja u tal-karita’ aktar jitħares billi kull wieħed jagħti sehmu għall-ġid komuni skond ħiltu u skond il-ħtiġiet ta’ l-oħrajn u b’hekk imexxi ‘l quddiem l-istituzzjonijiet, sew pubbliċi sew privati, li jservu biex ibiddlu għall-aħjar il-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-bniedem.  Hemm  x’uħud li waqt li jistqarru opinjonijiet miftuħa u ġenerużi, mbagħad dejjem igħixu bħallikieku ma jimpurtahom xejn mill-bżonnijiet tas-soċjeta’.  Anzi  ħafna, f’pajjiżi differenti, ftit jistmaw il-liġijiet u l-preskrizzjonijiet soċjali.  Mhux ftit ma jistħux jeħilsu, b’ħafna qerq u inganni, mit-taxxi ġusti jewminn dmirijiet oħra lejn is-soċjeta’.   Oħrajn ftit jistmaw ċerti normi tal-ħajja soċjali, bħal dawk li jirrigwardaw il-ħarsien tas-saħħa jew is-sewqan ta’ karrozzi, u ma jagħirfux li huma, b’din l-indifferenza, qegħdin joħlqu periklu għall-ħajja tagħhom u ta’ l-oħrajn.

Kulħadd għandu jgħodd bħala ħaġa sagra li jżomm u jħares l-obbligi soċjali bħala fost  id-dmirjiet ewlenin tal-bniedem tal-lum.  Għaliex aktar ma d-dinja tingħaqad, aktar fiċ-ċar  id-dmirijiet jitwessgħu ‘l hinn mill-gruppi partikolari u jestendu rwieħhom bil-mod il-mod għad-dinja kollha.  U  dan ma jistax jiġri jekk il-bnedmin, wieħed wieħed u l-gruppi tagħhom, ma jħarsux fihom infushhom il-virtujiet morali u soċjali u ma jxerrduhomx fis-soċjeta hekk li jsiru tassew bnedmin ġodda u bennejja ta’ umanita ġdida bl-għajnuna meħtieġ tal-grazzja ta’ Alla.

 

31. Responsabbilta u parteċpazzjoni

Biex il-bnedmin kollha jwettqu aktar bir-reqqa d-dmir tagħhom ta’ kuxjenza kemm lejhom infushom kemm lejn il-gruppi li tagħho  huma membri, għandhom ikunu edukati sewwa għal livell ta’ kultura aktar wiesgħa billi jużaw il-mezzi kbar li l-lum jinsabu għad-dispożizzjoni tal-bnedmin.  L-ewwelnett l-edukazzjoni taż-żgħażagħ ta’ kull oriġini soċjali għandha tkun immexxija b’mod li joħorġu minnha rġiel u nisa li ma jkunux biss irfinati intellettwalment  imma  wkoll  ta’  ruħ  kbira  kif  jitlob  bil-qawwa  ż-żmien  tagħna.

Imma  l-bniedem jilħaq dan is-sens ta’ responsabbilta b’diffikulta kbira jekk il-kondizzjonijiet tal-ħajja ma jippermettulux li jaġħraf id-dinjita tiegħu u li jwieġeb għas-sejħa tiegħu billi jagħti ruħu għal Alla u għall-oħrajn.   Il-liberta tal-bniedem bosta drabi ssir aktar dgħajfa meta l-bniedem jaqa’ f’faqar estrem,  hekk kif hija titbaxxa meta l-bniedem iċedi żżejjed għall-kumditajiet tal-ħajja u donnu jingħalaq waħdu f’torri ta’ l-avorju.  Għall-kuntrarju l-liberta’ tissaħħaħ meta l-bniedem jilqa’ d-diffikulatijiet tal-ħajja soċjali li ma jistax jaħrabhom jerfa’ l-ħtigiet ta’ kull xorta tas-solidarjeta’ umana u jimpenja ruħu  fis-servizz  tal-komunita.

Għalhekk  jeħtieġ li wieħed jinkoraġġixxi lil dawk kollha li jridu jieħdu sehem fl-isforzi komuni.  Ta’ min ifaħħar lil dawk in-nazzjnijiet li fihom għadd l-iżjed kbir possibli ta’ vċittadini  jieħdu  sehem,  fil-liberta  tassew,  fl-affarijiet  pubbliċi.

Imma  jeħtieġ li wieħed iqis il-kondizzjoni attwali ta’ kull poplu u tal-qawwa meħtieġa fl-awtorita’ pubblika.  Biex  iċ-ċittadini kollha jitħajru jkollhom sehem fil-ħajja tal-gruppi differenti li minnhom hi magħmula s-soċjeta’ jeħtieġ li f’dawn il-gruppi jsibu vantaġġi li jiġbduhom u jħajruhom jaqdu lill-oħrajn.  Bir-raġun  nistgħu naħsbu li l-ġejjieni tal-bnedmin qiegħed f’idejn dawk li għandhom il-ħila jagħtu lill-ġenerazzjoniet li ġejjin raġunijiet ta’ ħajja u ta’ tama.

 

32. Il-Verb magħmul Bniedem u s-solidarjeta’ tal-bnedmin

 Kif Alla ħalaq il-bnedmin mhux biex igħixu kulħadd għalih imma biex jagħmlu l-għaqda soċjali, hekk ukoll “għoġbu… jqaddes u jsalva l-bnedmin mhux wieħed wieħed, u bla ebda għaqda bejniethom, imma jgħaqqadhom f’poplu li jagħirfu fil-verita’ u  jservih bil-qdusija”13.  sa mill-bidu ta’ l-istorja tas-salvzzjoni Huwa għażel il-bnedmin  mhux biss bħala individwi imma bħala membri ta’ komunita partikolari.  Lil dawn il-magħżulin Alla, fil-waqt li wera l-ħsieb tiegħu, sejħilhom “poplu tiegħu” (Es.3.7-12) li miegħu mbagħad għamel patt fuq is-Sainaj14.

U din in-natura ta’ komunita’ hija ipperfezzjonata u mitmuma il-ħidma ta’ Ġesu’ Kristu.  Il-Verb  stess magħmul Bniedem ried jagħmel sehem mill-ħajja flimkien tal-bnedmin.  Ħa sehem fit-tieġ ta’ Kana, daħal fid-dar ta’ Zakkew,kielmal-pubblikani u mal-midinbin.  Għarraf l-imħabba tal-Missier u s-sejħa għolja tal-bnedmin billi fakkar l-aspetti l-aktar komuni  tal-ħajja soċjali u billi  uża kliem u xbihat tal-ħajja ta’ kuljum.   Qaddes ir-relazzjonijiet  bejn il-bnedmin, u l-ewwelnett tal-familja, li minnhom jinbtu r-relazzjonijiet soċjali, u qagħad għal-liġijiet ta’ pajjiżu.  Ried  igħix ħajja ta’ ħaddiem ta’ żmienu u ta’ pajjiżu.

Fil-predikazzjoni  tiegħu ikkmanda fiċ-ċar ‘l ulied Alla biex jinġiebu bejniethom bħal  aħwa.   Fit-talba  tiegħu  talab biex id-dixxipli kollha tiegħu jkunu “ħaġa waħda”.  Anzi Hu stess offra lilu nnifsu għal kulħadd sal-mewt, bħala Feddej ta’ kulħadd..  “Ħadd ma għandu mħabba akbarminndin, li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.” (Ġw. 15, 13)   Ordna mbagħad lil-appostli li jxandru l-aħbar evanġelika lill-ġnus kollha biex il-ġens tal-bnedmin isir  il-familja  ta’  Alla  li  fiha  l-milja  tal-liġi  kollha  tkun  l-imħabba.

Hu  li kien l-ewwel fost ħafna aħwa, wara li miet u li qam mill-imwiet, waqqaf b’don ta’ l-Ispirtu tiegħu għaqda ġdida ta’ aħwa fost dawk kollha li jilqgħuh bil-fidi u bl-imħabba; din l-għaqda ssir fil-Ġisem tiegħu li hu l-Knisja li fiha kulħadd huwa, membru ta’ l-ieħor u l-membri jaqdu lil xulxin skond id-diversi doni li ngħatawlhom.

Din is-solidarjeta’ għandha dejjem tikber sa dak il-jum li fih tasal fil-perfezzjoni tagħha u l-bnedmin, salvati bil-grazzja, bħala familja maħbubaminnAlla uminnKristu ħuhom, għad jagħtu  lil Alla glorja perfetta.

 

 

 

Kap III

IL-ĦIDMA  TAL-BNEDMIN  FL-UNIVERS

33. Il-problema

Il-bniedem ifettex dejjem li jisviluppa ħajtu bix-xogħol u d-dehen tiegħu; imma l-lum, l-aktar bl-għajnuna tax-xjenza u tat-teknika, kabbar u għadu jkabbar il-ħin kollu l-ħakma tiegħu kważi fuq in-natura kollha.   Megħjuna  fuq kollox mit-tkattir tal-mezzi ta’ kuminkazzjoni ta’ kull xorta bejn in-nazzjonijiet, il-familja tal-bnedmin bil-mod il-mod waslet biex tagħraf lilha nnifisha u tifforma ruħha komunita’ waħda fid-dinja kollha.  Uminn hawn jiġri li l-bniedem il-lum jikseb bil-ħidma tiegħu ħafna ġid li dari kien jistenna l-aktarminn qawwa ogħla.

Quddiem  dan l-isforz bla qies li xtered mal-ġens kollu tal-bnedmin, jinbtu fost il-bnedmin ħafna mistoqsijiet.  Xi  tfisser u x’tiswa din il-ħidma?  Kif  għandu wieħed juża dawn il-ħwejjeġ?  Għal  liema fini huma diretti l-isforzi tal-bnedmin, wieħed wieħed u meħudin kollettivament?   Il-Knisja, li tħares id-depostu tal-Kelma ta’ Alla li minnu jittieħdu l-prinċipji fl-ordni reliġjuż u morali, ukoll  jekk ma jkollhiex dejjem lesta t-tweġiba għal kull mistoqsija, tixtieq tgħaqqad id-dawl tar-rivelazzjoni ma’ l-esperjenza ta’ kulħadd biex iddawwal it-triq li dan l-aħħar il-bnedmin bdew mexjin minnha.

 

34. X’tiswa l-ħidma tal-bniedem

Għal  dawk li jemmnu hija ħaġa ċerta li l-ħidma tal-bnedmin, wieħed wieħed u lkoll flimkien, jiġifieri dak l-isforz l-aktar kbir li bih il-bnedmin, matul il-mijiet ta’ snin, fittxew li jbiddlu għall-aħjar il-kondizzjonijiet ta’ ħajjithom, meqjus fih innifsu jaqbel mal-ħsieb ta’ Alla.   Għaliex  il-bniedem, maħluq xbieha ta’ Alla, irċieva l-kmand biex jissottometti lejh l-art b’dak kollu li jinsab fiha, u jmexxi d-dinja fil-ġustizzja u fid-qdusija1.   Huwa  irċieva wkoll il-kmand li waqt li jagħraf ‘l Alla bħala Dak li ħalaq kolox jattribwilu lilu nnifsu u l-ħwejjeġ kollha b’mod illi, bil-ħwejjeġ kollha mqegħdin taħt il-bniedem, l-isem ta’ Alla jkun imsebbaħ  fl-art  kollha2.

U  dan jiswa wkoll għax-xogħlijiet ordinajri ta’ kuljum.   Għaliex  l-irġiel u n-nisa li, waqt li jaqilgħu l-għajxien għalihom u għall-familja, jagħmlu dan ix-xogħol b’manjiera li jaqdu kif jixraq lis-soċjeta’, jistgħu bir-raġun iżommu li huma bix-xogħol tagħhom qegħdin jisviluppaw ix-xogħol ta’ Alla, qegħdin ikunu utli għal ħuthom, u fil-ħidma tagħhom personali  qegħdin  jagħtu  sehemhom  biex  iseħħ  il-ħsieb provvidenzjali ta’ Alla fl-istorja3.

Għalhekk l-insara mhux biss m’għandhomx jaħsbu li l-opri li l-bnedmin jagħmlu bid-dehen u bil-forzi tagħhom  huma kuntrarji għall-qawwa ta’ Alla, u li l-bniedem donnu jsir rival ta’ Alla, anzi għandhom jkunu persważi li r-rebħiet tal-bnedmin juru l-kobor ta’ Alla, anzi għandhom ikunu ħsieb misterjuż tiegħu.  U  aktar ma tikber il-qawwa tal-bnedmin aktar tikber u tinfirex ir-responsabbilita’ tagħhom, wieħed wieħed u lkoll flimkien.  Minn vhawn jidher lil-messaġġ nisrani mhux talli ma jbiegħedx il-bnedmin milli jibnu d-dinja, u lanqas ma jġegħelhom jittraskuraw il-ġid tal-bnedmin l-oħra, iżda jorbothom bi dmir li jagħmluh4.

 

35. L-ordni fil-ħidma tal-bnedmin

Il-ħidma  tal-bnedmin kif ġejja mill-bniedem hekk ukoll hija ordinata għall-bniedem.  Għaliex il-bniediem, meta jaħdem, mhux biss ibiddel il-ħwejjeġ u s-soċjeta’ imma jipperfezzjona wkoll lilu nnifsu.   Jitgħallem  ħafna ħwejjeġ, jisviluppa l-fakultajiet tiegħu, joħroġ barra minnu nnifsu u ‘l fuq minnu nnifsu.  Jekk nifhmuh sewwa, dan l-isvilupp  jiswa aktar mill-ġid estern li jista’ jinkiseb.   Il-bniedem  jiswa aktar minħabba f’dak li hu milli minħabba f’dak li għandu5.   Hekk ukoll, dak kollu li l-bnedmin jagħmlu biex jiksbu ġustizzja akbar, għaqda aktar wiesgħa ta’ aħwa u ordni li jixraq aktar lill-bniedem fir-relazzjonijiet soċjali, jiswa aktar mill-progoress tekniku.   Għaliex  dan il-progress jista’ qisu jipprovdi l-bażi għall-promozzjoni umana iżda waħdu biss ma jista’ qatt jirrealizzaha.   Għalhekk din hija n-norma ta’ l-attivita’ umana; illi, skond il-pjan  u r-rieda ta’ Alla tkun twieġeb għall-ġid tassew ta’  l-umanita’ u tgħin lill-bniedem, kemm bħala individwu  kemm  bħala  membru  tas-soċjeta’, li  jsegwi  u  jilħaq  is-sejħa  sħiħa  tiegħu.

 

36. L-awtonomjia leġittima tar-realtajiet ta’ l-art.

Ħafna min-nies ta’ żmienna donnhom jibżgħu li mir-rabta aktar qawwija bejn il-ħidma tal-bnedmin u r-reliġjon tixxekkel l-awtonomija tal-bnedmin, jew tax-xjenza, jew tal-għaqdiet.

Jekk  b’awtonomija tal-ħwejjeġ ta’ l-art nifhmu li l-ħwejjeġ maħluqa u l-istess soċjetajiet għandhom il-liġijiet u l-valuri tagħhom li għanhom ikunu bil-mod il-mod studjati, użati u regolati mill-bnedmin, hija ħaġa tajba li wieħed jitlob din l-awtonomija.  U dan  mhux biss iriduh il-bnedmin ta’ żmienna imma jaqbel ukoll mar-rieda ta’ Alla li ħalaq kollox.   Għaliex il-ħwejjeġ kollha, mill-istess konidzzjoni tagħhom ta’ maħluqin, għandhom l-istabbilita’ tagħhom, il-verita’ it-tjieba, il-liġijiet proprji u l-ordni tagħhom, illi l-bnedmin għandhom jirrispettaw billi jirrikonoxxu l-metodi proprji  ta’ kull xjenza u arti.   Għalhekk ir-riċerka metodika f’kull tagħlim, jekk issir tassew b’manjiera xjentifika u skond in-normi morali, qatt ma tkun tassew kontra l-fidi  għax il-ħwejjeġ profani u l-ħwejjeġ tal-fidi ġejjin mill-istess Alla6.  Anzi min ifittex jistudja b’umilta u perseveranza dak li hemm moħbi fir-realta’ maħluqa mingħajr ma jinduna jkun bħal immexxi minn id Alla li, fil-waqt li jżomm fl-eżistenza l-ħwejjeġ kollha, jagħmel li huma  jkunu dak li huma.   Għalhekk huwa ta’ min jitħassarhom ċerti mentalijiet, li xi drabi nstabu fost l-istess insara, għax ma fehmux biżżejjed l-awtonomija leġittima tax-xjenza, li qajmu tilwim u kwistjonijiet u wasslu  ’l ħafna  biex  jaħsbu  li  l-fidi  u  x-xjenza  huma  kontra  xulxin7.

Imma jekk bil-kliem “awtonomija tal-ħwejjeġ ta’ l-art” wieħed jifhem li l-ħwejjeġ maħluqa ma jiddependuxminnAlla, u li l-bniedem jista’ jinqeda bihom mingħajr ma jirriferihom lil Alla, l-ebda bniedem li jagħraf ‘l Alla ma jindunax kemm dawn l-opinjonijiet huma foloz.  Għax  il-ħaġa maħluqa, mingħajr Dak li ħalaqha, tgħib.   Wara kollox, dawk kollha li jemmnu, hi x’inhi r-rliġjon tagħhom, fl-ilsien tal-ħwejjeġ maħluqa dejjem semgħu l-leħen u raw il-manifestazzjoni ta’ Alla.  Anzi, l-ħaġa maħluqa tiddallam meta jintesa Alla.

 

 

37. I-ħidma tal-bniedem imħassra mid-dnub

Imma l-Iskrittura Mqaddsa, li magħha taqbel l-esperjenza tas-sekli, tgħallem lill-familja tal-bnedmin li l-progress tal-bniedem, li hu ta’ ġid kbir għalih, iġib miegħu tentazzjoni kbira: għax meta jitħawwad l-ordni tal-valuri u l-ħażin jitħallat mat-tajjeb, il-bnedmin, wieħed wieħed u fi gruppi, iqisu biss dak li hu tagħhom u mhux dak li hu ta’ l-oħrajn.   Uminndawn jiġri li d-dinja ta’ tibqax aktar post ta’ għaqda vera ta’ aħwa waqt li l-qawwa tal-bniedem li tkun kibret,  thedded li teqred l-istess ġens tal-bnedmin.

Għax l-istorja kollha tal-bniedem hija taqbida ħarxa kontra s-setgħat tad-dlamijiet li bdiet mill-bidunett tad-dinja u tibqa’ sejra sa l-aħħar jiem, skond kif qal il-Mulej8.  il-bniedem, imdaħħal f’din it-taqbida, biex jibqa’ magħqud mat-tajjeb jeħtieġlu jissielet bla heda u ma jistax jikseb l-għaqda interjuri tiegħu mingħajr sforzi kbar u l-għajnuna tal-grazzja ta’ Alla.

Għalhekk il-Knisja ta’ Kristu, għax tafda fil-pjan tal-Ħallieq, filwaqt li tagħraf li l-progress tal-bniedem jista’ jservi tassew għall-hena veru tal-bnedmin, ma tistax ma ssemmax il-kliem ta’ l-Appostlu:  “La tkunux tixbħu lil din id-dinja”(Rum, 12,2), jiġifieri lil dak l-ispirtu ta’ frugħa u ta’ ħażen li jbiddel f’għodda tad-dnub dik il-ħidma tal-bniedem li qiegħda biex biha l-bniedem iservi ‘l Alla u lill-bnedmin.

Mela jekk xi ħadd jistaqsi kif nistgħu nirbħu din il-qagħda miżerabbli, l-insara jwieġbu li l-ħidmiet kollha tal-bniedem, li kuljum jinsabu fil-periklu ħtija tal-kburija u l-imħabba diżordinata lejna nfusna, għandhom ikunu msaffija u ipperfezzjonati permezz tas-salib u tal-qawmien mill-mewt ta Kristu.   Għaliex il-bniedem, mifdi minnKristu u magħmul ħolqien ġdid fl-Ispirtu s-Santu, jista’ u għandu jħobb ukoll l-istess ħwejjeġ maħluqin minnAlla.  Għaliex huwa irċevihom minnAlla u jħares lejhom bil-qima bħallikieku ġejjin mill-idejn ta’ Alla.   Huwa  jiżżiħajr għalihom lill-Benefattur u waqt li juża u jgawdi l-ħwejjeġ maħuqa fil-faqar u l-liberta’ ta’ l-ispirtu, jieħu tassew pussess tad-dinja bħal wieħed li xejn m’hu tiegħu imma għandu kollox9.   ”Għaliex  kollox tagħkom: u intom ta’ Kristu, u Kristu ta’ Alla” (1 Kor.3.22-23).

 

38. Il-ħidma tal-bnedmin mgħollija u ipperfezzjonata fil-misteru tal-Għid

Il-Verb ta’ Alla, li bih sar kollox, li sar Huwa stess bniedem u għammar fl-art tal-bnedmin10, daħal fl-istorja tad-dinja bħala l-bniedem perfett billi assuma fih l-istorja u ġemagħha fih innifsu11.   Huwa jgħarrafna “li Alla hu mħabba” (1 Ġw. 4,8) u fl-istess ħin igħallimna li l-liġi fundamentali tal-perfezzjoni tal-bniedem, u għalhekk tat-tibdil tad-dinja, huwa l-kmandament il-ġdid ta’ l-imħabba.  Lil dawk li jemmnu fl-imħabba ta’ Alla jassikurahom  li t-triq ta’ l-imħabba hija miftuħa għall-bnedmin kollha u li l-isforz biex il-bnedmin kollha jingħaqdu bħal aħwa m’hux fieragħ.   Iwissi  wkoll li m’għandniex nimxu f’din l-imħabba fil-ħwejjeġ kbar biss, imma l-ewwel fiċ-ċirkustanzi ordinarji tal-ħajja.   Billi  sofra l-mewt għalina lkoll midinbin12, bl-eżempju tiegħu jgħallimna li aħna wkoll għandna nerfgħu s-salib li l-ġisem u d-dinja jqiegħdu fuq l-ispallejn ta’ dawk li jfittxu l-paċi u l-ħaqq.   Magħmul  Sid bil-qawmien tiegħu mill-mewt.  Kristu, li lilu ngħatat kull setgħa fis-sema u  fl-art13, għadu jaħdem fil-qlub tal-bnedmin bil-qawwa ta’ l-Ispirtu tiegħu.   U mhux  biss iqajjem ix-xewqa għad-dinja li ġejja imma b’din ix-xewqa stess jispira, inaddaf u jqawwi dawk ix-xewqat ġenerużi  li bihom  il-familja tal-bnedmin tfittex li tagħmel ħajjitha aktar tixraq lill-bnedmin u li tissottometti għal dan il-fini l-art kollha.   Iżda d-doni ta’ l-Ispirtu m’humiex bħal xulxin: isejjaħ lil x’uħud biex jagħtu xhieda bid-dieher tax-xewqa ta’ l-agħmara tas-sema u b’hekk iżommu din ix-xewqa ħajja fil-familja tal-bnedmin; isejjaħ oħrajn biex jagħtu rwieħhom għall-qadi tal-bnedmin f’din l-art u b’dan ix-xogħol tagħhom iħejju l-materja għas-saltna tas-sema.   Imma jagħmel lil kulħadd bniedem ħieles biex b’hekk, waqt li jiċħad l-eġoismu u japplika l-forzi kollha ta’ l-art għall-ħajja tal-bnedmin, jingħata għaż-żmien li ġej meta l-unanita’ stess issir offerta li togħġob lil Alla14.

Il-Mulej lid-dixxipli tiegħu ħallielhom rahan ta’ din it-tama u ikel għat-triq: is-sagrament tal-fidi li fih elementi naturali, maħdumin mill-bnedmin, jitbiddlu fil-Ġisem u d-Demm  glorjuż  tiegħu  ta’  għaqda  bejn  l-aħwa  u  sehem  minn  qabel  ta’  l-ikla   tas-sema.

 

39. Art ġdida u sema ġdid

Ma nafux meta jintemmu l-art u l-umanita’15 u lanqas nafu kif l-univers kollu se jitbiddel.  Tgħaddi l-birxra ta’ din id-dinja mħassra id-dnub16.   Imma  aħna nafu mir-rivelazzjoni li Alla jħejji agħmara ġdida u art ġdida fejn tgħammar il-ġustizzja17 u li l-hena tagħha jxabba’ u jisboq ix-xewqat kollha ta’ paċi li jinbtu fil-qlub tal-bnedmin18.   Mbagħad,  wara li l-mewt tintrebaħ, ulied Alla jerġgħu jqumu mill-imwiet fi Kristu, u dak li kien inżara’ fid-dgħufija u t-taħsir jilbes in-nuqqas ta’ taħsir19 u, fil-waqt li tibqa’ l-karita’ u l-ħidma tagħna20, jinħelsu mill-jasar tal-frugħa dawk il-ħlejjaq kollha21 li Alla ħalaq għall-bniedem.

Aħna  mwisssija tabilħaqq li xejn ma jiswa għall-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha imma jitlef lilu nnifsu22.   Imma  li l-bniedem jistenna art ġdida ma jfissir li għandu jnaqqaslu l-ħeġġa li jieħu ħsieb din l-art fejn jikber dak il-ġisem ta’ l-umanita’ ġdida li minn issa jista’ jagħti xi ħjiel tad-dinja l-ġdida; anzi għandu jżidhielu.   Għalhekk,  għad li għandna nagħmlu differenza bejn il-progress ta’ l-art u l-kobor tas-Saltna ta’ Kristu, dak il-progress huwa ta’ importanza kbira għas-Saltna ta’ Alla sakemm jista’ jgħin ħalli l-għaqda tal-bnedmin tkun ordinata aħjar23.

Għaliex wara li fl-Ispirtu tal-Mulej, u skond il-kmandament tiegħu, inkunu ħabbarna u xerridna l-valuri tad-dinjita’ tal-bniedem, tal-għaqda ta’ l-aħwa tal-bnedmin u tal-liberta, jiġfieri l-frott tajjeb kollu tan-natura u tal-ħidma tagħna, aħna nsibhom mill-ġdid, imma  mnaddfin minn kull tinġis, imdawlin u mbiddlin, meta Kristu jrodd lill-Missier is-saltna ta’ dejjem u universali, “saltan ta’ verita’ u ħajja, saltna ta’ qdusija u grazzja, saltna ta’ ġustizzja, imħabba u paċi”24.   Is-Saltna diġa tinsab fuq l-art, f’misteru, imma meta jiġi l-Mulej issir perfetta.

 

 

 


Kap V

IL-MISSIONI  TAL-KNISJA  FID-DINJA  TAL-LUM

 

40  Relazzjonijiet riċiproċi bejn il-Knisja u d-dinja.

Dak  kollu li għedna fuq id-dinjita’ tal-persuna umana, il-komunita’ tal-bnedmin u t-tifsira profonda tal-ħidma tal-bnedmin, huwa s-sies tar-relazzjoni bejn il-Knisja u d-dinja u l-bażi tad-djalogu bejniethom1.   Għalhekk, waqt li qegħdin jittieħu bħala magħrufa l-ħwejjeġ kollha li ntqalu minn dan il-Konċilju dwar il-misteru tal-Knisja, dan il-kap ser jittratta  dwar  l-istess  Knisja  skond  kif  teżisti  f’din  id-dinja  u  magħha  tgħix  u  taħdem.

Il-Knisja,  li ġejja mill-imħabba tal-Missier etern2, imwaqqfa fiż-żmien minn Kristu Feddej, magħquda fl-Ispirtu s-Santu3, għandha fini ta’ salvazzjoni u eskatoloġiku li ma jistax jintlaħaq għalkollox ħlief fid-dinja li għad trid tiġi.   Imma hi qiegħda diġa’ hawn fuq l-art u hija magħmula minn bnedmin, jiġifieri mill-istess membri tal-belt ta’ l-art li huma msejħin biex fl-istorja stess tal-bnedmin jagħmlu l-familja ta’ wlied Alla li għandha tkompli dejjem tikber sal-miġja tal-Mulej.   Din il-familja, magħquda minħabba d-doni tas-sema u mżejna  bihom, kienet minn Kristu “maqqqfa u organizzata bħal soċjeta’”4 u mogħnija “b’mezzi addattati li jagħmluha għaqda viżibli u soċjali”5.   Hekk  il-Knijsa, li hija fl-istess ħin “għaqda viżibli mad-dinja l-istess kondizzjonijiet ta’ l-art; hi bħal ħmira u bħallikieku r-ruħ tas-soċjeta’ tal-bnedmin6 li hi iddestinata biex tiġġedded fi Kristu u tinbidel fil-familja ta’ Alla.

Kif  din il-belt ta’ l-art u l-belt tas-sema huma mdaħħlin f’xulxin, hi ħaġa li ma tistax tingħaraf ħlief bil-fidi; anzi tibqa’ l-misteru ta’ l-istroja tal-bnedmin li hi mħarbta bid-dnub sakemm tidher għalkollox il-glorja ta’ wlied Alla.   Il-Knisja, ċertament, meta tfittex il-fini tagħha ta’ salvazzjoni mhux biss tikkomunika lill-bniedem il-ħajja ta’ Alla iżda b’xi mod ixxerred ukoll ir-rifless tad-dawl tagħha fuq id-dinja kollha, l-aktar billi tfejjaq u tgħolli d-dinjita tal-persuna umana, isseħħaħ l-għaqda tas-soċjeta’ tal-bnedmin u tagħti sens u tifsir aktar profond lill-ħidma tagħhom ta’ kuljum.   Hekk  il-Knisja, permezz tal-membri tagħha kollha u tal-għaqda kollha tagħha, temmen li hija tista’ tgħin ħafna biex tagħmel jixirqu aktar  lill-bnedmin il-familja  tal-bnedmin  u  l-istorja  tagħha.

Il-Knisja Kattolika tistma ħafna u bil-qalb dak li għamlu u għadhom jagħmlu l-knejjes jew komunitajiet ekkleżjali oħra biex jaqdu l-istess dmir.  Fl-istess ħin hija konvinta li fit-tħejjija ta’ l-Evanġelju hija tista’ tkun megħuna ħafna u b’ħafna manjieri mid-dinja, sew mill-bnedmin wieħed wieħed sew mis-soċjeta’  tal-bnedmin, bil-kwalitajiet tajba u bil-ħidma tagħhom.   Bl-iskop  li tkun inkoraġġita kif jixraq din l-għajnuna riċiproka u bdil reċiproku f’dawk il-ħwejjeġ li b’xi mod huma komuni għall-Knisja u għad-dinja, se jingħataw  hawn  xi  prinċipji  ġenerali.

 

 

 

41. L-għajnuna li l-Knisja tfittex li tagħti li kull bniedem

Il-bniedem  tal-lum miexi lejn svilupp iżjed sħiħ tal-personalita’ tiegħu u qiegħed isib u jsaħħaħ dejjem aktar il-jeddijiet tiegħu.   Billi  lill-Knisja ġiet fdata l-missjoni li turi l-misteru ta’ Alla, li hu l-aħħar fini tal-bniedem, hiija turi fl-istess ħin lill-bniedm it-tfisir ta’ l-eżistenza tiegħu, jiġifieri l-verita’ profonda dwar il-bniedem.   Il-Knisja  taf sewwa li Alla biss, li lilu hija taqdi, iwieġeb għax-xewqat l-aktar profondi ta’ qalb il-bniedem li dak li tagħti l-art qatt ma jaqta’ għalkollox.   Taf ukoll li l-bniedem, imqanqal bla heda mill-Ispirtu ta’ Alla, qatt ma jista jkun għalkollox indifferenti dwar il-problemi tar-reliġjon kif  jidher  ċar mhux biss mill-iesperjenza tas-sekli li għaddew imma wkollminn għadd kbir ta xiehda ta’ żminijietna.   Għaliex il-bniedem jibqa’ dejjem jixtieq ikun jaf, għal-anqas fuq fuq, liema  hija t-tifsira ta’ ħajtu, ta’ ħidmietu u ta’ mewtu.   Il-preżenza  stess tal-Knisja tfakkru f’dawn il-problemi.   Imma Alla waħdu, li ħalaq il-bniedm xbieha tiegħu u fdieh mid-dnub, jagħti tweġiba sħiħa għal dawn il-mistoqsijiet u dan jagħmlu bir-rivelazzjoni li wettaq f’Ibnu li sar  bniedem.   Kull  min  jimxi  wara  Kristu,  il-bniedem perfett, huwa wkoll isir akar bniedem.

B’din il-fidi l-Knisja tista’ teħles id-dinjita’ tan-natura tal-bniedem mit-taqlib kollu ta’ l-opinjonijiet kollha li, biex nagħtu eżempju, jew ibaxxu żżejjed jew igħollu bla qies ġisem il-bniedem.   L-ebda  liġi tal-bniedem ma tista’ tisgura tant id-dinjita persunali u l-liberta’ tal-bniedem daqs l-Evanġelju ta’ Kristu mħolli f’idejn il-Knisja.   Għax  dan l-Evanġelju jħabbar u jipproklama l-liberta’ ta’ wlied Alla, jiċħad kull jasar li fl-aħħar mil-aħħar jiġi mid-dnub8, jirrispetta bħala ħaġa qaddisa d-dinjita’ tal-kuxjenza u d-deċiżjoni ħielsa tagħha, iwissi biex inkattru t-talenti kollha tal-bniedem għas-servizz ta’ Alla u għall-ġid tal-bniedem, u jirrikkmanda lil kulħadd għall-imħabba ta’ kulħadd9.   Dan  jaqbel mal-liġi fundamentali tal-ħsieb nisrani dwar il-pjan tas-salvazzjoni.  Għaliex għad li Alla li salvana hu dak stess li ħalaqna, u Hu  stess is-Sid kemm ta’ l-istorja tal-bniedem kemm ta’ l-istorja tas-salvazzjoni, b’danakollu f’dan l-istess ordni li għamel Alla l-awtonomijiia ġusta tal-ħolqien u l-aktar tal-bniedem mhux biss ma titneħħiex imma saħansitra titqiegħed mill-ġdid fid-dinjita’ tagħha  u tissaħħaħ.

Għalhekk  il-Knisja, bil-qawwa ta’ l-Evanġelju mħolli f’idejha, ixxandar il-jeddijiet tal-bniedmin u tagħraf u tistma ħafna d-dinamismu tal-lum li bih dawn il-jeddijiet jinġiebu ‘l quddiem kullimkien.   Imma dan il-moviment għandu jkun mimli bl-ispirtu ta’ l-Evanġelju u mħares kontra kull forma ta’ awtonomija falza.   Għax aħna suġġetti għat-tentazzjoni li nqisu l-jeddijiet tagħna personali mħarsin għalkollox biss meta nħossu ruħna maħlulaminnkull norma tal-liġi ta’ Alla.   Iżda  b’din it-triq id-dinjita’ tal-persuna tal-bniedem mhux biss ma tiġix salvata imma tintilef.

 

42. L-għajnuna li l-Knisja tfittex tagħti lis-soċjeta’ tal-bnedmin.

L-għaqda  tal-familja tal-bnedmin tissaħħaħ u tipperfezzjona ruħha ħafna bl-għajnuna  ta’  wlied  Alla  mwaqqfa  fuq  Kristu10.

Tassew li l-missjoni proprja li Kristu ta lill-Knisja m’hix ta’ ordni politiku, ekonomiku jew soċjali: għax il-fini li taha hu ta’ ordni reliġjuż11.  immaminn din l-istess missjoni reliġjuża joħorġu ħidma,  dawl u forzi li jistigħu jservu biex tinbena u tissaħħa l-għaqda tal-bnedmin skond il-Liġi ta’ Alla.   Hekk  ukoll, fejn ikun jeħtieġ skond iċ-ċirkustanzi taż-żmien u tal-post, hi stess tista’, anzi għandha, twaqqaf opri maħsubin għall-qadi tal-bnedmin kollha, l-aktar ta’dawk li qegħdin fil-bżonn, bħalma huma l-opri ta’ ħniena u  oħrajn  bħalhom.

Barra minndan il-Knisja tagħraf dak li hemm tajjeb fid-dinamismu soċjali tal-lum u l-aktar l-isvillup lejn l-unita’, il-proċess ta’ soċjalizzazzjoni għaqlija u solidarjeta’ fil-qasam ċivili u ekonomiku.  Għaliex li tmexx ‘l quddiem l-unita’ jaqbel mal-missjoni intima tal-Knisja billi hija hi “fi Kristu bħala sagrament jew sinjal u strument ta’ għaqda intima ma’ Alla u ta’ għaqda tal-ġens tal-bnedmin kollu kemm hu”12.    Hekk hija turi lid-dinja li l-vera għaqda soċjali li tidher tiġi mill-għaqda tal-moħħ u tal-qalb, jiġifieriminn dik il-fidi u dik il-karita’ li bihom hija msawra, b’mod li ma tinħallx, l-għaqda tagħha fl-Ispirtu s-Santu.   Għax  l-enerġija li l-Knisja hija kapċi tagħti lis-soċjeta’ tal-bnedmin tal-lum qiegħda f’dik il-fidi u f’dik il-karita’ li jintgħaġnu mal-ħajja u mhux f’xi ħakma esterna li titħaddem b’mezzi għalkollox umani.

Billi, mbagħad, minħabba l-imssjoni u n-natura tagħha, m’hi marbuta ma’ l-ebda xorta partikolari ta’ kultura  ta’ bnedmin jew ma’ xi sistema politiku, ekonomiku jew soċjali, il-Knisja, bis-saħħa ta’ din l-universalita’ tagħha, tista’ tkun rabta l-aktar sħiħa bejn il-komunitajiet diversi tal-bnedmin u n-nazzjonijiet basta huma jkollhom fiduċja fiha u jagħirfu bil-fatti l-liberta’ vera tagħha biex taqdi din il-missjoni tagħha.   Għalhekk  il-Knisja tħeġġeġ ‘l uliedha, u wkoll lill-bnedmin kollha, biex f’dan l-ispirtu ta’ familja li hu proprju ta’ wlied Alla jirbħu kull tilwim bejn nazzjonijiet u razzez u jagħtu saħħa interna lill-għaqdiet leġittmi tal-bnedmin.

Għalhekk  il-Konċilju  jħares  b’rispett kbir lejn dak kollu li hemm veru tajjeb u ġust fl-istituzzjonijiet hekk diversi li l-bnedmin waqqfu u għadhom iwaqqfu bla heda.  Jiddikjara wkoll li l-Knisja trid tgħin u tmexxi ‘l quddiem dawn l-istituzzjonijiet kollha, sakemm dan jiddependi minnha u jaqbel mal-missjoni tagħha.   Xejn ma tixtieq aktar milli isservi għall-ġid ta’ kulħadd u li tkun tista’ tisviluppa ruħha liberament tkun xi tkun l-għamla ta’ gvern li jirrispetta  l-jeddijiet funddamentali tal-persuna u tal-familja u jagħraf l-esiġenzi tal-ġid komuni.

 

43. L-għajnuna li l-Knisja tfittex li tagħti lill-ħidma tal-bnedmin permezz ta’ l-insara.

Il-Konċilju  jħeġġeġ lill-insara, li huma ċittadini taż-żewġt ibliet, biex ifittxu jaqdu sewwa d-dmirijiet tagħhom ta’ l-art, immexxijin mill-ispiritu ta’ l-Evanġelju.  Jisbaljaw dawk li, għax jafu li hawn m’għandniex belt li tibqa’ għal dejjem imma qegħdin infittxu dik li għad trid tiġi13, jaħsbu li b’hekk jistgħu jħallu fil-ġenb id-dmirijiet tagħhom ta’ l-art u ma jirriflettux li għall-kuntrarju hija sewwasew il-fidi stess li tobbligahom aktar li jħarsuhom skond is-sejħa ta’ kull wieħed14.   U,  mill-banda l-oħra, jisbaljaw xejn anqas dawk li jaħsbu li huma jistgħu tant jintilfu fil-ħwejjeġ ta’ l-art, bħallikieku dawn m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-ħajja reliġjuża li, skond kif jaħsbu huma, tikkonsisti biss f’egħmil ta’ qima u f’xi dmirijiet morali.   Il-firda  li naraw f’bosta bejn il-fidi li jistqarru u l-ħajja tagħhom ta’ kuljum għandha tingħadd fost l-isbalji l-aktar kbar ta’ żmienna.   Fit-Testment il-Qadim il-Profeti kienu diġa għollew leħinhom ta’ ċanfir kontra dan l-iskandlu15,  u  wisq aktar Ġesu’ Kristu nnifsu, fit-Testment il-Ġdid, hedded kastigi kbar konrieh16.   Mela m’għnadhomx jitqiegħdu inġustament kontra xuxlin il-ħidmiet professjonali u soċjaliminnnaħa l-oħra.  In-nisrani  li jittraskura d-dmirijiet tiegħu temporali jkun jittraskura d-dmirjiet tiegħu lejn il-proxxmu, anzi wkoll lejn Alla nnifsu, u jqiegħed fil-periklu s-salvazzjoni tiegħu ta’dejjem.  L-Insara għandhom ikunu kuntenti li, fuq l-eżempju ta’ Ġesu’ Kristu, li kien ħadiem, jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom kollha billi jgħaqqdu l-isforzi tagħhom umani, familjari, professjonali, xjentifiċi u tekniċi, f’sintesi waħda ta’ ħajja mal-valuri reliġjużi li taħt it-tmexxija  għolja  tagħhom  il-ħwejjeġ  kollha  jkunu  koordinati  għall-glorja  ta’  Alla.

Id-dmirijiet  ul-ħidmiet temporali huma proprjament ta’ kompetenza tal-lajċi, għad li mhux tagħhom biss.   Għalhekk meta huma, jew wieħed wieħed jew magħqudin flimkien, jaġixxu bħala ċittadini tad-dinja, għandhom mhux biss iħarsu l-liġijiet proprji f’kull qasam ta’ dixxiplina imma għandhom ifittxu jiksbu wkoll kapaċita’ vera.   Huma għandhom jagħtu bil-qalb  sehemhom  lill-bnedmin  kollha  li jfittxu l-istess skop.   Filwaqt  li jirrispettaw kull ma titlob il-fidi u mogħnijin bil-qawwa tagħha, għandhom jaħsbu bla heda fuq l-inizjattivi ġodda, jekk ikunu meħtieġa, u jaħdmu biex iseħħu.   Huwa  dmir tagħhom tal-kuxjenza, wara li tkun iffurata kif jixraq, li l-liġi ta’ Alla tinkiteb fil-ħajja tal-belt ta’ l-art.  Il-lajċi  għandhom jistennew mis-saċerdoti dawl u qawwa spiritwali.   U m’għandhomx jaħsbu li r-rgħajja tagħhom dejjem huma hekk imħarrġa illi f’kull kwistjoni, ukoll iebsa, li tinqala’ jistgħu jkollhom tweġiba konkreta dejjem lesta jew li din hija l-missjoni tagħhom.  Anzi huma stess għandhom jerfgħu r-responsabbilta’ tagħhom fid-dawl tal-għerf nisrani u fir-rispett  lejn  it-tagħlim  tal-Maġisteru17.

Ħafna  drabi hija l-istess viżjoni nisranija tar-realta’ li, f’ċerti ċirkustanzi, torjentahom lejn soluzzjoni determinata.   Imma  nsara oħra mhux b’anqas sinċerita’, kif aktarx spiss jiġri u bir-raġun, jistgħu jaħsbuha xort’oħra dwar l-istess kwistjoni.   Jista’ jiġri li jkun hemm xi wħud, u jistgħu jkunu ħafna, li jidentifikaw b’ċerta faċilita’, wkoll kontra r-rieda tal-partijiet interessanti, xi soluzzjonijiet, imressqin minn naħa jew minn oħra, mal-Messaġġ evanġeliku.   F’dawn  il-każi, iżda, wieħed għandu jiftakar li ħadd ma jista’ jagħti saħħa biss lil fehemtu bħallikieku kellha l-awtorita’ tal-Knisja.   Imma  dejjem għandhom ifittxu li jagħtu dawl lil xulxin bi djalogu sinċier billi jżommu l-imħabba ta’ bejniethom u jfittxu  l-ewwel  ħaġa  l-ġid  komuni.

Il-lajċi, mbagħad, billi  fil-ħajja kollha tal-Knisja għandhom xi sehem ta’ responsabbilita’, m’humiex biss obbligati li janimaw id-dinja  bl-ispirtu nisrani imma huma wkoll imsejħin biex ikunu xiehda ta’ Kristu fil-ħwejjeġ kollha u sewwasew f’nofs  is-soċjeta’ tal-bnedmin.

L-Isqfijiet  mbagħad, li lilhom ingħata l-uffiċċju li jmexxu l-Knisja ta’ Alla, għandhom ixerrdu, flimkien mal-presbiteri tagħhom, il-messaġġ ta’ Kristu b’mod li l-ħidmiet kollha ta’ l-art jiddawlu fid-dawl ta’ l-Evanġelju.   Fuq kollox ir-rgħajja kollha għandhom jiftakru illi huma, bl-imġiba u bil-ħerqa tagħhom ta’ kuljum18, juru lid-dinja l-wiċċ tal-Knisja li minnu l-bnedmin  jiġġudikaw il-qawwa u l-verita’ tal-messaġġ nisrani.  Bil-ħajja  u bil-kelma, flimkien mar-reliġjużi u l-insara tagħhom,  għandhom juru li l-Knisja, bil-preżenza tagħha biss, bid-doni kolha li għandha,  hija għajn li qatt ma taqta’ ta’ dawk il-forzi li d-dinja l-lum l-aktar teħtieġ.   Bl-istudju bla heda għandhom isiru hekk kapaċi li jkunu jistgħu jagħtu sehemhom fid-djalogu li għandu jsir mad-dinja u ma’ bnedmin ta’ kull-opinjoni.   Fuq kollox għandhom igħożżu l-kliem ta’ dan il-Konċilju:  “Billi l-lum il-ġens tal-bnedmin qiegħed dejjem jorganizza  ruħu aktar f’unita’ ċivili,  ekonomika u soċjali, wisq aktar jeħtieġ li s-saċerdoti, magħqudin fl-isforzi u fil-mezzi taħt it-tmexxija ta’ l-isqfijiet u tal-Papa, iwarrbu kull raġuni ta’ tixrid biex il-ġens kollu tal-bnedmin jinġabar fl-għaqda tal-familja ta’ Alla”19.

Għad li l-Knisja, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu, baqgħet għarusa fidila tal-Mulej tagħha u qatt ma waqfet li tkun sinjal ta’ salvazzjoni fid-dinja, b’danakollu hija taf li fost il-membri  tagħha20, sew kjeriċi sew lajċi, matul il-ħafna mijiet ta’ snin li għaddew ma naqsux uħud  li kienu infidili lejn l-Ispirtu ta’ Alla.   F’dan iż-żmien tagħna wkoll il-Knisja taf kemm huma ‘l bogħod minn xulxin il-messaġġ imwassal minnha u d-dgħufija ta’ dawk li lilhom hu fdat l-Evanġelju.   Tgħid  xi tgħid l-istorja fuq dawn in-nuqqasijiet, aħna għandna nkunu konxji tagħhom u neħduha kontriehom bis-sħiħ biex ma jkunux ta’ ħsara għat-tixrid ta’ l-Evanġelju.   Taf ukoll  il-Knisja li biex tisviluppa r-relazzjoniet tagħha mad-dinja hija għandha titgħallem mill-esperjenza tas-sekli.  Immexxija mill-Ispirtu s-Santu, Ommna l-Knisja ma tiqafx tħeġġeġ bla heda ‘l uliedha “biex jissaffew  u jiġġeddu ħalli s-sinjal ta’ Kristu  jiddi  aktar  ċar  fuq  wiċċ  il-Knisja”21.

 

44. Għajnuna li l-Knisja tirċievi mid-dinja tal-lum

Kif  huwa importanti għad-dinja li tagħraf il-Knisja bħala realta’ soċjali ta’ l-istorja u bħala l-ħmira tagħha, hekk ukoll il-Knisja taf kemm hija irċeviet mill-istorja u mill-isvillupp tal-ġens tal-bnedmin.

L-esperjenza tas-sekli li għaddew, il-progress tax-xjenza, it-teżori moħbija f’kull xorta ta’ kultura tal-bnedmin, ħwejjeġ li jgħinu biex wieħed jifhem aħjar l-istess natura tal-bniedem u jiftiħu toroq ġodda lejn il-verita’, kollha jiswew ukoll lill-Knisja.   Għax  hija sa mill-bidu ta’ l-istorja tagħha tgħallmet twassal il-messaġġ ta’ Kristu permezz tal-ħsieb u ta’ l-ilsna tal-popli diversi, u fittxet li tfissru bl-għerf tal-filsofi; dan sewwasew biex, safejn jista’ jkun, taddatta l-Evanġelju kemm ħalli jkun jista’ jifhmu kulħadd kemm biex iwieġeb għall-esiġenzi tal-għorrief,.   U  dan l-addattament tal-Kelma rivelata għandu jinżamm bħala liġi ta’ kull evanġelizzazzjoni.   Għaliex huwa b’hekk li kull nazzjoni tkun tista’ tfisser kif taf hi l-messaġġ ta’ Kristu u fl-istess ħin wieħed jista’ jġib ‘il  quddiem djalogu u skambju ħaj bejn il-Knisja u l-kulturi diversi tal-popli22.   Biex dan id-djalogu u dan l-iskambju, l-aktar il-lum, meta t-tibdil isir malajr u l-mod kif il-bnedmin jaħsbuha jinbidel ħafna, il-Knisja teħtieġ partikolarment l-għanuna ta’ dawk li jgħixu fid-dinja u li huma mħarrġin f’istituzzjonijiet u f’materji diversi u jifhmu l-mentalita’ tagħhom, sew fejn jidħlu nies li jemmnu  sew fejn jidħlu nies li ma jemmnux.   Huwa  dmir tal-popli kollu ta’ Alla u l-aktar tar-rgħajja u tat-teoloġi, bl-għajnuna ta’ l-Ispirtu s-Santu, li jisimgħu, jifhmu u jinterpretaw il-manjieri differenti li bihom jiitkellmu n-nies ta’ żminijietna, u li jiġġudikaw fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla  biex il-Verita’ rivelata tkun magħufa aktar profondament, titfisser  aħjar  u  tkun  mgħallma  b’manjiera  aktar  addattata.

Il-Knisja, billi għandha struttura soċjali viżibbli li hija sewwasew sinjal ta’ l-unita’ tagħha fi Kristu, tista’ tikseb u fil-fatt tikseb, il-ġid mill-isvilupp tal-ħajja soċjali tal-bnedmin mhux bħalkieku jonqosha xi ħaġa fil-kostituzzjoni li taha Kristu imma biex tkun tista’ tagħrafha aktar fil-fond, tfissirha aħjar u taddattaha bi  profitt akbar għal żminijietna.  Hija tagħraf b’rikonoxxenza li fil-komunita’ tagħha, mhux anqas milli f’uliedha wieħed wieħed, tirċieivi għajnuna varja mill-bnedmin ta’ kull grad u kondizzjoni.   Għax kull min  igħin il-komunita’ tal-bnedmin fil-qasam tal-familja, tal-kultura, tal-ħajja ekonomika u soċjali u wkoll fil-politika nazzjonali u internazzjonali, igħin ukoll mhux ftit skond il-ħsieb ta’ Alla il-komunita’ ekkleżjali għaliex din tiddependi minnfatturi estrni.   Anzi l-Knisja tistqarr li kisbet u għadha u għadha tikseb ħafna ġid mill-istess oppożizzjoni ta’ dawk li ma jaqblux  magħha  jew  jippersegwitaha23.

 

45. Kirsu, l-Afla u l-Omega

Il-Knisja, meta hija stess tgħin id-dinja u tirċievi ħafna minnha, tfittex dan biss”  li tiġi s-saltna ta’ Alla seħħ is-salvazzjoni tal-bnedmin kollha.   Kull ġid li l-Poplu ta’ Alla jista’ jagħti lil-familja tal-bnedmin, fiż-żmien li hu jinsab fid-dinja, ġej mill-fatt li l-Knisja  hija “is-sagrament universali tas-salvazzjoni”24 li juri u fl-istess ħin iwettaq il-misteru ta’ l-imħabba ta’ Alla lejn il-bniedem.

Għaliex il-Verb ta’ Alla, li bih sar kollox, hu stess sar bniedem biex bħala l-bniedem perfett isalva lill-kulħadd u jiġbor kollox fih.   Il-Mulej  huwa l-iskop ta’ l-istorja tal-bniedem, il-punt li lejh jieħdu x-xewqat ta’ l-istorja u taċ-ċivilta, iċ-ċentru tal-ġens tal-bnedmin, l-hena tal-qlub kollha u t-tweġiba għax-xewqat kollha tagħhom25.’   Huwa  dak li l-Missier qajjem mill-imwiet, għollieh u qiegħdu fuq il-lemin tiegħu, u għamlu mħallef tal-ħajjin u tal-mejtin.   Aħna, li ħadna l-ħajja mill-ispirtu tiegħu u aħna magħqudin miegħu, mexjin lejn il-perfezzjoni sħiħa ta’ l-istorja tal-bnedmin li twieġeb għalkollox għall-ħsieb ta’ l-imħabba tiegħu:  “Li kollox jinġabar taħt Ras waħda li hu Kristu, kullma hu fl-art, kull ma hu fis-smea” (Ef. 1.10).

Igħid il-Mulej stess:  ‘Ara jien ġej dalwaqt u miegħi nġib il-ħlas ħalli nrodd lil kull wieħed skond ma ħaqqu għal egħmilu.  Jien l-Alla u l-Omega, l-Ewwel u l-Aħħar, il-Bidu u t-Tmiem.” (Apok. 22, 12-13)

 

 


IT-TIENI  TAQSIMA

FUQ  XI  PROBLEMI  L-AKTAR  URĠENTI

 

46. Daħla

Wara  li wera ta’ liema dinjita’ hija l-persuna tal-bniedem u għal liema ħidma, individwali u soċjali, il-bniedem huwa msejjaħ, il-Konċilju, fid-dawl tal-Evanġelju u ta’ l-esperjenza tal-bnedmin, issa jiġbed l-attenzjoni ta’ kulħadd għal xi problei partikolarment urġenti  ta’  dan  iż-żmien  li  l-aktar  jolqtu  l-ġens  tal-bnedmin.

Fost il-ħafna kwistjonijiet li l-lum iħassbu lil kulħad jaqbel li l-aktar insemmu dawn:  iż-żwieġ u l-familja, il-kultura umana, il-ħajja ekonomika u soċjali, il-ħajja politika, is-solidarjeta’ tan-nazzjonijiet u l-paċi.   Fuq kull wieħed minn dawn is-suġġetti jalla jiddu l-prinċipji u d-dawl li jiġu minn Kristu; hekk l-insara jkollhom gwida u l-bnedmin kollha jiddawlu  meta  jiġu  biex  iħollu  tant  problemi  komplessi.

 

Kap  I

PROMOZZJONI  TAD-DINJITA’  TAŻ-ŻWIEĠ  U  TAL-FAMILJA

 

47. Fuq iż-żwieġ u l-familja fid-dinja tal-lum

Il-ġid  tal-persuna u tas-soċjeta’ umana u nisranija hu marbut sħiħ mal-kondizzjoni ħienja tal-għaqda taż-żwieġ u tal-familja.   Għalhekk l-insara, flimkien ma’ dawk kollha li għandhom stima kbira ta’ l-istess soċjeta’, jifirħu bil-qalb b’dawk il-ħafna mezzi li bihom il-lum il-bnedmin mexjin ‘il quddiem fil-promozzjoni ta’ din l-għaqda ta’ mħabba u fir-rispett tal-ħajja u li bihom il-miżżewġin u l-ġenituri jsibu għajnuna fil-missjoni għolja tagħhom; minnhom  ukoll  jistennew  vantaġġi  akbar  waqt  li  jisfurzaw  biex  jippromwovuhom.

Imma  d-dinjita’ ta’ din l-istituzzjoni ma tiddix kullimkien bl-istess dawl għaliex hija mdallma mill-poligamija, mill-pjajga tad-divorzju,minndik li tissejjaħ imħabba libera uminndeformazzjoniet oħra.   Barraminndan l-imħabba ta’ bejn il-miżżewġin hija bosta drabi ipprofonata mill-egoismu, mill-edonismu uminnpratki illeċiti kontra l-ġenerazzjoni.   Terġa’  l-lum il-kondizzjonijiet ekonomiċi, soċjali, psikoloġiċi u ċivili jġibu taħwid mhux ċkejken fil-familja.   Fl-aħħarnett  f’ċerti pajjiżi naraw mhux mingħajr tħassib, problemi ġejjin mit-tkattir tal-popolazzjoni.   Minndawn il-ħwejjeġ kollha jqumu diffikultajiet li jħabbtu l-kuxjenza.  Madankollu l-valur u l-qawwa ta’ l-istituzzjoni taż-żwieġ u tal-familja jirriżultaw mill-fatt li t-trasformazzjonijiet profondi tas-soċjeta’ tal-lum, minkejja d-diffikultajiet  li jinbtu b’qawwa minnhom, spiss jirrivelaw b’manjieri diversi n-natura vera ta’  l-istess  istituzzjoni.

Għalhekk il-Konċilju, billi jqiegħed f’dawl aktar ċar xi punit tat-tagħlim nisrani, għandu l-fehma li jdawwal u jqawwi l-insara u l-bnedmin kollha li jagħmlu kemm jistgħu biex jiddefendu  u jġibu ‘l quddiem id-dinjita’ naturali ta’ l-istat taż-żwieġ u l-valur sagru l-aktar għoli tiegħu.

 

48. Fuq il-qdusija taż-żwieġ u tal-familja

L-għaqda  intima tal-ħajja u ta’ l-imħabba bejn il-miżżewġin, mwaqqfa minn Alla fil-ħolqien u regolata b’liġijiet proprji, titwaqqaf fuq il-patt taż-żwieġ, jiġifieri fuq il-kunsens personali u irrevokabbli.   Hekk,  b’att uman li bih il-miżżewġin jagħu lil xulxin u jirċievu lil xulxin, istituzzjoni diġa stabbli b’liġi ta’ Alla tibda sseħħ ukoll quddiem is-soċjeta’.   Għall-ġid kemm tal-miżżewġin u ta’ l-ulied, kemm tas-soċjeta’, din ir-rabta qaddisa ma tiddependix mir-rieda tal-bnedmin.   Alla  nnifsu għamel iż-żwieġ li hu mżejjen b’valuri u skopijiet diversi1; u dawn huma kollha ta’ l-akbar importanza għall-kontribuzzjoni tal-ġens tal-bnedmin, għall-progress personali u għad-destin ta’ dejjem ta’ kull membru tal-familja, għad-dinjita’, l-stabbilita’, il-paċi u l-ġid ta’ l-istess familja, u tal-għaqda kollha tal-bnedmin.   Minħabba  n-natura tagħha l-istituzzjoni stess taż-żwieġ u l-imħabba tal-miżżewġin huma ordinati għall-prokreazzjoni u għall-edukazzjoni ta’ l-ulied u fihom bħal jilħqu l-inkoronament tagħhom.  Għalhekk ir-raġel u l-mara, fir-rabta taż-żwieġ “m’humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed” (Mt. 19,6), bl-għaqda intima tal-persuni u bil-ħidmiet tagħhom igħinu u jaqdu lil xulxin, iħossu xi tfisser l-għaqda tagħhom u jisbuha dejjem aktar minn jum għall-ieħor.   U  din l-għaqda intima, bħala donazzjoni ta’ żewġ persunni lil xulxin, u wkoll il-ġid ta’ l-ulied, jitolbu l-fedelta’ sħiħa tal-miżżewġin u jridu unita’ li ma tinħallx2.

Kristu Sidna xerred kotra ta’ barkiet fuq din l-imħabba b’aspetti differenti li ġejja mill-għajn ta’ l-imħabba divina, u li hi mfassla fuq il-mudell tar-rabta tiegħu ma-Knisja.   Għaliex  kif darba Alla ltaqa’ mal-poplu tiegħu bil-patt ta’ mħabba u ta’ fedelta’3, hekk is-Salvatur tal-bnedmin u l-Għarus tal-Knisja4 jiltaqa’ mal-miżżewġin insara bis-sagrament taż-żwieġ.   Jibqa’  wkoll magħhom biex kif huwa ħabb il-Knisja u ta’ lilu nnifsu għaliha5 hekk ukoll il-miżżewġin jinħabbu bejniethom b’fedelta’ li ma tiġix nieqsa billi jagħtu ruħhom lil xulxin.   L-imħabba vera bejn il-miżżewġin tingħaqad ma’ l-imħabba ta’ Alla u hija msaħħa u mogħnija bil-qawwa feddejja ta’ Kristu u l-egħmil ta’ salvazzjoni tal-Knisja biex il-miżżewġin jitwasslu tassew lejn Alla u jkollhom għajnuna u qawwa fil-missjoni għolja ta’ missier u omm6.   Għalhekk il-miżżewġin insara huma msaħħin bħal ikkonsagrati b’sagrament speċjali għad-dmirijiet u d-dinjita’ ta’ l-istat tagħhom7; u meta bil-qawwa ta’ dan is-sagrament jaqdu d-dmir tagħhom taż-żwieġ u tal-familja, mimlijin bl-ispirtu ta’ Kristu li bih ħajjithom kollha tintela bil-fidi, bit-tama u bl-imħabba, huma jersqu dejjem aktar lejn il-perfezzjoni tagħhom u t-tqaddis ta’ xulxin, u għalhekk flimkien jagħtu glorja lil Alla.

Bħala konsegwenza, meta l-ġenituri jkunu l-ewwel li jagħtu l-eżempju u jkunu magħqudin fit-talb tal-familja, l-ulied, anzi dawk kollha li jgħixu fl-istess familja jsibu aktar malajr it-triq tal-formazzjoni umana, tas-salvazzjoni u tal-qdusija.   Il-miżżewġin,  mbagħad, imżejnin bid-dinjita’ u bl-uffiċċju ta’ missier u omm, jaqdu bir-reqqa d-dmir tat-trobbija, l-aktar dik reliġjuża li tmiss lilhom qabel kulħadd.

L-ulied,  bħala membri ħajjin tal-familja, jagħtu sehemhom ukoll, skond il-kondizzjni tagħhom, għall-qdusija tal-ġenituri.   Huma  jwieġbu għall-benefiċċji li jirċievu mill-ġenituri b’sentimenti ta’ gratitudni, mħabba u fiduċja, u jieqfu magħhom bħal ulied fil-kuntrarjetajiet u fis-solitudni tax-xjuħija.   Il-ħajja tar-romol, milqugħa b’qawwa bħala kontinwazzjoni tal-vokazzjoni taż-żwieġ, għandha tkun meqjuma minnkulħadd8.    Il-familja  b’qalb kbira taqsam ma’ familji oħra wkoll il-ġid spiritwali tagħha.   Għalhekk  il-familja nisranija, billi titwieled miż-żwieġ li huma xbieha u sehem tal-patt ta’ mħabba ta’ Kristu u tal-Knisja9, turi lil kulħadd il-preżenza ħajja tas-Salvatur fid-dinja u n-natura vera tal-Knisja, kemm bl-imħabba tal-miżżewġin, bil-fekondita’ ġeneruża, fl-unita’ u l-fedelta’, kemm ukoll  bil-kooperazzjoni ta’ mħabba tal-membri kollha.

 

49. L-imħabba tal-miżżewġin

L-agħrajjes  u l-miżżewġin huma mistiedna bosta drabi mill-Kelma ta’ Alla biex imantnu u jsaħħu l-egħrusija b’imħabba safja, u ż-żwieġ b’imħabba fidila10.   Bosta bnedmin ta’ żmienna wkoll jagħtu importanza kbira lill-imħabba vera bejn ir-raġel u martu mfissra skond id-drawwiet onesti tal-popli u taż-żminijiet.   Issa din l-imħabba, billi hija ħaġa għalkollox umana u tgħaddi b’sentiment tar-rieda minn persuna għal persuna, tħaddan il-ġid kollu tal-persuna u għalhekk tista’ żżejjen b’dinjita’ speċjali dak kollu li jfissru l-ispirtu u l-ġisem u tagħtih il-valur ta’ element u sinjal speċjali tal-ħbibberija bejn il-miżżewġin.    Il-Muilej  għoġbu jfejjaq, jipperfezzjona u jgħolli din l-imħabba b’don speċjali tal-grazzja u tal-karita.   Imma  mħabba bħal din, li tgħaqad flimkien valuri divini u umani, twassal il-miżżewġin għad-donazzjoni libera tagħhom ifinushom lil xulxin, donazzjoni li tidher fis-sentimenti u fil-ġest ta’ mħabba u tmexxi u timla ħajjithom kollha11; anzi l-imħabba tikber u ssir aħjar bit-tħaddim ġeneruż tagħha nnifisha.   Għalhekk  hija tisboq bil-bosta s-sempliċi ġibda erotika li jekk tintlaħaq b’sens ta’ egoismu tispiċċa malajr fix-xejn u b’manjiera ta’ min jitħassarha.

Din l-imħabba titfisser u tipperfezzjona ruħha b’manjiera speċjali fl-egħmil li hu proprju taż-żwieġ.   L-egħmil  għalhekk li bih il-miżżewġin jingħaqdu f’intimita’ safja huwa onest u xieraq u, jekk isir b’mod tassew uman, ifisser u jkabbar dak id-don ta’ xulxin li bih huma jagħtu lil xulxin bil-ferħ u b’radd il-ħajr.   Din l-imħabba, ikkonfermata bil-fedelta’ lejn xulxin u fuq kollox imqaddsa b’sagrament ta’ Kristu, tinżamm sħiħa bla ma tonqos qatt fil-hena u fil-hemm, fil-ġisem u fil-ħsieb, u għalhekk teskludi kull adulterju jew divorzju.  L-unita’  taż-żwieġ imwettqa mill-Mulej tidher ċar ukoll mid-dinjita’ personali ndaqs tal-mara u tar-raġel li għandha tingħaraf fl-imħabba sħiħa ta’ bejniethom.   Biex  dawn id-dmirijiet ta’ din is-sejħa nisranija jkunu osservati bil-perseveranza tenħtieġ virtu’ mhux komuni; u għalhekk il-miżżewġin, msaħħin bil-grazzja biex igħixu ħajja qaddisa, għandhom iqisu l-ħin kollu li jħarsu fihom l-imħabba qawwija, qalb kbira u spirtu ta’ sagrifiċċju li jiksbuhom bit-talb.

L-imħabba vera tal-miżżewġin tkun stamata aktar u l-opinjoni pubblika tifforma ruħha tajjeb fuqha jekk il-miżżewġin jagħtu xhieda li tidher tal-fedelta’ u tal-għaqda fl-istess imħabba, u bil-premura fit-trobbija ta’ l-ulied, u jekk huma jagħtu sehemhom fit-tiġdid kulturali, psikoloġiku u soċjali meħtieġ għall-ġid taż-żwieġ u tal-familja.   Iż-żgħażagħ  għandhom ikunu mgħallmin tajjeb u f’waqtu, l-aktar fil-familji stess, dwar id-dinjita’, id-dmir u l-espressjoni ta’ l-imħabba bejn il-miżżewġin.   B’hekk, wara li jkunu iffurmati fl-għożża tal-kastita’, ikunu jistgħu, meta jkun il-waqt, igħadduminnegħrusija onesta għaż-żwieġ.

 

50. Il-frott taż-żwieġ

Iż-żwieġ u l-imħabba tal-miżżewġin,minnnatura tagħhom, huma ordinati għall-prokreazzjoni u t-trobbija ta’ l-ulied.   L-ulied  huma tassew l-egħżeż rigal taż-żwieġ u jikkontribwixxu ħafna għall-ġid ta’ l-istess ġenituri.   Alla nnifsu qal:  “Mhux tajjeb li l-bniedem ikun waħda” (Ġen. 1.18) u “li sa mill-bidu…. għamilhom raġel u mara” (Mt 19,4), ried jagħti lil-bniedem ċertu sehem speċjali fil-hdma tiegħu tal-ħolqien, u bierek lir-raġel u lill-mara, u qalilhom “Nisslu u tkattru” (Ġen. 1,28).  Għalhekk l-eżerċizzju veru ta’ l-imħabba bejn il-miżżewġin u t-tifsira kollha tal-ħajja tal-familja li toħroġminndik l-imħabba, mingħajr ma jitwarrbu fil-ġenb il-finijiiet l-oħra taż-żwieġ, għandhom iwasslu biex il-miżżewġin ikunu lesti biex jikkooperaw bil-kuraġġ ma l-imħabba ta’ Alla li ħalaq u li  salva  u li permezz tagħhomminnjum għal ieħor ikabbar u jimla bil-ġid il-familja tiegħu.

Il-miżżewġin  jafu li fid-dmir tat-trasmissjoni tal-ħajja umana u tat-trobbija li għandu jitqies bħala l-missjoni proprja tagħhom, huma l-kooperaturi ta’ l-imħabba ta’ Alla li ħalaqhom bħal interpreti tagħha.  Għalhekk  huma għandhom jaqdu d-dmir tagħhom b’responsabbilta’ ta’ bnedmin u ta’ nsara.   B’qima doċli lejn Alla u, flimkien, b’riflessjoni u b’inpenn, huma għandhom jiffurmaw għalihom infushom ġudizzju rett billi jżommu quddiem għajnejhom il-ġid tagħhom infushom u kemm il-ġid ta’ wliedhom, sew ta’ dawk u ta’ li diġa’ twieldu sew ta’ dawk li huma mistennija li jitwieldu, billi jiżnu l-kundizzjonijiet materjali u spiritwali taż-żmien li fih qegħdin igħixu u ta’ l-istat tal-ħajja tagħhom u fl-aħħarnett billi jqisu l-ġid tal-familja, tas-soċjeta’ temporali u tal-Knisja.   Fl-aħħar  huma l-miżżewġin li għandhom jiffurmaw dan il-ġudizzju quddiem Alla.   Imma  l-miżżewġin nsara għandhom ikunu jafu li fl-imġiba tagħhom ma jistgħux jimxu arbitrarjament; huma għandhom jimxu dejjem skond il-kuxjenza li għandha tkun taqbel ma’ l-istess liġi ta’ Alla, u jkunu doċli lejn it-tagħlim tal-Maġisteru tal-Knisja li jinterpreta awtentikament dik il-liġi fid-dawl ta’ l-Evanġelju.   Dik  il-liġi ta’ Alla turi t-tifsira sħiħa ta’ l-imħabba tal-miżżewġin, tħarisha u tmexxija għall-perfezzjoni tagħha tassew umana.   Hekk  il-miżżewġin insara, bil-fiduċja fil-Provvidenza ta’ Alla u waqt li jgħixu bi spirtu ta’ sagrifiċċju12, jagħtu glorja ‘l Alla li ħalaq kollox u jimxu ‘l quddiem lejn il-perfezzjoni nisranija fil-waqt li jaqdu l-missjoni tagħhom ta’ prokreazzjoni b’sens ta’ responsabbilta’ ġeneruża umana u nisranija.   Fost dawn il-miżżewġin li jaqdu x-xogħol li Alla fdalhom b’din il-manjiera huwa ta’ min ifakkar b’mod partikolari lil dawk li, b’deċiżjoni prudenti u bi ftehim bejniethom, jaċċettaw b’qalb kbira li jrabbu kif jixraq għadd ukoll akbar ta’ wlied13.

Madankollu  ż-żwieġ m’huwiex imwaqqaf biss għall-prokreazzjoni; imma n-natura stess ta’ patt li ma jinħallx u l-ġid ta’ l-ulied iridu li l-imħabba tal-miżżewġin lejn xulxin ikollha l-manifestazzjonijiet tajba tagħha, tisviluppa u tilħaq il-maturita’ tagħha.   Għalhekk, għad li ħafna drabi, minkejja x-xewqa kbira  tal-miżżewġin, ma jitwedlux tfal,  iż-żwieġ jibqa’ xorta waħda komunita’ u unjoni ta’ ħajja sħiħa u jżomm il-valur u l-indissolubilita’ tiegħu.

 

51. L-imħabba bejn il-miżżewġin u r-rispett tal-ħajja umana

Il-Konċilju jaf li l-miżżewġin, meta jiġu biex ifasslu f’armonija l-ħajja  taż-żwieġ, bosta drabi jkunu mfixklinminn ċerti kondizzjonijiet tal-ħajja tal-lum u jistgħu jsibu rwieħhom f’ċerti ċirkustanzi li fihom l-għadd ta’ l-ulied, għall-anqas għal xi żmien, ma jistax jiżdied u l-fedelta’ ta’ l-imħabba u l-intimita’ sħiħa tal-ħajja ma jistgħux jinżammu jekk mhux bdiffikulta’.   Fejn  imbagħad il-ħajja intima tal-miżżewġin tieqaf, il-fedelta ħafna drabi tista’ tiġi fil-periklu, u l-ġid ta’ l-ulied isofri; għaliex f’dan il-każ ikunu wkoll fil-periklu t-trobbija ta’ l-ulied u l-kuraġġ li jkunu aċċertati wlied aktar.

Hemm x’uħud li jażżardaw jagħtu soluzzjonijiet mhux onesti għal dawn il-problemi, anzi lanqas ma jsibuha bi tqila li joqtlu; imma l-Knisja tfakkar li ma jistax ikun hemm kontradizzjoni tassew bejn il-liġijiet ta’ Alla tat-trasmissjoni tal-ħajja u dawk tat tkattir ta’ l-imħabba sinċiera bejn il-miżżewġin.

Alla,  Sid  tal-ħajja,  reħa f’idejn il-bnedmin il-misisjoni nobbli tal-ħarsien tal-ħajja, u l-bniedem irid jaqdiha b’manjiera li tixraq lill-bnedmin.   Għalhekk  il-ħajja, darba mnissla, għandha titħares; l-abort u l-qtil tat-trabi huma delitti l-aktar koroh.   In-natura sesswali tal-bniedem u l-kapaċta’ tiegħu li jkollu wlied jisbqu b’manjiera tal-għaġeb dak kollu li jeżisti fi gradi inferjuri ta’ ħajja; għalhekk l-atti stess li huma proprji tal-ħajja ta’ miżżewġin, eżerċitati skond id-dinjita’ vera tal-bniedem, għanhom jitħarsu b’rispett kbir.   Għahekk, meta wieħed irid iqabbel flimkien l-imħabba tal-miżżewġin u t-trasmissjoni responsabbli tal-ħajja, l-aspett morali ta’ l-imġiba ma jiddependix biss mill-intenzjoni siċiera u minn kif wieħed jaħsibha fuq ir-raġunijiet li għandu, imma għandu jkun determinat minn kriterji oġġettivii li jittieħdu min-natura stess tal-persuna umana u ta’ l-egħmil tagħha, u li jżomm sħiħ it-tifsir tad-donazzjoni lil xulxin u tal-prokreazzjoni tal-bniedem, f’kuntest ta’ mħabba  vera’ u dan kollu ma jistax isir jekk il-verita’ tal-kastita’ bejn il-miżżewġin ma titħarisx b’rispett.   Fuq dawn il-prinċipji wlied il-Knisja, meta jiġu biex jirregolaw il-prokreazzjoni, ma jistgħux  jużaw triqat li huma ikkundannati mill-Maġisteru tal-Knisja bħala dik li tinterpreta l-liġi ta’ Alla14.

Kulħadd għandu jkun jaf li l-ħajja tal-bnedmin u d-dmir li tkun trasmessa m’humiex ħaġa li għandha x’taqsam biss ma’ dan iż-żmien jew li għandhom qies jew sens biss f’din id-dinja; imma huma għandhom dejjem relazzjoni mad-destin ta’ dejjem tal-bnedmin.

 

52. Kulħadd għandu jħabrek għall-promozzjni taż-żwieġ u tal-familja.

Il-familja hija skola ta’ umanita’ akbar u iżjed għanja.   Imma  biex hija tista’ tikseb il-milja tal-ħajja u tal-missjoni tagħha jeħtieġ li l-miżżewġin ikunu iżjed miftuħa ma’ xulxin u jieħdu d-deċiżjonijiet flimkien u li jkun hemm ukoll kooperazzjoni kontinwa tal-ġenituri fit-trobbija ta’ l-ulied.   Il-preżenza attiva tal-missier tiswa ħafna għall-formazzjoni tagħhom; iżda jeħtieġ li l-omm, li hi meħtieġaminn uliedha, l-aktar dawk żgħar, titħalla tieħu ħsieb id-dar mingħajr preġudizzju għall-promozzjoni soċjali tagħha.   L-ulied għandhom jitrabbew b’manjiera li meta jikbru jkunu jistgħu, b’sens ta’ responsabbilta’ sħiħa, jimxu wara s-sejħa tagħhom, ukoll dik sagra, u jagħżlu l-istat ta’ ħajja; jekk jiżżewġu jkunu jistgħu jwaqqfu l-familja tagħhom fil-kondizzjonijiet morali, soċjali u ekonomiċi tajbin għalihom.   Huwa dmir tal-ġenituri jew tat-tuturi li jkunu gwidi liż-żgħażagħ min-naħa tagħhom għandhom jilqgħu bil-qalb.  Imma għandhom joqogħdu attenti li ma jġegħluhomx, la direttament u lanqas indirettament, jiżżewġu jew jagħżlu xi persuna determinata għaż-żwieġ tagħhom.

B’hekk  il-familja, li fiha diversi ġenerazzjonijiet jiltaqgħu u jgħinu lil xulxin biex jiksbu għerf uman aktar sħiħ u biex iqabblu kif jixraq il-jeddijiet tal-persuni mal-ħtiġijiet l-oħra tal-ħajja soċjali, tkun tifforma l-pedament tas-soċjeta’.   Għalhekk  dawk kollha li għandhom xi influwenza fuq is-soċjeta’ u fuq il-gruppi soċjali għandhom jagħtu sehemhom bil-fatti biex iġibu ‘l quddiem il-ġid taż-żwieġ u tal-familja.   L-awtorita’ ċivili għandhatarabħala dmir sagru tagħha li tagħraf in-natura vera tagħhom għandhom jilqgħu bil-qalb.  Imma għandhom joqogħdu attenti li ma jġegħluhomx, la direttament u lanqas indirettament, jiżżewġu jew jagħżlu xi persuna determinata għaż-żwieġ tagħhom.

B’hekk  il-familja, li fiha diversi ġenerazzjonijiet jiltaqgħu u jgħinu lil xulxin biex jiksbu għerf uman aktar sħiħ u biex iqabblu kif jixraq il-jeddijiet tal-persuni mill-ħtiġijiet l-oħra tal-ħajja soċjali, tkun tifforma l-pedament tas-soċjeta’.   Għalhekk  dawk kollha li għandhom xi influwenza fuq is-soċjeta’ u fuq il-gruppi soċjali għandhom jagħtu sehemhom bil-fatti biex iġibu ‘l quddiem il-ġid taż-żwieġ u tal-familja.   L-awtorita’ ċivili għandhatarabħala dmir sagru tagħha li tagħraf in-natura vera tagħhom, tiddefendihom u tmexxihom ‘il quddiem li tħares il-moralita’ pubblika u li tgħin il-prosperita’ tal-familja.   Għandu  jitħares il-jedd tal-ġenituri li jkollhom ulied u li jrabbuhom fil-familja.   B’liġijiet  tajba u b’inizjativi diversi għandhom jitħarsu u jkunu megħjunin kif jixraq dawk li disgrazzjatamenti m’għandhom familja.

L-insara, billi jinqdew sewwa biż-żmien ta’ issa15 u billi ma jqisux xorta waħda l-ħwejjeġ li ma jispiċċaw qatt u dawk li dejjem jitbiddlu, għandhom iħabriku biex iġibu ‘l quddiem il-ġid taż-żwieġ u tal-familja, sew bix-xhieda ta’ ħajjithom stess, sew bil-ħidma għalenija mal-bnedmin ta’ ried tajba u hekk jegħilbu d-diffikultajiet u jaħsbu għall-ħtiġiet tal-familja u għall-interessi tagħha kif jixirqu għaż-żminijiet ġodda.   Biex  dan l-iskop jintlaħaq ikunu ta’ għajnuna kbira s-sentiment nisrani ta’ dawk li jemmnu, il-kuxjenza morali retta tal-bnedmin, u wkoll l-għerf u l-kompetenza ta’ dawk li huma mħarrġin fix-xjenzi sagri.

l-ispeċjalisti fix-xjenzi, l-aktar dawk tal-bioloġija, tal-mediċina, tas-soċjoloġija u tal-psikoloġija, jistgħu jkunu ta’ siwi kbir għall-ġid taż-żwieġ u tal-familja, u għall-paċi tal-kuxjenza, jekk igħaqqdu flimkien l-isforzi tagħhom u jfittxu li jagħmlu aktar  ċari l-kondizzjonijiet  li  jiffavorixxu  ordinament  onest  tal-prokkreazzjoni  tal-bnedmin.

Huwa  dmir tas-saċerdoti, wara li jkunu kisbu t-tagħlim meħtieġ dwar il-problemi tal-ħajja familjari, li jinkoraġġixxu s-sejħa tal-miżżewġin fil-ħajja tagħhom taż-żwieġ u tal-familja b’mezzi pastorali diversi, bix-xandir tal-Kelma ta’ Alla, bil-qima liturġika u b’għajnuniet oħra spiritwali, iqawwulhom bil-ħlewwa u bis-sabar quddiem id-diffikulatijiet tagħhom, u jsaħħuhom bil-karita’ biex jitwaqqfu familji li jkunu tassew ta’ dawl.

Il-ħidmiet  differenti, u l-aktar l-għaqdiet tal-familji, għandhom ifittxu jsaħħu bit-tagħlim u bil-ħidma ż-żgħażagħ u l-istess miżżewġin, speċjalment dawk li jkunu għadhom kemm iżżewġu, u jagħtuhom formazzjoni għall-ħajja familjari, soċjali u appostolika.

Fl-aħħarnett l-istess miżżewġin, magħmulin xbieha ta’ Alla ħaj u mqiegħdin f’dinjita’ vera ta’ persuni, għandhom ikunu magħqudin f’imħabba ugwali, fi ħsieb wieħed, fi sforz wieħed li jqaddsu lil xulxin16.   B’hekk,  fil-waqt li jimxu wara Kristu, il-bidu tal-ħajja17, fil-ferħ u fis-sagrifiċċji tas-sejħa tagħhom, permezz ta’ l-imħabba tagħhom fidila jistgħu jsiru xiehda ta’ dak il-misteru ta’ mħabba li l-Mulej wera lid-dinja bil-mewt u l-qawmien tiegħu18.

 

 

 

 

 


Kap II

L-ISVILUPP  XIERAQ  TAL-KULTURA

 

53. Daħla

Hija ħaġa proprja tal-persuna umana illi hija ma tasalx għal livell ta’ ħajja li hi tassew u għalkollox umana ħlief permezz tal-kultura, jiġifieri billi tgħożż dak li hu tajjeb u li jiswa fin-natura.   Għalhekk  kull fejn tidħol il-ħajja tal-bniedem, in-natura u l-kultura huma dejjem magħqudin sfieq.

Il-kelma ‘kultura’ f’sens ġenerali tindika dawk il-mezzi kollha li bihom il-bniedmin isebbaħ u jħaddem il-ħafna doti tar-ruħ u tal-ġisem; ifittex li bl-għerf u bix-xogħol jieħu setgħa fuq l-istess dinja; jagħmel aktar xierqa lill-bniedem il-ħajja soċjali kemm fil-familja kemm fis-soċjeta’ ċivili kollha, permezz tal-progess fil-kostumi u fl-istituzzjonijiet; fl-aħħarnett, mal-mixja taż-żmien, fil-ħidmiet tiegħu juri lill-oħrajn, igħaddihom u jżomm sħiħ l-esperjenzi spiritwali u x-xewqat kbar tiegħu biex dawn iservu għall-progress ta’ ħafna, anzi tal-bnedmin kollha.

Minn hawn jiġi li l-kultura umana għandha dejjem aspett storiku u soċjali u li l-kelma ‘kultura’ spiss tieħu tifsir soċjolġiku u etnoloġiku.   F’dan  is-sens wieħed jitkellem dwar pluralita’ ta’ kultura.   Għaliex mill-manjieri differenti li bihom il-bnedmin jużaw il-ħlejjaq, kif jaħdmu, kif ifissru  rwieħhom, kif jipprattikaw ir-reliġjon, kif iġibu rwieħhom, kif jagħmlu liġijiet u jwaqqfu istituzzjonijiet ġuridiċi, ikabbru l-għerf u l-arti u jgħożżu dak li hu sabiħ, għandhom il-bidu tagħhom il-kondizzjonijiet differenti tal-ħajja ta’ flimkien u l-manjieri diffierenti kif jiġi organizzat il-ġid tal-ħajja.   Hekk  mill-istutzzjonijiet li ġejjin mill-antik jifforma ruħu l-patrimonju proprju ta’ kull komunita’ ta’ bnedmin.   Hekk  ukoll jinħoloq l-ambjent determinat u storiku li fih jintegra ruħu l-bniedem, ikun ta’ liema razza u żmien ikun, u li minnu huwa jikseb il-valuri għall-isvilupp tal-kultura umana u ċivili.

 

 

 

Sezzjoni   I

IL-QAGĦDA  TAL-KULTURA  FID-DINJA  TAL-LUM

 

54.         Stili ġodda ta’ ħajja

      Il-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-bniedem tal-lum ibiddlu profondament fl-aspetti soċjali u kulturali tant li nistgħu nitkellmu minnepoka ġdida ta’ l-istorja tal-bniedem1. Minn  hawn jinfetħu triqat ġodda għall-perfezzjoni u t-tixrid akar tal-kultura. Dawn tħejjew mill-isvilupp kbir tax-xjenzi naturali, umani u soċjali, mill-progress tat-teknika, u wkoll mill-isvilupp u mil-organizzazzjoni tal-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali. Minħabba f’hekk il-kultura tal-lum għandha xi kwalitajiet karatteristiċi tagħha; ix-xjenzi hekk imsejħa “eżatti” jipperfezzjonaw ħafna s-sens kritiku; l-istudji l-aktar reċenti tal-psikoloġija jagħtu tifsir aktar profond tal-ħidma tal-bniedem; it-tagħlim ta’ l-istorja jiswa ħafna biex il-ġrajjiet jitqiesu bħala suġġeti għat-tibdil u għall-evoluzzjoni; id-drawwiet tal-ħajja u l-kostumi jsiru dejjem aktar jixtiebħu; l-industrjalizzazzjoni u l-urbanismu u kawżi oħra li jinkoraġġixxu l-ħajja ta’ flimkien, joħolqu suriet ġodda ta’ kultura (kultura tal-massa) li minnhom jitwieldu manjieri ġodda ta’ kif wieħed iħoss, jaġixxi u jgħaddi ż-żmien tal-mistrieħ; l-isvilupp tar-relazzjonijiet bejn nazzjonijiet u gruppi differenti tas-soċjeta’ jferrex għal kulħadd u għal kull wieħed teżori ta’ suriet diversi tal-kultura, u hekk bil-mod il-mod titħejja forma aktar universali ta’ kultura umana li aktar ma ġġib ‘il  quddiem u turi l-unita’ tal-ġens uman aktar tirrispetta dak li hemm partikolari fil-kulturi diversi.

 

55. Il-bniedem jagħmel il-kultura

      Min  jum għal ieħor qed jikber l-għadd ta’ rġiel u nisa ta’ kull grupp u ta’ kull nazzjon li jħossu li huma huma dawk li jfasslu u joħolqu l-kultura tal-komunitajiet tagħhom.   Fid-dinja  kull ma jmur qed jikber is-sens ta’ l-awtonomija u fl-istess ħin tar-responsabbilta’, u dan hu ta’ importanza l-aktar kbira għall-maturita’ spiritwali u morali tal-bnedmin.   Dan  jidher aktar ċar jekk inġibu quddiem għajnejna l-unifikazzjoni li qed issir tad-dinja u d-dmir li qed jaqa’ fuq spallejna biex nibnu dinja aħjar fil-verita’ u fil-ħaqq.  Għalhekk  b’din il-mod aħna nagħtu xhieda tat-twelid ta’ umanismu ġdid li fih il-bniedem juri x’inhu l-ewwelnett bir-responsabbilta’ tiegħu lejn ħutu u lejn l-istorja.

 

56. Diffikultajiet u dmirijiet

      F’dawn il-kondizzjonijiet m’hux ta’ min jistagħġeb jekk il-bniedem, li iħoss ir-responsabbilta’ tiegħu għall-progess tal-kultura, igħożż fih tama akbar imma jitħasseb ukoll meta jara li hemm ħafna ħwejjeġ kontra xulxin li huwa għandu jsolvi.

X’għandu jsir biex ir-relazzjonijiet akbar tal-kulturi, li kien imisshom iwasslu għal djalogu veru u ta’ ġid bejn il-gruppi u n-nazzjonijiet diversi, ma jħawdux il-ħajja tal-komunitajiet, lanqas iqallbu l-għerf ta’ dawk ta’ qabilna, u lanqas iqiegħdu fil-periklu x-xejra proprja ta’ kull poplu?

Kif  għandu wieħed jiffavorixxi d-dinamismu u t-tixrid tal-kultura ġdida, mingħajr ma tintilef il-fedelta’ ħajja lejn il-wirt tat-tradizzjonijiet?   Dan għandu urġenza partikolari fil-postijiet fejn il-kultura, li titwieled mill-progress kbir tax-xjenza u tat-teknika, għandha titqabel ma’ tip ta’ kulltura li, skond tradizzjonijiet diversi, tieħu l-ħajja mill-istudji klassiċi.

Kif  jista’ l-għadd kbir ta ‘xjenzi partikolari, li b’ħeffa kbira qiegħed jiżdied, ikun armonizzat mal-ħtieġa li ssir sintesi tagħhom u li jinżammu fost il-bnedmin il-kapaċitajiet tal-kontemplazzjoni u ta’ l-ammirazzjoni li jwasslu għall-għerf?

X’għandu jsir biex il-bnedmin kollha jkollhom sehem mill-ġid tal-kultura fid-dinja, meta fl-istiess ħin il-kultura tal-għorrief magħżula qiegħda ssir dejjem ogħla u iżjed komplessa?

Fl-aħħarnett, kif jista’ wieħed jagħraf bħala leġittma dik l-awtonomija li l-kultura tippretendi għaliha nnifisha, mingħajr ma wieħed jasal f’umanismu għalkollox ta’ din l-art, anzi kontrarju għall-istess reliġjon?

Huwa fost dawn il-ħwejjeġ, li jidhru kontra xulxin, li l-kultura umana l-lum teħtieġ li tevolvi ruħha b’mod liminnnaħatgħin lill-persuna umana tisvillupa kollha kemm hi u b’mod armonjuż, min-naħa l-oħra tgħin il-bnedmin biex jajqdu dawk id-dmirijiet li lkoll kemm huma, u l-aktar l-insara, huma msejħin li jaqdu f’għaqda ta’ aħwa, f’familja umana waħda.

 

 

 

 

Sezzjoni  2

XI  PRINĊIPJI  GĦALL-PROMOZZJONI  XIERQA  TAL-KULTURA

 

57. Il-fidi u l-kultura

      L-insara,  huma u mexjin lejn il-belt tas-sema, għandhom ifittxu u jiggustaw il-ħwejjeġ tas-Sema2; b’danakollu m’għandhiex tonqos, anzi għandha tikber, l-importanza tad-dmir tagħhom li jaħdmu flimkien mal-bnedmin kollha għall-bini ta’ dinja aktar umana.  Infatti  l-misteru tal-fidi nisranija jħajjarhom u jgħinhom ħafna biex jaqdu aktar bil-ħerqa dak id-dmir, u l-aktar biex jagħirfu aħjar it-tifsir sħiħ ta’dak ix-xogħol li bih il-kultura umana tieħu post mill-aqwa fis-sejħa intergrali tal-bniedem.

Meta l-bniedem, bix-xogħol ta’ jdejh jew bl-għajnuna tat-teknika, jaħdem l-art biex tagħti frott u ssir agħmara xierqa lill-familja kollha tal-bnedmin, u meta b’għajnejh miftuħa jieħu sehem fil-ħajja tal-gruppi soċjali, huwa jkun ikompli l-ħsieb ta’ Alla, mgħarraf mill-bidu taż-żminijiet, li jġib taħt idejh l-art3 u li jipperfezzjona l-ħolqien, u wkoll li jisviluppa  lilu nnifsu; fl-istess ħin ikun iħares il-kmandament kbir ta’ Kristu, li jagħti ruħu biex jaqdi lil ħutu.

Barra minn dan, meta l-bniedem japplika ruħu fit-tagħlim differenti tal-filosofija, ta’ l-istorja, tal-matematika u tax-xjenzi naturali, u jitħarreġ fl-arti jista’ jagħti sehem mill-aqwa biex il-familja tal-bnedmin tintrafa’ għall-kunċett ogħla ta’ dak li hu veru, tajjeb u sabiħ u għal ġudizzju ta’ valur universali u hekk hija tiddawwal aktar minn dak l-Għerf tal-għaġeb  li sa minn dejjem kien ma’ Alla, iqassam kollox flimkien miegħu, jilgħab fid-dinja u jsib l-għaxqa tiegħu li jkun mal-bnedmin4.

B’dan  stess, l-ispirtu tal-bniedem, maħlul aktar mill-jasar tal-ħlejjaq, jista’ jintrafa’ aktar malajr għall-qima u l-kontemplazzjoni ta’ Dak li ħalaqhom. Anzi bil-qawwa tal-grazzja jsir dispost biex jagħraf l-Iben ta’ Alla li, qabel ma sar bnieidem biex isalva kollox u jiġbor kollox fih innifsu, kien diġa fid-dinja bħala “dawl veru li jdawwal kull bniedem” (Ġw. 1,9)5.

Ċertament il-progress tal-lum tax-xjenzi u tat-teknika, li bil-metodu tagħhom ma jistgħux jaslu sal-fond stess tal-ħwejjeġ, jista’ jiffavorixxi ċertu fenomenismu u anjostiċismu meta l-metodu ta’ l-investigazzjoni li dawn ix-xjezni jiużaw jinżamm, bi żball, bħala l-ogħla regola biex wieħed isib il-verita’ kollha. Anzi hemm il-periklu li l-bniedem, meta jafda żżejjed fl-iskoperti tal-lum, jaħseb li huwa biżżejjed għalih innifsu u ma jfittix aktar ħwejjeġ ogħla.

Imma dawn il-konsegwenzi mhux mixtieqa ma jiġux bil-fors mill-kultura tal-lum u lanqas għandhom iwassluna fit-tentazzjoni li ma nagħirfux il-valuri posittivi tagħha li fosthom jingħaddu l-istudju tax-xjenzi u l-fedelta’ sħiħa lejn il-verita’ fl-investigazzjonijiet tax-xjenza, il-ħtieġa li wieħed igħin lil ieħor fi gruppi tekniċi speċjalizzati, is-sens ta’ solidarjeta’ internazzjonali, il-kuxjenza dejjem aktar ħajja tar-responsabbilta’ ta’ l-esperti meta jgħinu ‘l-bnedmin, ir-rieda li l-kondizzjonijiet tal-ħajja jitjieba għal kulħadd u l-aktar għal dawk li huma mċaħħda mir-responsabbilita’ jew li huma neqsin fil-kultura.   Dan  kollu jista’ jkun ta’ tħejjija biex l-aħbar ta’ l-Evanġelju tintlaqa’, tħejjija li tista’ timtela bil-karita’ divina ta’ Dak li ġie biex isalva d-dinja.

 

58. Ir-rabtiet ta’ bosta xorta bejn il-Bxara t-tajba ta’ Kristu u l-kultura tal-bniedem

      Hemm  ħafna xorta ta’ rabtiet bejn l-aħbar tas-salvazzjoni u l-kultura tal-bnedmin.   Għaliex Alla meta għarraf lilu nnifsu lill-poplu tiegħu, sakemm wasal għall-milja tar-rivelazzjoni  f’Ibnu  magħmul  bniedem tkellem skond il-kultura proprja ta’ kull żmien.

Hekk ukoll il-Knisja, li tgħix f’kondizzjonijiet divers matul iż-żmiiinijiet, inqdiet b’dak li kienu sabu lkulturi diversi biex fil-predikazzjoni tagħha lill-ġnus kollha xxerred u tfisser il-messaġġ ta’Kristu, biex tistudjah u tifhmu aħjar, biex tfissru aħjar fil-ħajja liturġika u fil-ħajja tal-komunita’ ta’ l-insara li tista tkun ta’ bixreit differenti.

Imma fl-istess ħin, mibgħuta lill-popli kollha ta’ kull żmien u ta’ kull pajjiż, il-Knijsa ma tintrabat b’manjiera esklużiva u permanenti ma’ l-ebda nazzjon jew razza, ma’ l-ebda manjiera partikulari ta’ ħajja, ma’ l-ebda drawwa qadima jew ġdida.   Hija  żżomm sħiħ mat-tradizzjoni tagħha u fl-istess ħin taf sewwa li l-missjoni tagħha hija universali, u għalhekk tista’ tissieħeb mad-diversi suriet ta’ kultura u b’din il-qagħda kemm il-Knisja stess kemm id-diversi kulturi jsiru spiritwalment iżjed għonja.

L-aħbar  tajba ta’ Kristu ġġedded bla waqfien il-ħajja u l-kultura tal-bniedmin imwaqqa’ fid-dnub, u tikkumbatti u twarrab l-isbalji u l-ħażen li jiġu mit-tħajjir tad-dnub li dejjem jhedded.   Hija  ssaffi u tgħolli kontinwament id-drawwiet tal-popli.   B’għanatas-sema hija tagħmel kotran, qisu minnġewwa, dak li hemm sabiħ u tajjeb fir-ruħ ta’ kull poplu jew żmien u ssaħħu, tipperfezzjonali u tagħtih ħajja ġdida fi Kristu6.   Hekk  il-Knisja, hija u taqdi l-missjoni tagħha7, b’hekk stess tħeġġeġ u tagħti sehemha għall-kultura umana u ċivili, u bl-azzjoni tagħha, ukoll dik liturġika, teduka ‘l-bniedem għal-liberta’ interjuri.

 

59. Armonizzazzjoni ta’ aspetti divers tal-kultura

      Għar-raġunijiet  diġa msemmija, il-Knisja tfakkar lil kulħadd li l-kulltura għandha tfittex il-perfezzjoni tal-persuna sħiħa tal-bniedem, il-ġid tal-komunita’ u tal-għaqda kollha tal-bnedmin.   Għalhekk  jeħtieġ li l-ispirtu ikun ikkultivat b’manjiera li jkunu sviluppati l-fakultajiet tiegħu ta’ l-ammirazzjoni, ta’ l-intwizzjoni u tal-kontemplazzjoni u jsir kapaċi jagħmel ġudizzju personali u jgħożż is-sens reliġuż, morali u soċjali.

Għaliex il-kulturua, billi ġejja direttament min-natura raġjonevoli u soċjali tal-bniedem, teħtieġ dejjem il-liberta’ ġusta li tisviluppa ruħha u awtonomija xierqa li taġixxi skond il-priniċipji tagħha,.   Mela hija titlob bir-raġun li tkun rispettata u li ma tkunx imnaqqsa, basta jitħasru l-jeddijiet tal-persuni u tal-komunita’, sew dik partikolari sew dik universali, u dejjem fil-limiti tal-ġid ta’ kulħadd.

Il-Konċilju Mqaddes, fil-waqt li jfakkar dak li għallem l-Ewwel Konċilju Vatikan, jiddikjara “li hawn żewġ ordnijiet ta’ tagħrif’, magħżulin minn xulxin, jiġifieri dak tal-fidi u dar tar-raġuni;  li l-Knisja ma tiċħadx li “l-arti u x-xjenzi tal-bnedmin… jużaw prinċipji u metodu proprju fil-qasam tagħhom”; għalhekk, “filwaqt li tagħraf din il-liberta’ ġusta”, tafferma l-awtonomija leġittma tal-kultura umana u speċjalment tax-xjenzi8.

Dan  kollu jitlob ukoll li l-bniedem, filwaqt li jħares l-ordni morali u l-ġid ta’ kulħadd, ikun jista’ bil-liberta’ jfittex il-verita’ u juri u jxandar l-opinjoni tiegħu u jikkultiva kull arti; u fl-aħħarnett li jkun infurmat skond il-verita’ dwar il-ġrajjiet ta’ karattru pubbliku9.

Huwa  mbagħad dmir ta’ l-awtorita’ pubblika li ma tiddeterminax il-karattru proprju tas-suriet tal-kultura imma li tinkorraġġixxi l-kondizzjonijiet u l-mezzi tajbin għall-isvilupp tal-ħajja kulturali fost kolħadd, saħansitra fost il-minoranzi ta’ nazzjon10.   Għalhekk jeħtieġ fuq kollox li wieħed jinsisti li l-kultura ma  tkunx imbiegħda mill-iskop tagħha u b’hekk tkun imġiegħla ssir ilsira politka jew ekonomika.

 

 

Sezzzjoni   3

XI  DMIRIJIET  AKTAR  URĠENTI  TA’  L-INSARA  DWAR  IL-KULTURA

 

60. Il-jedd għall-kultura għandu jkun magħruf  lil kulħadd u għandu jitħares.

      Billi l-lum hemm il-possibilta’ li ħafna bnedmin jinlsu mil-miżerja ta’ l-injuranza, huwa dmir li jaqbel ħafna ma’ żmienna, l-aktar għall-insara, li wieħed jaħdem sħiħ biex kemm fl-ekonomija kemm fil-politika, kemm fil-qasam nazzjonali kemm f’dak internazzjonali, jittieħdu deċiżjonijiet fundamentali li bihom ikun magħruf u jitħares fid-dinja kollha l-jedd tal-bnedmin kollha għal kultura umana u ċivili li taqbel mad-dinjita’ tal-persuna, mingħajr differenzi ta’ razza, sess, nazzjoni, reliġjon jew kondizzjoni soċjali.   Għalhekk għandu jkun ipprovudt għal kulħadd qies biżżejjed ta’ ġid tal-kultura, l-aktar ta’ dak il-ġid li jifforma l-kultura msejħa fundamentali, biex għadd l-aktar kbir ta’ bnedmin ma jkunux miżmuma milli jagħtu sehemhom ta’ bnedmin għall-ġid ta’ kulħadd ħtija li ma jafux jaqraw jew għax m’għandhom l-ebda attivta’ responsabbli.

Jeħtieġ issir kull sforz biex il-bnedmin li huma kapaċi jkunu jistgħu jimxu ‘l quddiem għal studji ogħla;  imma b’manjiera li, sakemm jista’ jkun, huma jistgħu jaqdu dmirjiet, jokkupaw pożizzjonijiet u jagħtu dawk is-servizzi fis-soċjeta’ tal-bnedmin li jkun jistħoqqilhom kemm għad-doni ta’ intelliġenza li jkollhom kemm għall-preparazzjoni li jkunu kisbu11.   Hekk kull bniedem u l-gruppi soċjali ta’ kull poplu jkunu jistgħu jaslu għall-isvilupp sħiħ tal-ħajja kulturali li jaqbel mal-kwalitajiet u tradizzjonijiet  tagħhom.

Jeħtieġ  ukoll isir sforz biex il-bnedmin kollha jsiru konxji kemm tal-jedd għall-kultura kemm tad-dmir li għandhom li jipperfezzjonaw lilhom infushom u li jgħinu lill-oħrajn.   Għaliex  xi drabi jkun hemm kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol li jfixklu l-isforz kulturali tal-bniedem u jeqirdu minnu l-interess għall-kultura.   Dan  igħodd l-aktar għall-bdiewia u għall-ħaddiema li għandhom jingħataw kondizzjonijiet ta’ xogħol li mhux ifixklu imma jinkoraġġxxu l-kultura umana tagħhom.   In-nisa  l-lum qegħdin jaħdmu kważi fl-oqsma kollha tal-ħajja; imma jixraq li huma jkunu jistgħu jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom skond in-natura proprja tagħhom.   Ikun  dmir ta’ kulħadd li jara li s-sehem proprju u meħtieġ tan-nies fil-ħajja kulturali jingħaraf u jitmexxa ‘l quddiemminnkulħadd.

 

61. L-edukazzjoni tal-bniedem għal kultura sħiħa

      Hija  ħaġa aktar iebsa l-lum milli kienet qabel li tagħmel sintesi ta’ oqsma differenti tal-għerf u l-arti.   Għaliex  aktar ma jikbru l-kwantita’ u d-diversita’ ta’ l-elementi li jiffurmaw il-kultura, fl-istess ħin tonqos il-kapaċita’ għall-bnedmin wieħed wieħed li jifhmuhom u jgħaqqduhom sewwa flimkien, hekk li x-xbieha ta’ “bniedem universali” kull ma tmur qiegħda tispiċċa.   B’danakollu jibqa’ d-dmir għal kull bniedem li jżomm quddiemu d-dehra tal-persuna umana kollha, li fiha għandhom post għoli l-valuri ta’ l-intelliġenza, tar-rieda, tal-kuxjenza u l-għaqda ta’ l-aħwa, u dawn il-valuri kollha għandhom is-sies tagħhom f’Alla u b’manjiera tal-għaġeb tfejqu u tgħollew fi Kristu.

Il-familja hija l-ewwel li, bħal omm, tieħu kura ta’ l-edukazzjoni.   Fiha  l-ulied, mdawrin bl-imħabba, jitgħallmu aktar bil-ħeffa l-ordni rett tal-ħwejjeġ waqt li suriet tajba ta’ kultura jiġu, b’manjiera kważi naturali, msawba fir-ruħ taż-żgħażagħ li jkunu qegħdin jikbru.

Għall-istess edukazzjoni s-soċjetajiet tal-lum joffru opportunitajiet li jiffavorixxu l-kultura universali; dan jsir  l-iżjed bit-tixrid tal-kotba, li qiegħed jiżdied, u bil-mezzi tal-komunikazzjoni kulturali u soċjali.   Billi l-ħin tax-xogħol f’ħafna postijiet qiegħed jitqassar,minnjum għal ieħor qegħdin jikbru l-vantaġġi għal għadd kbir ta’ bnedmin.   Iż-żmien liberu għandu jkun użat sewwa għall-mistrieħ u għas-saħħa tar-ruħ u tal-ġisem, b’attivitajiet u studji magħżula liberament, bi vjaġġi f’pajjiżi oħra (turiżmu) li bihom l-ispirtu tal-bniedem jirfina ruħu u l-bnedmin jiksbu wkoll ġid meta jagħirfu ‘l xulxin, b’eżerċizzi u manfestazzjonijiet sportivi li jgħinu ħafna wkoll biex jinżamm l-ekwilibriju fil-komunita’ u biex jitwaqqfu relazzjonijiet ta’ aħwa bejn il-bnedmin ta’ kull kondizzjoni, nazzjon jew razza.   Għalhekk  l-insara għandhom jagħtu sehemhom biex il-manifestazzjonijiet u l-ħidmiet kollettivi tal-kultura li huma proprji ta’ żmienna jkunu mimlijin bi spirtu uman u nisrani.

 

62. Armonijia bejn il-kultrua umana u t-tagħlim nisrani

      Għad  li l-Knisja taf kontribut kbir għall-progoress tal-kultura, l-esperjenza turi li ħtija ta’ xi ċirkustanzi l-armonija bejn kultura u formazzjoni nisranija ma sseħħx dejjem mingħajr diffikultajiet.

Dawn id-diffikultajiet mhux bil-fors huma ta’ ħsara għall-fidi, anzi jistgħu jħegġġu l-intelliġenza biex tifhem il-fidi aħjar u aktar fil-fond.   Għaliex  l-istudji ta’ dawn l-aħħar żminijiet u l-iskoperti ġodda tax-xjenzi, ta’ l-istorja u tal-filosofija jqajmu kwistjonijet ġodda li jġibu magħhom ukoll konsegwenzi għall-ħajja u jitolbu mit-teoloġi wkoll tfittxijiet ġodda.   Barra minndan it-teoloġi, fil-waqt li jżommu l-metodi u l-ħtiġiet proprji tax-xjenza teoloġika, huma mistednin biex ifittxu dejjem manjieri aktar addattati li jikkomunikaw mal-bnedmin ta’ żminijiethom għaliex id-depostu jew il-veritajiet tal-fidi huma ħaġa, u l-manjiera kif jitqiegħdu quddiem il-bnedmin hija oħra, għalkemm it-tifsir u s-sens profond jibqgħu dejjem l-istess12.   Fil kura pastorali għandhom ikunu magħrufa u wżati mhux biss il-prinċipji tat-teoloġija imma wkoll l-iskoperti tax-xjenzi profani u l-aktar tal-psikoloġija biex hekk l-insara jtmexxew għal ħajja tal-fidi aktar safja u aktar matura.

Il-letteratura  u l-arti, skond il-manjiera tagħhom, huma wkoll ta’ importanza kbira għall-ħajja tal-Knisja.   Għaliex  huma jfittxu li jagħirfu n-natura tal-bniedem, il-problemi tiegħu u l-esperjenza tiegħu fl-isforz li hu jagħmel biex jagħraf u jipperfezzjona lilu nnifsu u d-dinja; huma jagħmlu sforz biex jaraw liema hu postu fl-istorja u fl-univers u biex juru wkoll il-miżerji u l-ferħ, il-ħtiġiet u l-enerġiji tal-bnedmin u biex jagħtu ħjiel ta’ ħajja aħjar għall-bniedem.   Hekk  jistgħu jgħollu l-ħajja tal-bniedem li huma jfissru f’ħafna skond iż-żminijiet u l-pajjiżi.

Għalhekk  jeħtieġ li wieħed iħabrek biex dawk li jikkultivaw l-arti jħossu li l-Knisja tifhimhom fl-istess attivita tagħhom u biex, fil-waqt li huma jgawdu ċerta liberta ordinata, jidħlu f’relazzjonijiet aktar faċli mal-komunita nisranija.   It-tendenzi  ġodda ta’ l-arti, li jaqblu man-nies ta’ żminijiet skond in-natura ta’ nazzjonijiet u pajjiżi diversi, għandhom huma wkoll ikunu magħurfin mill-Knisja.   Huma għandhom jintlaqħu fit-tempju meta, b’espressjoni addattata u li taqbel ma’ dak li trid il-liturġija, jerfgħu l-ispirtu lejn Alla13

Hekk l-għarfien ta’ Alla jintwera aħjar; il-predikazzjoni ta’ l-Evanġelju ssir aktar ċara għall-inteliġenza tal-bnedmin u tidher qisha ħaġa waħda mal-kondizzjonijiet ta’ l-eżistenza tagħhom.   Għalhekk  l-insara għandhom igħixu bl-akbar għaqda mal-bnedmin l-oħra ta’ żmienhom, u jfittxu li jifhmu sewwa l-mod kif huma jaħsbu u jħossu hekk kif huma jfissru rwieħhom permezz tal-kultura.   Għandhom  igħaqqdu sewwa flimkien it-tagħrif ġodda, tat-tagħlim ġdid u ta’ l-aħħar skoperti mal-morali u tagħlim tad-dottrina nisranija biex il-prattika tar-reliġjon u s-sens ta’ l-onesta jimxu flimkien mat-tagħrif xjentifiku u mal-progressi kontinwi tat-teknika.   Hekk  huma stess ikunu jistgħu jagħtu ġudizzju u interpretazzjoni tal-ħwejjeġ kollha b’sens għalkollox nisrani.

Dawk  li jagħtu ruħhom għax-xjenzi teoloġiċi fis-seminarji u fl-universitajiet għandhom ifittxu li jaħdmu flimkien mal-bnedmin li jifhmu sewwa fix-xjenzi l-oħra billi jgħaqqdu flimkien ir-risorsi u l-opinjonijiet tagħhom.   Ir-riċerka  teoloġika għandha tfittex li tagħraf profondament il-verita’ rivelalta u fl-istess ħin ma titlifx il-kuntatt ma’ żmienha ħalli tkun tista’ tgħin il-bnedmin kompetenti f’diversi oqsma ta’ għerf biex ikunu jistgħu jagħirfu aktar il-fidi.   Din il-ħidma ta’ flimkien tiswa ħafna għall-formazzjoni tal-ministri sagri li jkunu jistgħu jqiegħdu quddiem il-bnedmin  ta’ żminijietna t-tagħlim tal-Knisja dwar Alla, dwar il-bniedem u dwar id-dinja b’manjiera aktar addattata, b’mod li l-kelma tagħhom tintlaqa’ aktar bil-qalb14.  Anzi  huwa ta’ min jixteiq li ħafna lajċi jiksbu formazzjoni xierqa fix-xjenzi sagri u li mhux ftit minnhom jagħtu rwieħhom għal dawn l-istudji, isiru jafuhom iżjed profondament u jgħinu fl-isvilupp tagħhom.   Imma  biex ikunu jistgħu jaqdu sewwa dan id-dmir tagħhom għandha tkun rikonoxxuta lill-fidili, kemm ekkleżjastiċi kemm lajċi, il-liberta’ ġusta li jfittxu, li jaħsbu u li juru bl-umilta’ u bil-kuraġġ il-fehma tagħhom f’dawk il-ħwejjeġ li fihom huma kompetenti15..

 

 

 

Kap III

IL-ĦAJJA  EKONOMIKA  U  SOĊJALI

 

63  Xi aspetti tal-ħajja ekonomika tal-lum

Fil-ħajja  ekonomika-soċjali huma wkoll ta’ min jirrispettahom u jippromwovihom id-dinjita’ u s-sejħa sħiħa tal-persuna umana u l-ġid tas-soċjeta kollha.   Għaliex  il-bniedem huwa l-awtur, iċ-ċentru u l-għan tal-ħajja ekonimika-soċjali kollha.

L-ekonomija  tal-lum, bħall kull qasam ieħor tal-ħajja soċjali, għandha l-karatteristiċi tas-setgħa dejjem tikber li l-bniedem għandu fuq in-natura, tar-relazzjonijiet li qegħdin dejjem jikbru u jsiru iżjed intensi u ta’ l-interdipendenza ta’ ċittadini, gruppi u popli, u wkoll ta’ l-interventi aktar spissi ta’ l-awtorita’ politika.   Fl-istess  ħin il-progress tal-mezzi ta’ produzzjoni u ta’ l-iskambju ta’ ġid u tas-servizzi għamlu l-ekonomija strument tajjeb li bih jistgħu jintlaħqu aħjar il-ħtiġiet tal-familja tal-bnedmin.

B’danakollu  ma jonqsux raġunijiet ta’ tħassib.   Mhux ftit bnedmin, l-aktar f’pajjiżi ekonomikament sviluppati, jidhru donnhom immexxijin mill-esiġenzi ta’ l-ekonomija b’mod li kważi ħajjithom kollha personali u soċjali hija  penetrataminnmentalita’ ekonomista, sew f’pajjiżi li jiffavorixxu l-ekonomija kollettivista sew f’oħrajn.   Fi żmien li fih l-isvilupp tal-ħajja ekonomika jista’ jnaqqas id-disugwaljanza soċjali, basta din ikun immexxi u koodinat b’mod reġjonevoli u uman, huwa bosta drabi jservi biex iħarraxhom aktar jew, f’xi postijiet, biex igħarraq il-kondizzjonijiet soċjali tad-dgħajfin u jbaxxi ‘l foqra.  Fil-waqt li għadd l-aktar kbir ta’ bnedmin għadhom neqsinminndak li hu assolutament meħtieġ, x’uħud, ukoll fil-pajjiżi anqas progrediti, igħixu fl-għana jew jaħlu l-ġid fix-xejn.   Il-lussu  u l-miżerja jgħixu flimkien.   Fil-waqt  li għadd żgħir għandhom setgħa kbira li jiddeċiedu, ħafna ma għandhom kważi l-ebda possibilta’ li jagħmlu xi ħaġa b’inizjativa u responsabbilta tagħhom u bosta drabi jinsabu f’kondizzjonijiet ta’ ħajja u ta’ xogħol li ma jixirqux lill-persuna umana.

Nuqqasijiet  bħal dawn ta’ ekwilibriju ekonomiku u soċjali jinsabu bejn il-biedja, l-industrija u s-servizzi, u wkoll bejn reġjunijiet diversi ta’ l-istess nazzjoni.   L-oppożizzjoni bejn nazzjonijiet aktar sviluppati u nazzjonijiet oħra qiegħda ssirminnjum għal ieħor aktar gravi u tista’ ġġib fil-periklu l-istess paċi tad-dinja.

Il-bnendmin  tal-lum iħossu dejjem aktar fil-kuxjenza dawn id-disugwaljanzi billi huma profondament konvinti li l-kobor tar-risorsi tekniċi u ekonomiċi li għandha d-dinja llum jistgħu u jmisshom jikkorrieġu din il-qagħda hekk kerha.  Għalhekk  jenħtieġu ħafna riformi fil-ħajja ekonomika u soċjali u bidla minnkulħadd ta’ mentalita’ u ta’ drawwiet.   Fuq  hekk il-Knisja, matul is-sekli, għallmet, fid-dawl ta’ l-Evanġelju, il-prinċipji ta’ ġustizzja u ta’ ekwita’, kif titlobhom ir-raġuni retta, u applikathom kemm għall-ħajja indiviwali u soċjali kemm għall-qasam internazzjonali; hija ipproklamathom l-iżjed f’dawn l-aħħar snin.   L-Imqaddes  Konċilju jifhem isaħħaħ dawn il-prinċipji skond iċ-ċirkustanzi tal-lum u jagħti xi orjentamenti waqt li jħares qabel xejn lejn il-ħtiegiet tal-progress ekonimiku1.

 

 

 

Sezzjoni  I

IL-PROGRESS  EKONOMIKU

 

64. Il-progress ekonomiku għas-servizz tal-bniedem

Il-lum aktar minnqabel, biex jipprovdu għall-kobor ta’ popolazzjoni u biex jaqtgħu x-xewqat li dejjem qegħdin jikbru tal-ġens uman, bir-raġun kollu l-bnedmin qegħdin  ifittxu jkabbru l-ġid tal-agrikultura u ta’ l-industrija u l-għoti tas-sevizzi.   Għalhekk huma ta’ min jinkoraġġihom il-progress tekniku, l-ispirtu ta’ tiġdid, il-premura biex jinħolqu u jitkattru l-impriżi, l-addattament ta’ metodi ta’ produzzjoni u l-isforzi kbar ta’ dawk kollha li għandhom sehem fil-produzzjoni:  f’kelma waħda, l-elementi kollha li jgħinu dan il-progress2.

Anzi l-għan ewlieni ta’ din il-produzzjoni m’huwiex biss it-tkattir tal-prodotti, lanqas il-qliegħ, lanqas is-setgħa fuq oħrajn, imma s-servizz tal-bniedem, tal bniedem kollu kemm hu skond l-ordni tal-ħtiġiet tiegħu materjali u dak ‘li titlob il-ħajja tiegħu intellettwali, morali, spiritiwali, u reliġjuża.   Metangħidu “tal-bniedem” nifhmu ta’ kull bniedem,  ta’ kull grupp ta’ bnedmin, ta’ kull razza u ta’ kull pajjiż tad-dinja.   Għalhekk l-attivita’  ekonomika għandha tinħadem skond il-metodi u l-liġijiet tagħha, iżda fil-limiti ta’ l-ordni morali3 b’mod li twieġeb għall-pjan ta’ Alla dwar il-bniedem.

 

  1. Il-progress ekonomiku taħt il-kontroll tal-bniedem

L-isvilupp ta’ l-ekonomija għandu jibqa’ taħt il-kontroll tal-bniedem; u m’għandux jitħalla għall-arbitriju biss ta’ ftit bnedmin jew ta’ gruppi li għandhom setgħa ekonomika żejda, lanqas biss tal-komunita’ politika u lanqas ta’ xi nazzjonijiet qawwija.   Għall-kuntrarju  jeħtieġ li f’kull livell l-akbar għadd possibbli ta’ bnedmin u, jekk hu l-każ ta’ relazzjonijiet internazzjonali, in-nazzjonijiet kollha, ikollhom sehem attivi fid-direzzjoni tiegħu.   Jeħtieġ ukoll li l-ħidmiet li l-bnedmin jagħmluminnrajhom, u l-ħidmiet ta’ gruppi liberi, ikunu mseħbin u magħqudin kif jixraq ma’ l-isforzi ta’l-awtoritajiet pubbliċi.

L-isvilupp  ekonomiku m’għandux jitħalla biss lill-kors kważi mekkaniku ta’ ħidma ekonomika ta’ x’uħud, u lanqas biss lis-setgħa ta’ l-awtorita’ pubblika.   Għalhekk huwa ta’ min jikkundannahom kemm dawk is-sitemi li bl-iskuża ta’ liberta’ falza jfixklu r-riformi meħtieġa, kemm dawk li jissagrifkaw il-jeddijiet fudamentali tal-persuni wieħed wieħed  u tal-gruppi għall-organizzazzjoni kollettiva tal-produzzjoni4.

Min-naħa  tagħhom iċ-ċittadini kollha għandhom jiftakru li huwa jedd u dmir tagħhom, li għandhom ikunu magħrufa mill-awtorita’ ċivili, li jagħtu sehemhom skond kif jistgħu għall-progess tal-komunita’ tagħhom.  L-aktar fil-pajjiżi ekonomikament anqas progrediti, fejn ir-risorsi kollha jkollhom ikunu użati b’urġenza,  ikunu jipperikulaw serjament il-ġid komuni dawk li jżommu ġidhom mingħajr ma jħaddmuh, jew –- barra mid-dritt personali  ta’ l-emigrazzjoni — jiċħdu lill-komunita’ tagħhom l-għajnuniet sew materjali sew spiritwali li hija teħieġ.

 

66. Differnzi ekonomiċi u soċjali kbar li għandhom jitneħħew

Biex  l-esiġenzi tal-ġustizzja u ta’ ekwita jkun soddisfatti għandhom isiru sforz kbar biex, fil-waqt li jitħarsu l-jeddijiet tal-persuni u n-natura proprja ta’ kull poplu, jitneħħew mill-akatar fis id-disugwaljanzi fl-ekonomija li l-lum jeżistu u li spiss qed jikbru, u li jġibu magħhom diskriminazzjoni individwali u soċjali.   Hekk ukoll f’ħafna pajjiżi, ħtija ta’ diffikultajiet partikolari tal-biedja, sew dwar il-produzzjoni sew dwar il-bejgħ, il-bdiewa għandhom ikunu megħjunin kemm biex ikabbru l-produzzjoni u jbigħuha kemm biex jagħmlu progress u t-tiġdid meħtieġ u kemm biex ikollhom qliegħ ekwu ħalli ma jibqgħux kif ħafna drabi jiġri, f’kondizzjoni ta’ ċittadini inferjuri.   Il-bdiewa  stess, l-aktar iż-żgħażagħ, għandhom jagħtu rwieħhom sewwa biex jipperfezzjoinaw il-kompetenza professjonali tagħhom li mingħajrha ma jistax ikun hemm svilupp tal-biedja5.

Il-ġustizzja  u l-ekwita jridu wkoll li l-mobbilita li hija meħtieġa f’ekonomija li qiegħda tisviluppa tkun regolata b’mod li l-ħajja tal-bnedmin wieħed wieħed u tal-familja tagħhom ma ssirx incerta u bla pedament sod.   Għandha wkoll titneħħa bil-qawwa kollha kull diskriminazzjoni dwar il-kondizzjoni tal-ħlas u tax-xogħol tal-ħaddiema li jiġuminnnazzjonijiet jew pajjiżi oħra u bix-xogħol tagħhom jagħtu sehemhom għall-isvilupp ekonomiku tal-poplu jew tal-post.   Barraminndan kulħadd, u l-aktar l-awtoritajiet pubbliċi, għandu jilqagħhom mhux bħala sempliċi għodod ta’ produzzjoni imma bħala persuni, u jgħinhom biex ikunu jistgħu jsejħu magħhom il-familji tagħhom u jaħsbu għal dar xierqa għalihom; għandhom ukoll jinkoraġġuhom biex isiru ħaġa waħda fil-ħajja soċjali tal-poplu jew tar-reġjuni li jilqagħhom.   Imma,  sakemm jista’ jkun, għandhom jinħolqu okkażjonijiet ta’ xogħol fir-reġjunijiet tagħhom.

F’dawk il-materji ekonomiċi li l-lum huma suġġetti għall-tibdil u wkoll fis-suriet ġodda ta’ soċjeta industrjali li fihom, biex nagħtu  eżempju, l-awtomazzjoni miexja ‘l quddiem, wieħed għandu jfittex li jkun hemm xogħol biżżejjed u xieraq għal kull wieħed u fl-istess ħin il-possibilita ta’ formazzjoni teknika u professjonali addattata;   Għandhom ikunu garantiti wkoll il-manteniment u d-dinjita tal-bniedem, l-aktar ta’ dawk li ħtija tal-mard jew ta’ l-eta jinsabu f’diffikultajiet partikolari.

 

 

 

Sezzjoni 4

 

XI PRINĊIPJI LI JIRREGOLAW IL-ĦAJJA

EKONOMIKA U SOĊJALI

 

67  x-xogħol u l-kondizzjonijiet tiegħu u ħin liberu

Ix-xogħol tal-bniedem li jsir biex jipproduċi u jikkummerċja l-ġid jew biex jipprovdi servizzi ekonomiċi huwa ta’ valur ogħla mill-elementi l-oħra tal-pajjiż ekonomika, għaliex dawn għandhom biss in-natura ta’ għodod.

Għaliex dan ix-xogħol, kemm jekk wieħed jagħmlu għal rasu kemm jekk ikun imqabbad minnħaddieħor, jiġi dritt mill-persuna li donnha tistampa s-siġill tagħha fuq il-ħwejjeġ maħluqa u tissottomettihom għar-rieda tagħha.   Bix-xogħol tieġħu l-bniedem aktarx imantni l-ħajja tiegħu u tal-familja, jingħaqad ma’ ħuta u jaqdihom, jista’ jagħmel karita vera u jieħu sehem fil-perfezzjonament tal-ħolqien ta’ Alla.   Anzi aħna nemmnu li meta l-bniedem joffri x-xogħol lil Alla jingħaqad mal-ħidma tal-fidwa ta’ Ġesu Kristu li ta x-xogħol dinjita l-aktar għolja meta f’Nazaret ħadem b’idejh stess. Minn hawn joħroġ għal kulħadd kemm id-dmir li jaħdem bil-fedelta kemm il-jedd għax xogħol; huwa mbagħad dmir tas-soċjeta, illi, kif tippermetti s-sitwazzjoni tagħha, tgħin biex iċ-ċittadini jsibu xogħol kemm jeħtieġ.   Fl-aħħarnett ix-xogħol għandu jitħallas b’mod li l-bniedem ikun jista’ jgħix kif jixraq il-ħajja materjali, soċjali, kulturali u spirtwali wara li jitqiesu x-xorta tax-xogħol u l-produttivita ta’ kull wieħed u wkoll il-kondizzjonijiet ta’ l-impriża u l-ġid komuni6

Billi l-attivita ekonomika ssir l-aktar bl-għaqda ta’ bnedmin li jaħdmu flimkien, tkun ħaġa inġusta u ma tixraqx  lill-bniedem jekk tkun organizzata u diretta b’mod li tkun ta’ ħsara lil min jaħdem   Għaliex aktarx spiss jiġri, saħansitra fi żmienna, li dawk li jaħdmu jisfaw ilsiera ta’ xogħolhom stess. Dan ma huwa qatt ġustifikatminndawk li jissejħu liġijiet ekonomiċi.   Għalhekk  il-proċess kollu tax-xogħol produttiv għandu jkun addattat għall-ħtiġiet tal-persuna u għall-istat ta’ ħajja li tgħix, u l-ewwelnett għall-ħajja tagħha tal-familja l-aktar f”dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ommijiet, fil-waqt li għandhom jitqiesu dejjem is-sess u l-eta.   Għandha  wkoll tingħata lill-ħaddiema l-possibilta li jisviluppaw il-kwalitajiet u l-personalita tagħhom huma u jaħdmu stess.   Fil-waqt  li bir-responsabbilta’ meħtieġa jħaddmu f’dan ix-xogħol iż-żmien u l-forzi tagħhom, huma għandhom igawdu mistrieħ u żmien liberu biżżejjed biex jieħdu ħsieb tal-ħajja familjari, kulturali, soċjali u reliġjuża tagħhom.   Anzi  għandu jkollhom ukoll il-possibilta’ li jagħtu rwieħhom għal xi attivita’ libera biex jisviluppaw forsi u l-kapiċtajiet li forsi fix-xogħol tagħhom professjonali ftit jistgħu jisviluppaw.

 

  1. Parteċipazzjoni fl-impriża u fl-organizzazzjoni kollha ekonomika, u tilwin fix-xogħol

Fl-impriżi  ekonomiċi ipparteċipaw persuni, jiġifieri bnedmin liberi, awtonomi, maħluqin xbieha ta’ Alla.   Għalhekk, fil-waqt li jintħarsu x-xogħlijiet ta’ kull wieħed, sew propretarji jew imprendituri sew diriġenti sew ħaddiema, u fil-waqt  li titħares l-unita’ meħtieġa  tad-direzzjoni ta’ l-impriża, għandha tkun inkoraġġita, b’kondizzonijiet stabbiliti kif imiss, il-parteċipazzjoni attiva ta’ kulħadd fit-tmexxija ta’ l-inpriża7.   Imma billi ħafna drabi d-deċiżijonijiet  dwar il-kondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li minnhom tiddependi l-qagħda futura tal-ħaddiema u ta’ wliedhom ma jkunu stabbiliti fl-impriża stess imma l-livell aktar għoli,minn istituzzjonijiet superjuri, jeħtieġ li huma (il-ħaddiema) jkollhom sehem ukoll f’dawk l-istituzzjonijiet  jew direttament jew permezz ta’ delegati liberament eletti.

Fost il-jeddijiet fundamentali tal-persuna umana hu ta’ min igħodd il-jedd tal-ħaddiema li jwaqqfu liberament għaqdiet tagħhom li jistgħu jirrappreżentawhom tassew u li jiehu sehem biex tiġi organizzata kif imiss il-ħajja ekonomika, u wkoll il-jedd li jieħdu sehem bil-liberta’ fil-ħidma ta’ dawn l-għaqdiet, mingħajr periklu ta’ xi vendikazzjonijiet.   B’din il-parteċipazzjoni organizzata, magħquda ma’ progress tal-formazzjoni ekonomika u soċjali,minnjum għal ieħor tikber f’kulħadd il-kuxjenza  tax-xogħol proprju u tar-responsabbilita’li bihom huma stess jaslu biex, skond il-kapaċita’ u l-inklinazzjoni ta’ kull wieħed, iħossu li huma għandhom sehem fil-ħidma kollha ta’ l-isvilupp ekonomiku u soċjali u fil-bini tal-ġid komuni universali.

Meta jinqala’ xi tilwim ekonomiku-soċjali għandu jsir kull sforz biex tintħalaq soluzzjoni paċifika.   Għad li dejjem jeħtieġ  li l-ewwelnett wieħed ifittex id-diskussjoni senċiera bejn il-partijiet, b’danakollu l-istrajk, imqar fiċ-ċirkustanzi tal-lum, jista’ jibqa’ rimedju meħtieġ, għad li l-aħħar wieħed, biex wieħed jiddefendi l-jeddijiet tiegħu u jintlaqgħu t-talbiet ġusti tal-ħaddiema.   Imma  jeħtieġ li mill-akar fis jitfittxu mezzi ta’ trattivi u ta’ konċiljazzjoni.

 

  1. Il-ġid ta’ l-art destinat għall-bnedmin kollha.

Alla  iddestina l-art b’dak kollu li fiha għall-użu tal-bnedmin u tal-popli kollha b’mod li kulħadd għandu jkollu sehem bi kriterju ekwu mill-ġid kollu maħluq u dan it-tqassim għandu jsir bil-ġustizzja mgħaqqda mal-karita’8.  Ikunu xi jkunu l-għamliet tal-proprejta’ addattati għall-istituzzjonijiet leġittmi tal-popli, skond ċirkustanzi  diversi iżda li jistgħu jinbidlu, jeħtieġ li tinżamm dejjem quddiem għajnejna din id-destinazzjoni tal-ġid kollu.   Għalhekk il-bniedem, meta juża dan il-ġid, għandu jqis il-ħwejjeġ esterni li ippossiedi leġittamament mhux biss bħal tiegħu imma wkoll bħala ta’ kulħadd, fis-sens li jkunu jistgħu jiswew mhux lilu biss imma wkoll lil oħrajn9.   Min-naħa  l-oħra kulħadd għandu l-jedd li jkollu parti mill-ġid li tkun biżżejjed għalih u għall-familja tiegħu.   Hekk fehmu s-Santi Padri u d-Dutturi al-Knisja meta għallmu li l-bnedmin huma obbligati jgħinu ‘l-foqra u jgħinuhom mhux biss b’dak li għandhom żejjed10.   Min  imbagħad jinsab f’neċessita esterma għandu l-jedd li jipprovdi dak li hu meħtieġ għalih mill-ġid ta’ l-oħrajn11.   Billi hawn ħafna nies magħkusin mill-ġuħ, l-Imqaddes Konċilju jwissi b’urġenza lil kulħadd, sew l-individwi sew l-awtoritajiet, biex jiftakru fil-kliem tas-Santi Padri:  “Itma lil min qiegħed imut bil-ġuħ, għaliex jekk ma titimgħux tkun qed toqtlu”12,  u kulħadd skond kif jista’ jqsassam tassew u jonfoq il-ġid tiegħu l-aktar billi jagħti lill-individiwi jew lill-popli dawk il-mezzi li bihom huma jkunu jistgħu jgħinu u jisviluppaw lilhom infushom.

Fis-soċjetajiet anqas sviluppapti ekonomikament id-destinazzjoni komuni tal-ġid mhux rarament issir ,minnbanda.   Permezz  ta’ drawwiet  u tradizzjnijiet proprji għal dik il-komunita’ u li bihom jingħata lil kull membru dak li hu l-aktar meħtieġ.   Iżda wieħed għandu jevita li xi drawwiet jinżammu bħalkieku m’għandhom qatt  jitbiddlu, jekk ma jweġbux aktar għall-bżonnijiet ġodda ta’ dan iż-żmien;  min-naħa l-oħra jeħtieġ li xejn ma jsir kif ġie ġie kontra d-drawwiet tajba li jibqgħu jkunu ta’ ġid kbir kemm-il darba jkunu addattati għaċ-ċirkustanzi tal-lum.   Hemm  ukoll f’nazzjonijiet progrediti ħafna ekonomikament, sistema ta’ istituzzjonijiet soċjali li għandhom x’jaqsmu mal-previdenza u sigurta’ soċjali jista’, min-naħa tiegħu, jipprovdi għad-distinazzjoni komuni tal-ġid.   Barraminndan għandhom ikunu sviluppati wkoll servizzi familjari u soċjali, l-aktar dawk li jgħinu l-kultura u l-edukazzjoni.  Metajsiru dawn il-ħwejjeġ kollha wieħed għandu joqgħod attent li ċ-ċittadini ma jiġux imħajrin biex jibqgħu indifferenti lejn is-soċjeta’ jew li jittraskuraw id-dmijiriet tagħhom u jiċħdu li jagħtu s-servizz tagħhom.

 

  1. Investimenti u flus   

L-investimenti  min-naħa tagħhom għandhom iservu biex jassikuraw okkażżjonijiet ta’ xogħol u qliegħ biżżejjed kemm għall-popolazzjoni tal-lum kemm għal dik li għad tiġi.   Dawk li għandhom f’idejhom id-deċiżjonijiet dwar dawn l-investimenti u l-organizzazzjoni tal-ħajja ekonomika – sew individwali sew għaqdiet sew awtoritajiet pubbliċi – għandhom iżommu quddiem għajnejhom dawn l-iskopijiet u jagħifru l-obbligu kbir tagħhom, min-naħa l-waħda li jgħassu biex jinkiseb dak li jenħtieġ għal ħajja xierqa sew ta’ l-individwu sew tal-komunita’, u min-naħa l-oħra li jaħsbu minn qabel dak li għad jiġri u jassikuraw ekwilibriju ġust bejn il-bżonnijiet ta’ konsum tal-lum, sew individwali sew kollettiv, u l-esiġenzi ta’ l-investimenti għall-ġenerazzjoni li għad tiġi.   Għandhom ukoll iżommu dejjem quddiem għajnejhom il-ħtiġiet urġenti tan-nazzjonijiet jew reġjunijiet li huma ekonomikament anqas sviluppati.   F’materja  ta’ flus, mbagħad, m’għandhiex issir ħsara lill-ġid tan-nazzjoni proprja u lanqas tan-nazzjonijiet l-oħra.   Għandhom  jittieħdu passi wkoll biex dawk li huma ekonomikament dgħajfin ma jsofrux ħsara mit-tibdil fil-valur tal-flus.

 

71. Proprjeta’ privata u latifondi

Billi l-proprjeta’ u għamliet oħra ta’ dominju privat fuq il-ġid materjali jservu biex il-persuna tesprimi ruħha, u billi huma jagħtu wkoll lill-bniedem okkażjoni li jaqdi dmiru fis-soċjeta’ u fit-tħaddim ta’ l-ekonomija, huwa ta’ importanza kbira li jkun hemm inkoraġġiment biex sew l-individwi sew il-komunitajiet ikollhom il-possibilita’ li jiksbu xi setgħa fuq il-ġid estern.

Il-proprjeta ‘ privata  jew xi setgħa fuq il-ġid estern jagħtu lil kull wieħed ċertu spazju indispensabbli għall-indipendenza personali u familjari, u għandhom jitqiesu bħala estensjoni tal-liberta’ tal-bniedem.   Fl-aħħarnett,  billi huma jqanqlu ‘l bniedem biex jeżerċitaw d-dmirijiet u d-drittijiet tiegħu, huma jiffurmaw waħda mill-kondizzjonijiet tal-liberta’ ċivili13.

L-għamliet ta’ din is-setgħa jew proprjeta’ huma l-lum diversi uminnjum għall-ieħor qegħdin jitbiddlu.   Huma  lkoll jibqgħu għajn mhux ta’ min jittraskuraha ta’ sigurta’ avolja jkun hemm fondi soċjali, jeddijiet u servizzi garantiti mis-soċjeta’.   U dan  m’għandux jingħad biss dwar proprjeta’ materjali imma wkoll dwar ġid mhux materjali bħalma huma l-kapaċitajiet professjonali.

Il-jedd  għall-proprejta’ privata m’hux kuntrarju għall-jedd li jinsab f’għamliet diversi ta’ proprjeta’ pubblika.   It-trasferiment  tal-ġid għall-proprjeta’ publika ma jistax isir ħlief mill-awtorita’ kompetenti, skond il-ħtiġiet tal-ġid komuni u sakemm dan il-ġid jippermetti, u b’kumpens xieraq.   Barra minndan, huwa dmir ta’ l-awtorita’ pubblika li ma tħallix li xi ħadd jabbuża mill-proprjeta’ privata kontra l-ġid komuni14.

l-istess proprjeta’ privata minnha nnifisha għandha funzjoni soċjali ġejja mill-istess liġi tad-destinazzjoni komuni tal-ġid15.   Jekk  titħalla fil-ġenb din il-funzjoni soċjali, il-proprejta’ ħafna drabi ssir okkażjoni ta’ regħba u ta’ taħwid kbir b’mod li tagħti pretest lil dawk li huma kuntrarji għaliha biex dan l-istess dritt iqegħduh f’periklu.

F’ħafna pajjiżi ekonomikament anqas sviluppati jinsabu estensjonijiet ta’ raba’, kbar jew ukoll kbar ħafna, iżda ftit maħduma jew miżmumin mingħajr l-ebda kultivazzjoni għal ħsieb ta’ spekulazzjoni, fil-waqt li l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni jew m’għandiex artijiet jew għandhom biss egħlieqi żgħar, waqt li min-naħa l-oħra tidher tassew  urġenti l-ħtieġa li tikber il-produzzjoni.   Mhux rarament dawk li jitqabbdu mis-sidien biex jaħdmu, jew dawk li jikkultivaw xi biċċa minnhom bħala qbiela, ma jirċievux  ħlief paga jew qliegħ li ma jixraqx lill-bniedem, m’għandhomx fejn igħammru kif jixraq, u huma sfuttati mill-intermedjarji.   Billi m’għandhom l-ebda assikurazzjoni huma jgħixu fi’stat tali ta’ dipendenza personali li kważi ma jisitgħu jagħmlu xejn b’inizjativa u responsabbilta’ tagħhom, u huma mċaħħdinminnkull progress fil-kultura uminnkull sehem fil-ħajja soċjali u politika.   Għalhekk  jenħtieġu riformi biex, skond il-każi differenti, jikber il-qliegħ, jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol, tikber is-sigurta’ fl-impjiegi, u jingħata inkoraġġiment għall-inizjativa personali, ukoll biex jitqassmu l-artijiet mhux maħduma lil dawk li jistgħu jħaddmuhom bi profitt.   F’dan  il-każ għandhom jingħatawlhom materjal u mezzi meħtieġa u, l-aktar, għajnuna ta’ edukazzjoni u faċilitajiet tajbin ta’ organizzazzjoni kooperativa.   Kull  darba li l-ġid komuni jitlob l-esproprijazzjoni, il-kumpens għandu jkun ikkalkulat skond l-ewkwita’ wara li jkunu studjati ċ-ċirkostanzi kollha.

 

  1. L-attivita ekonomika-soċjali u s-Saltna ta’ Kristu.

L-insara  li għandhom sehem attiv fil-progress ekonomiku-soċjali tal-lum u li jġibu ‘l quddiem il-ġustizzja u l-imħabba għandhom ikunu perswasi li huma jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira għall-prosperita’ tal-bnedmin kollha u għall-paċi tad-dinja.  F’dawn il-ħidmiet sew bħala individwi sew bħala membri ta’ għaqdiet, għandhom jiddu bl-eżempju.   Wara li jkunu kisbu l-kompetenza u l-esperjenza li hi il-fors meħtieġa, fil-ħidma tagħhom ta’ din l-art għandhom iħarsu l-ordni rett, bil-fedelta’ lejn Kristu u l-Evanġelju tiegħu, b’mod li ħajjithom kollha, kemm individwali kemm soċjali, tkun mimlija bl-ispirtu  tal-Beatitudni u l-aktar bl-ispirtu tal-faqar.

Kull min, leali lejn Kristu, ifittex l-ewwel is-Saltna ta’ Alla, jirċievi minnha mħabba aktar qawwija u aktar safja  biex igħin lil ħutu kollha u biex itemm bl-ispirazzjoni ta’ mħabba l-egħmil tal-ġustizzja16.

 

 

 

 

Kap  IV

IL-ĦAJJA  TAL-KOMUNITA’  POLITIKA

 

73. Il-ħajja pubblika l-lum

      Fi żminijietna jidhru wkoll tibdiliet kbar fl-istrutturi u fl-istituzzjonijiet tal-popli li ġejjin mill-isvilupp tagħhom kulturali, ekonomiku u soċjali; u dawn it-tibdiliet għandhom influwenza kbira fuq il-ħajja tal-komunita’ politika, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mal-jeddijiet u d-dmirijieti ta’ kulħadd fl-eżerċitu tal-liberta’ ċivili u fil-kisba tal-ġid komuni u mal-manjiera kif għandhom ikunu regolati r-relazzjonijiet taċ-ċittadini bejniethom u ma’  l-awtorita’ pubblika.

Minn mindu l-bnedmin qegħdin jagħifru aktar id-dinjita’ tagħhom, f’ħafna reġjunijiet tad-dinja qiegħda tinbet ħerqa biex jinbeda ordni politku u ġuridiku li fih ikunu mħarsa aħjar il-jeddijiet tal-persuna fil-ħajja pubblika, kif inhuma l-jedd li l-bnedmin jingħaqdu liberament, li jwaqqfu soċjetajiet, li juru l-opinjonijiet tagħhom u li jistqarru r-reliġjoni fil-privat u fil-pubbliku.   Għalieix il-ħarsien tal-jeddijiet tal-persuna huma kondizzjoni meħtieġa biex iċ-ċittadini, sew bħala individwi sew bħala membri ta’ għaqdiet, jistgħu jieħdu sehem attiv fil-ħajja u t-tmexxija ta’ l-istat.

Flimkien mal-progress kulturali, ekonomiku u soċjali f’ħafna bnedmin qiegħda tissaħħaħ ix-xewqa li jieħdu sehem akbar fl-organizzazzjoni tal-ħajja tal-komunita’ politika.  Fil-kuxjena ta’ ħafna qiegħda tikber il-ħerqa biex jitħarsu l-jeddijiet tal-minoranzi ta’ xi nazzjon, mingħajr ma jitħallew fil-ġenb id-dmirijiet tagħhom lejn i-komunita’ politika; barra minn dan qiegħed jikber ukoll, minn jum għall-ieħor ir-rispett  lejn il-bnedmin li għandhom fehmiet differenti jew jistqarru reliġjon differenti, fl-istess ħin hawn aktar ħidma ta’ flimkien biex iċ-ċittiadini kollha, u mhux xi ftit privileġġjati, jistgħu jgawdu tassew il-jeddijiet personali.

Huma ikkundannati dawk l-għamliet ta’ gvern politiku li jinsabu f’xi reġjonijiet li jxekklu l-liberta’ ċivili jew reliġjuża, iżidu l-vittmi tal-passjonijiet u tad-delitti politiċi, u flok iqieghhdu l-eżerċizzju ta’ l-awtorita’ għall-ġid komunii jdawruh għall-vantaġġi ta’ xi partit jew ta’ l-istess kapijiet li jiggvernaw.

Biex tinbena ħajja politika tassew lill-bniedem xejn m’hemm aħjar milli tinkoraġġixxi s-sens interjuri tal-ġustizzja,  ta’ l-imħabba, u tas-servizz tal-ġid komuni u li ssaħħaħ il-konvinzjonijiet fundamentali dwar in-natura vera tal-komunita’ politika, u wkoll dwar l-għan, l-eżerċizzju rett u l-limiti ta’ l-awtorita’ pubblika.

 

74. In-natura u l-għan tal-komunita’ politika

L-individwi, il-familji u l-gruppi differenti li jagħmlu l-komunita’ ċivili jafu li huma m’humiex biżżejjed biex weħidhom jibnu ħajja għalkollox umana u jħossu l-ħtieġa ta’ komunita’ akbar li fiha lkoll ikunu jistgħu jħaddmu kuljum il-forzi tagħhom1 biex jiksbu dejjem aħjar il-ġid komuni.   Għalhekk  jiffurmaw komunita’ politika skond għamliet istituzzjonali differenti.   Mela  l-komunita’ politika teżisti għal dawk il-ġid komuni li fih hija ssib ir-raġuni u t-tifsir tagħha, u li minnu tieħu l-bidu ta’ l-ordinament ġuridiku proprju tagħha.   Dan  il-ġid komuni jiġbor fiħ dawk il-kondizzjonijiet tal-ħajja soċjali li bihom l-individwu, il-familja u l-għaqdiet jistgħu jiksbu l-perfezzjonament tagħhom b’mod aktar sħiħ u aktar malajr2.

Iżda fil-komunita’ politika jiltaqgħu bnedmin, ħafna fil-għadd u differentiminnxulxin, li jistgħu leġittament jorjentaw ruħhom lejn fehmiet differenti.   Għalhekk, biex il-komunita’ politika ma tiġix fix-xejn jekk kull wieħed jimxi skond kif jidhirlu, tenħtieġ awtorita’ li tkun tista’ tmexxi l-forzi taċ-ċittadini kollha lejn il-ġid komuni mhux bħala makna, lanqas ‘manjiera despotika, imma fuq kollox bħala qawwa morali li għandha l-pedament tagħha fil-liberta’ u l-kuxjenza tad-dmir u r-responsabbilta’ proprja.

Mela hija ħaġa ċara li l-komunita’ politika u l-awtorita’ pubblika huma mibnija fuq in-natura umana u għalhekk jappartienu lill-ordni stabbilit minnAlla għad li d-determinazzjoni tas-sistema ta’ gvern  u l-għażla ta’ dawk li jiggvernaw jitħalla għar-rieda taċ-ċittadini3.

Isegwi wkoll li l-eżerċizzju ta’ l-awtorita’ politika, kemm fil-komunita’ stess kemm fl-organismi li jirrappreżentawha, għandu jitħaddem dejjem skond l-ordni morali għall-kisba tal-ġid komuni – maħsub f’għamla dinamika – u skond ordni ġuridiku jew diġa leġittimament stabbilit jew li għad irid ikun stabbilit.   Hemm  iċ-ċittadini jkunu obbligat fil-kuxjenza li jobdu4.   Hawn  joħorġu ċari r-responsabbilita’, id-dinjita’ u l-importanza ta’ dawk li jiggvernaw.

Mbagħad fejn iċ-ċittadini huma mgħakksin mill-awtorita’ pubblika, li toħroġ barra mill-kompetenza tagħha, huma m’għandhomx jiċħdu dawk il-ħwejjeġ li huma oġġettivament meħtieġa mil-ġid komuni; imma huwa leċitu għalihom li jiddefendu l-jeddijiet tagħhom u taċ-ċittadini sħabhom kontra l-abbuż ta’ din l-awtorita’, basta jħarsu dawk il-limiti li huma mogħtija mil-liġi naturali u mil-liġi evanġelika.

Il-manjieri prattiċi li bihom il-komunita’ politika torganizza l-istrutturi tagħha u tirregola s-setgħat pubbliċi jistgħu jkunu ta’ bosta xorta skond in-natura tal-popli u l-prgress storiku; imma dejjem għandhom iservu biex jiffurmaw bniedem edkuat, paċifku u lest biex jagħmel ġid lil kulħadd, għall-vantaġġ tal-familja kollha tal-bnedmin.

 

  1. Il-kollabrazzjoni ta’ kulħadd fil-ħajja pubblika

Jaqbel  għalkollox  man-natura  tal-bniedem  li  jinstabu  strutturi politiċi u ġuridiċi li jagħtu dejjem liċ-ċittadini kollha, mingħajr l-ebda diskriminazzjoni, il-possibilta’ bil-fatti li jeħdu sehem attiv ħieles kemm fit-tqegħid tal-pedamenti ġuridiċi tal-komunita’ politika, kemm fit-treġija ta’ l-istat u fid-determinazzjoni ta’ l-oqsma u limiti ta’ l-organismi varji u kemm fl-għażla ta’ dawk li jiġvernaw5   Għalhekk iċ-ċittadini kollha għandhom jiftakru fil-jedd, li hu wkoll dmir, li jużaw il-vot liberu tagħhom biex iġibu ‘l quddiem il-ġid komuni.   Il-Knisja  żżomm bħala ta’ min ifaħħru u jgħożżu x-xogħol ta’ dawk li jagħtu rwieħhom għall-ġid tal-pajjiż biex jaqdu ‘l-bnedmin u jaċċettaw ir-responsabbilta’ ta’ dan id-dmir.

Biex  il-ħidma responsabbli taċ-ċittadini flimkien ikollha riżultati tajbin fil-ħajja ta’ kuljum tal-pajjiż jenħtieġ ordinament ġuridiku pożittiv li fih ikun stabbilit taqsim xieraq tax-xogħlijiet u ta’ l-organi ta’ l-awtorita’ pubblika, kif ukoll difiża effikaċi u indipendenti tal-jedijiet.  Il-jeddijiet  tal-persuni, tal-familji u tal-gruppi kollha, u l-eżerċizzju tagħhom, għandhom ikunu magħufin, imħarsin u mmexxija ‘l quddiem6 flimkien mad-dmirijiet li jorbtu ċ-ċittadini kollha.   Fost  dawn hu ta’ min ifakkar id-dmir li wieħed jagħti lil-istat is-servizzi materjali u personali li huma meħieġa għall-ġid komuni.   Dawk li jiggvernaw għandhom joqogħdu attenti li ma jfixlux il-gruppi familjari, soċjali u kulturali, u l-organizzazzjonijiet jew l-intituzzjonijiet intermedji, u li ma jiċħdulhomx il-ħidma leġittma u effikaċi tagħhom; għall kuntrarju huma għandhom jinkoraġġuhom bil-qalb u fl-ordni.   Iċ-ċittadini, jew individwalment jew magħqudin f’soċjetajiet, joqogħdu attenti li ma jagħtux setgħa żejda lill-awtorita’ pubblika u li lanqas jitolbu mingħandha kumditajiet u vantaġġ barraminn lokhom bir-risku li jnaqqsu r-responsabbilta’ tal-persuni, tal-familji u tal-gruppi soċjali.

Iċ-ċirkustanzi  komplikati tal-lum bosta drabi jobbligaw ‘l-awtorita’ pubblika li tindaħal f’materji soċjali, ekonomiċi u kulturali biex tiddetermina kondizzjonijiet li bihom iċ-ċittadini, gruppi jkunu megħunin jiksbu bil-liberta’ u b’mod l-iżjed effikaċi l-ġid kollu tal-bniedem.   Ir-relazzjonijiet  bejn is-soċjalizzazzjoni17 u l-awtonomija u l-progess tal-persuna jistgħu jiftiehmu b’manjiera differenti skond ir-reġjunijiet differenti u l-evoluzzjoni tal-popli.   Imma fejn l-eżerċizzju tal-jeddijiet, minħabba l-ġid komuni, jitnaqqas għal xi żmien, meta jitbiddlu ċ-ċirkustanzi l-liberta’ għandha tingħata mill-ġdid mill-aktar fis.   Huwa kontra n-natura tal-bniedem li l-awtorita’ politika tasal f’għamliet totalitarji jew f’għamliet dittatorjali li jiksru l-jeddijiet tal-persuna jew tal-gruppi.

Iċ-ċittadini  għandhom  jidraw  iħobbu  art  twelidhom  b’qalb  kbra  u  l-lealta’ iżda mhux b’moħħ magħluq.   Dan  ifisser li huma għandhom fl-istess ħin iżommu dejjem quddiem għajnejhom il-ġid tal-familja kollha tal-bnedmin li tissawwar f’waħda għax, b’rabtiet differenti, jingħaqdu flimkien razez, popli u nazzjonijiet.

L-insara  kollha għandhom iħossu s-sejħa speċjali u proprja tagħhom fil-komunita’ politika.   Huma  għandhom ikunu ta’ eżempju bis-sens ta’ responsabbilta’ u bid-dedika tagħhom għas-servizz tal-ġid ta’ kulħadd; b’hekk juru bil-fatti wkoll kif jingħaqdu flimkien l-awtorita’ mal-liberta’, l-inizjativa personali mas-solidarjeta’ tal-korp soċjali kollu, l-unita’ xierqa ma’ diversita’ li tagħmel ġid.   Għandhom  jagħirfu li jista’ jkun hemm opinjonijiet differenti dwar it-tmexxija tal-ħwejjeġ temporali, u jistmaw liċ-ċittadini li jiddefendu kif jixraq dawk l-opinjonijiet ukoll b’ħidma fi gruppi.   Il-partiti politiċi għandhom imexxu ‘l quddiem dawk il-ħwejjeġ li, skond il-ħsieb tagħhom, jenħtieġu għall-ġid komuni: imma qatt m’għandhom iqiegħdu l-vantaġġi tagħhom qabel il-ġid ta’ kulħadd.

L-edukazzjoni  ċivili u politika, il-lum hekk meħtieġa għall-poplu u l-aktar għaż-żgħażagħ, għandha tkun ikkultivata b’ħerqa biex iċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jagħtu sehemhom fil-ħajja tal-komunita’ politika.   Dawk li huma jew jistgħu jsiru kapaċi  għall-ħidma politika, arti li hi diffiċli u l-aktar nobbli fl-istess ħin8, għandhom jitħejjew għaliha u jfittxu li jeżerċitawha mingħajr ma jfittxu l-vantaġġi tagħhom jew xi qliegħ materjali.   Għandhom iġibu rwieħhom b’integrita’ u għaqal kontra l-inġustizzja u l-oppressjoni, kontra d-dominju arbitrarju u l-intolleranza ta’ xi individwu jew ta’ xi partit politiku, jagħtu rwieħhom għall-ġid ta’ kulħadd, bis-sinċerita’ u l-ekwita’, anzi bl-imħabba u bil-qawwa kif titlob il-ħajja politika.

 

  1. Il-komunita’ politika u l-Knisja

Huwa ta’ importanza kbira, l-aktar fejn hemm soċjeta’ pluralistika, li jkun hemm idea tajba tar-relazzjoni bejn il-komunita’ politika u l-Knisja, u li ssir distinzjoni ċara bejn dawk il-ħwejjeġ li l-insara, sew bħala individwi sew fi gruppi, jagħmlu f’isimhom bħala ċittadini mmexxijinminnkuxjenza nisranija, u dawk il-ħidmiet li jagħmlu f’isem il-Knisja flimkien mar-rgħajja tagħhom.

Il-Knisja  li, minħabba l-uffiċċju u l-kompetenza tagħha, bl-ebda mod ma titħawwad mal-komunita’ politika u lanqas hi marbuta ma’ sistema politiku, hija fl-istess ħin sinjal u difiża tal-karattru traxxendentali tal-persuna umana.

Il-komunita’ politika u l-Knisja huma, fil-qasam tagħhom, indipendentiminnxulxin u atonomi.   It-tnejn,  għad li b’titolu differenti, jaqdu s-sejħa personali u soċjali ta’ l-istess bnedmin.   Huma  jeżerċitaw dan is-servizz b’mod l-iżjed effikaċi għall-ġid ta’ kulħadd aktar ma jżommu sewwa kooperazzjoni għaqlija bejniethom, skond iċ-ċirkostanzi tal-postijiet taż-żminijiet.   Għaliex  il-bniedem m’hux limitat biss għall-ordni temporali, imma, fil-waqt li jgħix fl-istorja, iżomm sħiħa s-sejħa tiegħu ta’ dejjem.  Il-Knisja,  mwaqqfa fuq l-imħabba tal-Feddej, tagħti sehemha biex fi ħdan kull nazzjoni u bejn in-nazzjonijiet isaltnu aktar il-ġustizzja u l-imħabba.   Bix-xandir  tal-verita’ evanġelika u id-dawl li tagħti lill-oqsma kollha ta’ l-attivita’ tal-bnedmin, permezz tat-tagħlim tagħha u tax-xhieda mogħtija mill-insara, hija tirrispetta u ġġib ukoll ‘il quddiem il-liberta’ politika u r-responsabbilta’ taċ-ċittadini.

L-Appostli  u s-suċċessuri ta’ l-Appostli u wkoll il-kooperaturi tagħhom, meta jintbagħtu biex iħabbru ‘l Kristu Salvatur tad-dinja, huma u jagħmlu l-appostolat tagħhom jieħdu l-forza tagħhom mill-qawwa ta’ Alla li ħafna drabi juri l-qawwa ta’ l-Evanġelju fid-dgħufija tax-xiehda tiegħu.   Għaliex dawk kollha li jagħtu ruħhom għall-ministeru tal-Kelma ta’ Alla jeħtieġ li jużaw metodi u mezzi proprji għall-Evanġelju li f’bosta ħwejjeġ huma dififerenti mill-mezzi tal-belt  ad-dinja.

Il-ħwejjeġ  ta’ l-art u dawk li, fil-kondizzjoni tal-bnedmin, jissuperaw din id-dinja, huma marbutin ħafna flimkien, u l-Knisja stess tuża l-ħwejjeġ temporali sakemm hekk titlob il-missjoni proprja tagħha.   Imma ma tqegħidx it-tama tagħha  fi privileġġi offruti lilha mill-awtorita’ ċivili; anzi tirrinunzja għall-eżerċizzju ta’ ċerti jeddijiet leġitimament miksuba fejntarali ħtija tagħhom in-nies jistgħu jibdew jiddubitaw mis-sinċerita’ tax-xhieda tagħha jew fejn il-kondizzjonijiet ġodda tal-ħajja jridu dispożizzjonijiet oħra.   Imma dejjem u kullimkien huwa jedd tagħha li xxandar il-fidi b’liberta’ vera, tgħallem id-dottrina soċjali tagħha, tmexxi l-ħidma tagħha bla tifixkil fost il-bnedmin, u tagħti wkoll il-ġudizzji morali tagħha fuq ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ordni pulitiku meta l-jeddijiet fundamentali tal-persuna, jew is-salvazzjoni ta’ l-erwieħ, jitolbu dan.   Hija  tagħmel dan billi tuża l-mezzi kollha, u lilhom biss, li jaqblu ma’ l-Evanġelju u mal-ġid ta’ kulħadd skond iż-żminijiet u s-sitwazzjonijiet differenti.

Fil-waqt li żżomm fedelment ma’ l-Evanġelju u waqt li tħaddem il-missjoni tagħha fid-dinja, il-Knisja, li għandha bħala xogħol tagħha li tinkoraġġixxi u tgħolli ‘l fuq9 kull ma hu veru, tajjeb u sabiħ fil-komunita’ tal-bnedmin, issaħħaħ il-paċi fost il-bnedmin għall-glorja ta’ Alla10

 

 

 


Kap  V

ĦIDMA  GĦALL-PAĊI  U  L-BINI  TAL-KOMUNITA’  TAL-ĠNUS.

 

  1. Daħla

F’dawn is-snin tagħna, li fihom it-tbatijiet u d-dwejjaq li jiġu mill-gwerer jew mit-theddida tagħhom għadhom jinħassu ħafna qalb il-bnedmin, il-familja kollha tal-bnedmin waslet f’siegħa ta’ l-ogħla deċiżjoni fil-progress lejn il-maturazzjoni tagħha.  Magħquda bil-mod il-mod f’ħaġa waħda, u konxja aktar mill-unita’ tagħha kullimkien, hija ma tistax tkompli x-xogħol li jmiss lilha, jiġifieri li tibni għall-bnedmin kollha u fuq l-art kollha dinja li tassew tixraq lill-bniedem, jekk il-bniedmin ma jħarsux ilkoll lejn il-paċi vera b’ruħ imġedda.   Minnhawn jiġi li l-messaġġ ta’ l-Evanġelju, li jaqbel ma’ l-aspirazzjonijiet l-aktar nobbli tal-ġens tal-bnedmin, fi żminijetna jiddi b’dawl ġdid meta jsejjaħ imberkin lil dawk li jaħdmu għall-paċi “għax jsejjaħ wlied Alla” (Mt. 5, 9).

Għalhekk il-Konċilju, fil-waqt li juri t-tifsira vera u l-aktar għoja tal-paċi u jikkundanna l-kruha tal-gwerra, jifhem jagħmel sejħa bil-ħeġġa lill-insara biex, bl-għajnuna ta’ Kristu awtur tal-paċi, jaħdmu flimkien mal-bnedmin kollha biex isaħħu fosthom paċi mibnija fuq il-ġustizzja u fuq l-imħabba, u biex iħejju l-mezzi li jiksbu l-paċi.

 

78. In-natura tal-paċi

Il-paċi m’hix sempliċement nuqqas ta’ gwerra, u lanqas għandha titqies biss bħala ħidma biex ikun stabbilit ekwilibriju tal-forzi li huma kontra xulxin, u lanqas hi ġejjaminndominazzjoni despotika, imma tissejjaħ bir-raġun u bl-eżatezza “xogħol is-sewwa” (Is. 32,17).   Hija l-frott ta’ l-ordni stampat fis-soċjeta’ tal-bnedminminnAlla, fundatur tagħha, u li għandu jitwettaq mill-bnedmin li huma dejjem bil-għatx ta’ ġustizzja dejjem aktar perfetta.   Billi  l-ġid komuni tal-bnedmin fl-essenza tiegħu huwa regolat mill-liġi esterna, imma f’dak li hu konkret hu suġġett għal tibdil li qatt ma jieqaf matul il-mixja taż-żmien, il-paċi qatt m’hi bħal ħaġa miksuba għal dejjem imma għandha tinbena l-ħin kollu.   Billi, barraminndan, ir-rieda tal-bniedem m’hix stabbli  u  hija midruba bid-dnub, it-tfittxija tal-paċi titlob it-trażżin tal-passjonijietminnkull bniedem u ħarsien ta’ l-awtorita’ leġittma.

Imma  dan m’hux biżżejjed.   Din il-paċi ma tistax tinkiseb fuq l-art jekk ma jitqegħidx fis-sod il-ġid tal-persuna, u jekk il-bnedmin ma jqassmux bil-fedelta’minnrajhom il-ħwejjeġ tajba ta’ l-ispirtu u ta’ l-intelliġenza tagħhom.   Biex  tinbena l-paċi jeħtieġ li wieħed irid jirrispetta bis-sħiħ il-bnedmin u l-popli l-oħra u d-dinjita’ tagħhom u li jwettaq b’ħeġġa l-imħabba ta’ l-aħwa.   Hekk  il-paċi tkun ukoll effett ta’ mħabba li tagħti aktarminndak li l-ġustizzja weħidha tista’ tagħti.

Il-paċi ta’ l-art, li toħroġ mill-imħabba tal-proxxmu, hija xbieha u effett tal-paci ta’ Kristu li ġejja minnAlla l-Missier.   Għaliex  l-istess Iben ta’ Alla magħmul bniedem, il-prinċep tal-paċi, bis-salib tiegħu għamel il-bnedmin kollha ħbieb ma’ Alla u, fil-waqt li ta mill-ġdid l-għaqda ta’ kulħadd f’poplu wieħed u f’ġisem wieħed, f’ġismu qatel il-mibegħda1 u bil-glorja tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, xerred l-ispirtu ta’ l-imħabba fil-qlub tal-bnedmin.

Għalhekk  l-insara kollha huma msejħin bil-ħeġġa biex, “fil-waqt li jagħmlu s-sewwa fl-imħabba (Ef. 4, 15), jingħaqdu  mal-bnedmin li tassew iħobbu l-paċi biex jitolbu għall-paċi u jwettquha.

Mqanqlin mill-istess spirtu ma nistgħux ma nfaħħrux lil dawk li jirrinunzjaw għall-vjolenza meta jiddefendu l-jeddijiet tagħhom u jirrikorru għall-mezzi ta’ difiża li, wara kollox, jistgħu jkollhom dawk ukoll li huma dgħajfa, basta dan jista’ jsir mingħajr ma jnaqqas mill-jeddijiet u mid-dmirjiet ta’ oħrajn jew tal-komunita’.

Sakemm  il-bnedmin jibqgħu midinbin huma jibqgħu mheddin mill-periklu tal-gwerra.   U  dan jibqa’ sal-miġja ta’ Kristu.   Imma sakemm jibqgħu magħqudin fl-imħabba, huma jirbħu d-dnub u jirbħu wkoll il-vjolenzi sa ma jitwettqu l-kelmiet:  “Iterrqu sjufhom f’sikek, u l-lanez tagħhom fi mnieġel.  Ma jerfax ġens għal ġens is-sejf, u ma jitħarrġux iżjed għat-taqbid.” (Is, 2,4)

 

Sezzjoni 1

IL-ĦTIEĠA  LI  TKUN  EVITATA  L-GWERRA

79. Ħtieġa li titnaqqas il-ħruxija tal-gwerra.

 

Għad  li l-aħħar gwerer ġabu lid-dinja tagħna ħsarat mill-akbar, kemm materjali kemm morali, f’xi partijiet tad-dinja l-gwerra għadha kuljum tagħmel il-ħsarat tagħha. Anzi, meta fil-gwerra jintużaw armi xjentifiċi ta’ kull xorta, il-ħruxija tagħha thedded li twassal lil dawk li jkunu jitqabdu għal barbarismu li huwa wisq agħarrminndak taż-żminijiet li għaddew.   Barra hekk, il-kumplessita tas-sitwazzjoni tal-lum, u x-xibka mħabbla tar–relazzjonijiet internazzjonali, jagħtu l-wisa’ biex, b’metodi ġodda ta’ qerq u ta’ tixwix, gwerer li jsiruminntaħt jitwalu.   F’ħafna  ċirkustanzi l-użu ta’ sistemi ta’ terrorismu jitqies bħala forma ġdida ta’ gwerra.

Il-Konċilju,  fil-waqt li għandu quddiem għajnejh din il-qagħda umiljanti ta’ l-umanita, jifhem l-ewwelnett ifakkar li ma titbiddilx tal-liġi naturali tal-ġnus u tal-prinċipji ġenerali tagħha.   L-istess  kuxjenza tal-ġens tal-bnedmin qiegħda xxandar dejjem aktar dawn il-prinċipji. .  Għalhekk  l-azzjonijiet li l-bnedmin jikkommettu b’ għajnejhom miftuħa kontra tagħhom, u l-ordnijiet li jingħataw biex isiru, huma delitti, u l-ubbidjenza għamja ma tiskużax lil dawk li jagħmluhom.   Ma’ dan l-egħmil għandu għandu jingħadd qabel kollox dak li b’mod sistematiku jeqred xi poplu sħiħ, nazzjon jew xi minoranza etnika.   Dawn  huma delitti tal-bża li għandhom ikunu ikkundannati bil-qawwa kollha.   Huwa  ta’ min ifaħħru ħafna l-kuraġġ ta’ dawk li ma jibżgħux jirreżistu fil-beraħ lil dawk li jikkmandaw ħwejjeġ bħal dawn.

Dwar il-gwerer hemm ħafna konvenżjonijiet internazzjonali li ħafna nazzjonijiet iffirmaw biex il ħidmiet militari u l-konsegwenzi tagħhom isiru anqas ħorox: bħal dawn huma l-konvenżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-anqas ħorox: bħal dawn huma l-konvenzjonijiet li għandhom x’ jaqsmu mal-mal-feruti jew il-priġunieri u ftehim ieħor bħalhom.   Dawn huma l-konvenżjonijiet li għandhom jitħarsu: anzi l-bnedmin kollha, u l-aktar l-awtoritajiet pubbliċi u l-esperti f’dawn il-ħwejjeġ, huma obbligati li jagħmlu kemm jistgħu biex konvenż jonijiet bħal dawn ikunu ipperfezzjonati u hekk iwasslu aħjar u aktar fiż-żgur biex irażżnu l-ħruxija tal-gwerer.   Barraminndan tidher ħaġa sewwa li l-liġijiet jaħsbu, b’sentimenti umani, għall-każ ta’ dawk li jħossu fil-kuxjenza li m’għandhomx jieħdu l-armi iżda li jaċċettaw li jservu f’ għamla oħra lill-kommunita tal-bnedmin.

Il-gwerra  għad tassew m’ hix imħassra mill-ġrajjiet tal-bnedmin.   U sakemm jibqa’ l-periklu ta’ gwerra u ma jkunx hemm awtorita internazzjonali li tista’ tiddisponiminnforzi biżżejjed, u ma jistax jiċċaħħad lill-gvernijiet il-jedd tad-difiża leġittma wara li jkun intużaw il-mezzi kollha ta’ soluzzjoni paċifika.   Il-mexxejja  ta’ l-istati u oħrajn li għandhom sehem fir-responsabbilta ta’ l-istat għandhom id-dmir li jiddefendu s-sigurta tal-popli fdati lilhom billi jittrattaw bis-serjeta ħwejjeġ hekk serji.   Imma  li tuża l-armi biex il-popli jkunu difiżi skond il-liġi hija ħaġa, u li trid iġġib taħtek nazzjonijiet oħra hija ħaġa oħra.   U li wieħed għandu l-qawwa biex jagħmel gwerra ma jfissirx li għandu l-jedd li jagħmel kull użu militari u politikuminndik il-qawwa.   U meta disgrazzjatament il-gwerra tkun bdiet, b’daqshekk mhux kollox isir leċitu bejn dawk li jkunu kontra xulxin.

Dawk, mbagħad, li huma marbutin biex iservu l-patrija bħala membri ta’ l-eżerċitu għandhom ukoll iġibu rwieħhom bħala ministri tas-sigurta u tal-liberta tal-popli; u meta jaqdu sewwa dan dmirhom ikunu tassew qegħdin jagħtu sehemhom biex il-paċi ssir stabbli.

 

80.  Il-gwerra totali

Il kruha u l-ħżunija tal-gwerra jikbru bla tarf bit-tkattir ta’ l-armi xjentifiċi. Għaliex meta jintużaw dawn l-armi l-azzjonijiet militari jistgħu jagħmlu ħsarat l-aktar kbar u kif ġie ġie li għalhekk jaqbżu l-limiti ta’ difiża leġittima.   Anzi jekk dawn il-mezzi, li diġa  jinsabu fl-imħażen tan-nazzjonijiet il-kbar, jintużaw għal kollox, tirriżulta l-qerda kważi totali ta’ kull wieħed mill-egħdewwa, qerda li ssir wieħed mill-ieħor; u dan mingħajr ma nsemmu l-ħafna devastazzjonijiet li kieku jsiru fid-dinja u r-riżultati ta’ mewt li jiġuminndawn l-armi.

Dawn  il-ħwejjeġ kollha jobbligawna li nħarsu lejn il-gwerra b’mentalita’ għalkollox ġdida2.   Il-bnedmin  tal-lum għandhom ikunu jafu li huma għandhom jagħtu kont kbir dwar l-egħmejjel ta’ gwerra tagħhom.   Għaliex il-mixja taż-żminijiet li għad jiġu tiddependi ħafnaminn dak li huma jiddeċiedu l-lum.

B’dawn  il-ħsibijiet quddiemu dan l-Imqaddes Konċilju, filwaqt li jġedded il-kundanni li diġa għamlul-aħħar Papiet dwar il-gwerra totali3, jiddikjara.

Kull egħmil ta’ gwerra li tfittex bla għażla l-qerda ta’ bliet sħaħ jew ta’ reġjunijiet kbar flimkien man-nies li jgħammru fihom huma delitt kontra Alla u konta l-istess bniedem, u għandu jkun ikkundannat bil-qawwa u ba tlaqliq.

Il-periklu  karatteristiku tal-gwerra tal-lum qiegħed f’dan, li jagħti lil dawk li għandhom l-aħħar armi xjentifiċi bħal okkażjoni li jagħmlu dawn id-delitti; u, qisu f’katina li ma tistax tinħarab, jista’ jwassal ir-rieda tal-bnedmin għal deċiżjonijiet l-aktar ħorox.   Biex  ’il quddiem dan qatt ma jiġri l-bnedmin kollha, u l-aktar lill-kapijiet tal-popli u wkoll lill-mexxejja militari, biex jiżnu sewwa quddiem Alla u quddiem il-bnedmin  kollha din ir-responsabbilta’ hekk kbira.

 

81.     Il-ġirja għall-armamenti

L-armi  xjentifiċi ma jinħażnux biss biex jintużaw fi żmien ta’ gwerra.   Huwa  maħsub li l-qawwa tad-difiża ta’ kull parti tiddependi mill-ħila tagħha li tirritalja b’ħeffa ta’ sejjetta.   Għalhekk  din il-ħażna ta’ armi li kuljum qiegħda tikber isservi b’mod paradossali biex iżżomm lura ‘l egħewwa li forsi jistgħu jqumu.   U  ħafna jaħsbu li dan hu  l-aqwa fost il-mezzi kollha biex tista’ tinżamm xi għamla ta’ paċi fost in-nazzjonijiet.

Hu x’inhu l-ġudizzju dwar dan ir-rimedju li huwa maħsub biex jaqta’ l-qalb li jinbeda l-ġlied, il-bnedmin kollha għandhom jikkonvinċu ruħhom li l-ġirja għall-armamenti, li għaliha ħafna nazzjonijiet qegħdin jirrikorru, m’hix triq żgura biex issaħħaħ sewwa l-paċi, u lanqas dak li jsejħlu ekwilibriju li jiġiminndan ir-rimedju ma huwa paċi vera u stabbli.   Għalhekk  il-kawżi tal-gwerra, flok jitneħħew, aktarx li jheddu li bil-mod il-mod jikbru.   Filwaqt li qegħdin jintefqu flejjes l-aktar kbar fit-tħejjija a’ armi dejjem ġodda, ma jistax jingħata rimdeju biżżejjed għal tant miżerji li hemm il-lum fid-dinja kollha.   Flok  li jitfejjaq tassew u mill-qiegħ il-ġlied bejn in-nazzjonijet, partijiet oħra tad-dinja jiċċappsu bl-istess marda.   Jeħtieġ li jingħażlu toroq oħra, li jibdew minn riforma ta’ l-ispirtu, biex jitneħħa dan l-iskandlu u hekk tista’ tingħata  mill-ġdid  lid-dinja,  meħlusa  mill-ansjeta’  li  qiegħda  tgħakkisha,  paċi  vera.

Għalhekk jeħtieġ li niddikjaraw mill-ġdid: li l-ġirja għall-armamenti hija pjaga mill-aktar gravi ta’ l-umanita’ u tagħmel ħsara lill-fqar b’mod intollerabbli.   Hu  ta’ min tassew jibża’ illi jekk din il-ġirja tibqa’ sejra għad tasal biex tagħmel straġi tal-mewt li tagħha  diġa  qiegħda  tħejji  l-mezzi.

Mwissijin  mid-disgrazzji li bl-bnedmin stess jagħmlu possibbli, għandna nużaw il-ftit ta’ waqfien ta’ ġlied li qegħdin ingawdu, mogħti lilna mis-sema, biex inkunu nistgħu nirranġaw it-tilwim tagħna b’manjiera aktar xierqa lill-bniedmi.   Il-Povidenza  ta’ Alla trid minna b’insistenza li neħilsu lilna nfusna mill-jasar qadim tal-gwerra.   U jekk ma rridux  nagħmlu  dan  l-isforz,  ma  nafux  fejn  sa naslu f’din it-triq ħażina li dħalna fiha.

 

82.  Il-kundanna assoluta tal-gwerra u l-ħidma internazzjonali biex il-gwerra tkun evitata.

Mela hija ħaġa ċara li għandna nagħmlu minnkollox biex bil-forzi kollha nħejju żminijiet li fihom, bil-ftehim tan-nazzjonijiet, kull gwerra tkun ipprojbita.   U  dan jitlob li titwaqqaf xi awtorita’ pubblika universali, magħrufa minnkulħadd, li jkollha setgħa tassew biex ikunu garantiti għal kulħadd is-sigurta’, il-ħarsien tal-ġustizzja u r-rispett tal-jeddijiet.   Imma  qabel ma tista’ titwaqqaf din l-awtorita’ mixtieqa jeħtieġ li l-ogħla  ċentri internazzjonali tal-lum jagħtu sehemhom bil-ħeġġa għat-tfittxija ta’ mezzi aktar addattati biex tinkisieb is-sigurta’ komuni.   Billi jenħtieġ li l-paċi tiġi mill-fiduċja tal-popli f’xulxin u mhux tkun imposta fuq nazzjonijiet mill-biża’ ta’ l-armi, kulħadd  għandu jaħdem biex il-ġirja għall-armi fl-aħħar tintemm.   Biex it-tnaqqis  ta’ l-armamenti jibda tassew m’għandux isir minnxi banda waħda biss imma għandu jseħħ u jimxi  ’l quddiem  bl-istess  pass skond trattat li jkun imsaħħaħ b’garanzji veri u effikaċi4.

Sadattant  m’għandhomx jingħataw importanza żgħira dawk l-isforzi li saru u li qegħdin isiru biex jitwarrab il-periklu ta’ gwerra.   Anzi  għandha tkun megħjuna r-rieda tajba ta’ dawk il-ħafna li, għalkemm mgħobbijin bil-ħsieb tqil tad-dmirijiet għolja tagħhom, imma proprju mġegħlin mid-dmir gravi ħafna li għandhom, ifittxu jbiegħdu l-gwerra li huma jobogħdu għad li ma jistgħux ma jagħtux konsiderazzjoni tar-realta’ kumplessa tas-sitwazjonijiet li jkunu fihom.   Jeħtieġ imbagħad nitolbu ħafna ‘l Alla li jagħtihom il-forza li jibdew bil-perserveranza u jkompli bil-qawwa dan ix-xogħol ta’ l-ogħla  mħabba  tal-bnedmin  li  bih  il-paċi  tinbena  bil-qawwa  ta’  l-irġulija. Dan x-xogħol il-lum ċertament jitlob minnhom li jestendu l-ħsibijiet u l-ispirtu tagħhom lil hinn mill-fruntieri tan-nazzjon tagħhom, li jwarrbu minnhom l-egoismu nazzjonali u l-ambizzjoni li jiddominaw fuq nazzjonjiet oħra, li jikkultivaw stima profonda lejn l-umanita’  kollha  li,  għalkemm  fost  tant  taħbit,  diġa’ miexja lejn għaqda akbar tagħha.

Dwar il-problemi tal-paċi u tat-tnaqqis ta’ l-armi, l-istudji bil-ħeġġa u bla waqfien li diġa saru u l-kungressi internazzjonali li ittrattaw din il-ħaġa għandhom jitqiesu bħala l-ewwel passi biex inħallu kwistjonijiet hekk importanti, u għandhom ikunu inkuraġġiti b’sens ta’ urġenza akbar biex għal li ġej jinkisbu riżultati prattiċi.   Imma  l-bnedmin għandhom joqogħdu attenti li ma jafdawx biss fl-isforzi ta’ x’uħud mingħajr ma jagħtu kas tal-mentalita’ tagħhom infushom.   Għaliex  il-mexxejja tal-popli, li huma responsabbi tal-ġid komuni tal-poplu tagħhom u fl-istess ħin huma l-promoturi tal-ġid tad-dinja kollha, jiddependu l-aktar mill-opinjoni u s-sentimenti tal-poplu.   Xejn  ma jiswielhom li jinsistu biex jibnu l-paċi sakemm sentimenti ta’ mibegħda, ta’ disprezz, ta’ sfiduċja, mibegħda ta’ razez u rjus iebsa, fl-ideoloġiji jifirdu l-bnedmin u jqegħduhom kontra xulxin.   Minn hawn tiġi l-ħtieġa l-aktar kbira u urġenti ta’ riforma fl-edukazzjoni tal-mentalita’ u ta’ orjentament ġdid fl-opinjoni pubblika.  Dawk  li jagħtu rwieħhom għall-ħidma ta’ edukazzjoni, l-aktar taż-żgħażagħ, u dawk li jiffurmaw l-opinjoni pubblika, għandhom igħoddu bħala dmir l-aktar kbir tagħhom il-ħsieb li jiffurmaw ir-ruħ ta’ kulħadd għal sentimenti ġodda ta’paċi.   Jeħtieġ  li aħna lkoll inbiddlu qalbna billi nżommu quddiem għajnejna d-dinja kollha u dawk ix-xogħolijiet kollha li aħna, ilkoll flimkien, nistgħu nagħmlu biex l-umanita’ timxi ‘l quddiem lejn qagħda aħjar.

Ma nitqarrqux minnxi tama falza.   Jekk ma jsirux pattijiet sodi u onesti dwar il-paċi universali għal li ġej u ma jitwarrbux it-tilwim u l-mibegħda, l-umanita’, li diġa tinsab fil-periklu, għalkemm għamlet rebħiet tal-għaġeb fil-qasam tax-xjenzi għad forsi disgrazzjatament titwassal għal dik is-siegħa li fiha ma tkunx tista’ tarapaċi oħra ħlief il-paċi kerha tal-mewt.   Imma l-Knisja, mqiegħda f’nofs il-qtigħ il-qalb ta’ dan iż-żmien tagħna, f’waqtu u barra minnwaqtu, il-messaġġ ta’ l-Appostlu; “Dan hu ż-żmien tajjeb” biex jitbiddlu il-qlub, “dan hu jum is-salvazzjoni”5.

 

 

 

Sezzjoni 2

BINI  TA’  KOMUNITA’  INTERNAZZJONALI

 

83. Kawżi ta’ ġlied u rimedji tagħhom

Biex tinbena l-paċi jeħtieġ qabel kollox li jitqaċċtuminnegħruqhom il-kawżi tat-tilwim bejn il-bnedmin, u l-aktar l-inġustizzja, li jġibu l-gwerer.   Mhux ftitminndawn il-kawżi ġejjin mill-ħafna disugwaljanzi ekonomiċi u wkoll miż-żmien twil li jittieħed biex  jingħataw  ir-rimedji  meħtieġa.

Oħrajn jiġu mill-ispirtu ta’ dominazzjoni u mid-disprezz tal-persuni u, jekk infittxu l-kawżi aktar fil-fond, mill-għira tal-bnedmin, min-nuqqas ta’ fiduċja, mill-kburija uminnpassjonijiet oħra ta’ egoismu.   Billi  l-bniedem ma jistax isofri tant diżordni jiġri li, mqar jekk ma jkunux hemm gwerra, id-dinja tibqa’ l-ħin kollu marida bil-ġlied fost il-bnedmin u bil-vjolenzi.   L-istess nuqqasijiet jinsabu wkoll fir-relazzjonijiet bejn l-istess nazzjonijiet; għalhekk biex tirbaħhom jew timpedihom, u biex trażżan il-ħruxija tal-vjolenza, huwa assolutament meħtieġ li l-istituzzjonijiet internazzjali jaħdmu flimkien aħjar u aktar fis-sod u jikkoodinaw l-isforzi tagħhom; jeħtieġ li bla heda jsir sforz  biex  jitwaqqfu  l-organismi  li  jaħdmu  għall-paċi.

 

84.         Il-Komunita’ tan-nazzjonijiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali

Il-lum  qegħdin jikbru r-rabtiet tar-relazzjonijiet bejn iċ-ċittadini kollha u bejn il-popli kollha tad-dinja.   Għalhekk,  biex jitfittex sewwa u jinkiseb aħajr il-ġid ta’ kulħad, jenħtieg li l-komunita’ tan-nazzjonijiet tistabbilixxi għaliha stess ordni li jaqbel mad-dmirijiet tagħha tal-lum l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dawk il-ħafna reġjunijiet li għadhom  ibatu  miżerja   intollerabbli.

Biex jiintlaħqu dawn l-iskopijiet, l-istituzzjonijiet tal-komunita’ internazzjonali min-naħa tagħhom għandhom jaħsbu għall-ħtiġiet varji tal-bnedmin, kemm fil-qasam tal-ħajja soċjali, li jħaddan l-ikel, is-saħħa, l-edukazzjoni u x-xogħol, kemm f’xi ċirkustanzi partikolari li jistgħu jinqalgħu x’imkien jew ieħor bħalma hija l-ħtieġa li tgħin l-isvilupp ġenerali tal-popli li qegħdin javanzaw, li taħseb għall-miżerji tal-bnedmin maħrubin minn pajjiżhom u mxerrdin mad-dinja kollha, jew ukoll li tgħin l-emigranti u l-familji tagħhom.

L-istituzzjonijiet internazzjonali jew reġjonali li diġa jeżistu għandhom żgur mertu kbir quddiem il-bnedmin.   Huma  jirrappreżentaw l-ewwel sforzi ħalli jitqiegħed pedament internazzjonali tal-komunita’ kollha tal-bnedmin biex jinħallu l-problem l-aktar importanti ta’ żminijietna, jitmexxa ‘l quddiem il-progress fid-dinja kollha, u,   jitneħħew il-gwerer taħt kull għamla.   F’dawn l-oqsma kollha l-Knisja tifraħ bl-ispirtu ta’ vera għaqda ta’ aħwa li jsaltan bejn l-insara u dawk li m’humiex insara, li jfittxu li jsiru  sforzi  dejjem  akbar  biex  tingħata  għajnuna  ħalli  titneħħa  l-miżerja  bla  tarf  li  hawn.

 

85.         Il-ħidma internazzjonali fil-qasam ekonomiku

Is-soliderjeta’ tal-lum tal-ġens tal-bniedem titlob ukoll it-twaqqif ta’ kooperazzjoni internazzjonali akbar fil-qasam ekonomiku.   Għaliex,  għad li kważi l-popli kollha saru indipendenti, għadna ‘l bogħd milli nistgħu ngħidu li huma għalkollox meħlusin mid-disugwaljanzi żejda u minn kull għamla ta’ dipendenza mhux flokha, u li ma għandhomx  aktar  periklu  ta’  diffikultajiet  kbar  fil-pajjiż  tagħhom  stess.

L-isvilupp  ta’ pajjiż jiddependi mir-risorsi ta’ bnedmin u ta’ flus.   Iċ-ċittadini  ta’ kull nazzjon għandhom ikunu mħejjijin permezz ta’ edkuzzjoni u formazzjoni professjonali biex jeżerċitaw il-ħidmiet differenti tal-ħajja ekonomika u soċjli.  Għal dan  tenħtieġ l-għajnuna ta’ esperti ta’ pajjiżi oħra li filwaqt li jgħinu m’għandhomx iġibu rwieħhom ta’ bnedmin li jridu jiddominaw imma ta’ nies li jridu jgħinu u jikkooperaw.   Għal  dak li jolqot l-għajnuna materjali, din ma tingħatax lin-nazzjonijiet mexjin lejn l-isvilupp jekk ma jitbiddlux mill-qiegħ il-metodi tal-kummerċ tal-lum fid-dinja.   Barraminndan, għajnuniet oħra għandhom jingħataw min-nazzjonijiet  sviluppati taħt għamla ta’ għotjiet jew ta’self, jew ta’ investimenti ta’ flus li, min-naħa l-waħda għandhom jingħataw b’ġenerota’ u mingħajr regħba, u min-naħa l-oħra  għanhom jintlaqgħu b’onesta’ sħiħa.

Biex  isir tassew ordni ekonomiku universali għandhom jinqerdu r-regħba ta’ qliegħ esaġerat, l-ambizzjonijiet nazzjonali, ix-xewqa ta’ dominazzjoni politika, il-kalkoli ta’ ordni militari, u wkoll il-manuvrar għat-tixrid u għall-impożizzjonijiet ta’ ideoloġiji.  Hemm diversi proposti ta’ sistemi ekonmiċi u raġjonevoli fid-dinja; dan isir b’ħeffa akbar jekk kull wieħed jiċħad għall-preġudizzji tiegħu u jkun lest jidħol għal djalogu sinċier.

 

86.          Xi regoli f’waqthom

Għal din il-kooperazzjoni r-regoli li ġejjin jidhru flokhom:

a)            In-nazzjonijiet mexjin lejn l-isvilupp għandu jkollhom għal qalbhom li espressament u bil-qawwa jfittxu bħala skop tal-progress il-perfezzjonament sħiħ taċ-ċittandini tagħhom bħala bnedmin.   Għandhom jiftakru li dan l-isvilupp jibda u jikber l-ewwelnett mix-xogħol u l-inġenjożita’ ta’ l-istess nazzjonijiet; huwa għandu jiddependi mhux biss mill-għajnuniet tal-barranin imma jikber fuq kollox mill-isvilupp tar-risorsi tagħhom stess u fuq il-kultura u t-tradizzjoni tagħhom.   F’din il-ħaġa għandhom jagħtu l-aħjar eżempju dawk li għandhom aktar influwenza fuq l-oħrajn.

b)            Huwa mbagħad dmir gravi ħafna tan-nazzjonijiet sviluppati li jgħin ‘l-popli li qegħdin jisviluppaw biex itemmu l-ħidmiet li semmejna.   Għalhekk għandhom jagħmlu fihom infushom dawk ir-reviżjonijiet materjali u ta’ mentalita’  li  jenħtieġu  biex  tissaħħaħ  din  il-kooperazzjoni  univesali.

Hekk, meta jittrattaw ma’ nazzjonijiet aktar dgħajfin u fqar għandhom iżommu quddiem għajnejhom sewwa l-ġid tagħhom għax dawn jeħtieġu għall-għajxien  dak  li  jaqilgħu  mill-bejgħ  ta’  dak  li  huma  jipproduċu.

c)            Huwa dmir tal-komunita’ internazzjonali li ġġib ‘il quddiem u tirregola l-isvilupp iżda b’mod li l-għajnuniet destinati għalhekk jitqassmu b’mod li  jagħti riżultati u bl-akbar ekwita’.   Huwa wkoll dmir ta’ din il-komunita’ li, fil-waqt li tħares il-prinċipju tas-sussidjarjeta’, tirregola r-relazzjonijiet ekonomiċi  fid-dinja  kollha  biex  jitħaddmu  skond  dak li titlob il-ġustizzja.

Għandhom  jitwaqqfu istituzzjonijiet li jkolhom il-ħila li jġibu ‘l quddiem u jirregolaw il-kummerċ internazzjonali, l-aktar man-nazzjonijiet anqas sviluppati, biex ipatu għan-nuqqasijiet li jiġu mid-disugwaljanza kbira ta’ qawwa fost in-nazzjonijiet.   Dan  l-ordinament, magħqud mal-għajnuniet tekniċi, kulturali u finanzjarji, għandu jagħti lin-nazzjonijiet li qegħdin jisviluppaw l-għajnuniet meħtieġa biex jistgħu jiksbu kif jixraq il-progress ta’ l-ekonomija tagħhom.

d)            F’ħafna każijiet jeħtieġ li wieħed jirriforma l-istrutturi ekonomiċi u soċjali; imma wieħed għandu joqgħod attentminnsoluzzjoijiet tekniċi mgħaġġlin, l-aktarminndawk li, fil-waqt li jagħtu xi vantaġġi materjali lill-bniedem, huma kuntrarji għan-natura u l-profitt spiritwali tiegħu.   Għaliex il-bniedem “mhux bil-ħobż biss igħix imma b’kull kelma li toħroġminnfomm Alla.”  (Mt 4,4)   Kull biċċa mill-familja tal-bnedmin iġġib fiha stess u fl-aħjar tradizzjonijiet tagħha xi element mit-teżor fdatminnAlla lill-bnedmin, avolja ħafna  ma jafux li ġej minnu.

 

87. Il-Kooperazzjoni internazzjonali dwar it-tkattir tal-popolazzjoni.

      Il-kooperazzjoni internazzjonali ssir l-iżjed meħtieġa dwar dawk il-popli li, barraminn ħafna diffikultajiet oħra, il-lum aktarx spiss qegħdin isofru b’mod speċjali mill-problema li ġejja mit-tkattir mgħaġġel tal-popolazzjoni.   Tinħass  l-ħtieġa urġenti li, bil-kooperazzjoni sħiħa u ħabrieka ta’ kulħadd, l-aktar tan-nazzjonijiet għonja, ikun studjat il-mod kif jistgħu jinkisbu u jitqassmu mal-komunita’ kollha tal-bnedmin dawk il-ħwejjeġ li jinħtieġu għall-għajxien u għall-istruzzjoni xierqa tal-bnedmin.   Xi  popli jistgħu jtejbu wisq aktar il-qagħda tal-għajxien tagħhom kieku, b’tagħlim xieraq, ibiddlu l-metodi antiki ta’ l-agrikultura u jgħaddu għal metodi tekniċi billi japplikawhom bil-għaqal kollu għall-kondizzjonijiet tagħhom, jibnu wkoll ordni soċjali aħjar u jqassmu b’aktar ġustizzja l-proprjeta’ ta’ l-artijiet.

Dwar il-problema tal-popolazzjoni fin-nazzjon tagħhom il-gvernijiet għandhom, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom, jeddijiet u dmirijiet bħalma huma: dwar il-leġislazzjoni soċjali u l-leġislazzjoni li għandha x’taqsam mal-familja, dwar it-trasferiment ta’ nies ta’ rħula lejn l-ibliet, dwar l-informazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni u l-ħtiġiet tan-nazzjoni.   Billi  l-lum il-bnedmin qegħdin iħabblu moħħhom ħafna fuq din il-problema, huwa ta’ min jixtieq ukoll li kattoliċi kompetenti, l-aktar fl-universitajiet, jindaħlu  bil-ħerqa  għal studji u inizjativi dwar dawn il-ħwejjeġ u jisviluppawhom aktar.

Billi ħafna jgħidu li t-tkattir tal-bnedmin fid-dinja, jew għallanqas f’ċerti pajjiżi, għandu jitnaqqas għalkollox b’kull mezz u b’kull xorta ta’ intervent ta’ l-awtorita’ pubblika, il-Konċilju jħeġġeġ lill-bnedmin kollha biex jibżgħuminnċerti soluzzjonijiet, proposti fil-beraħ jew fil-privat u xi drabi imposti, li huma kontra l-liġi morali.   Għaliex  skond il-jedd, li ħadd ma jista’ jeħodulhom, li l-bnedmin għandhom għaż-żwieġ u għall-prokreazzjoni ta’ ulied, id-deċiżjoni dwar l-għadd ta’ l-ulied tiddependi mill-ġudizzju rett tal-ġenituri u bl-ebda mod m’għandha titħalla lill-ġudizzju ta’ l-awtorita’ pubblika.   Iżda  billi l-ġudizzju rett tal-ġenituri jassupponi kuxjenza iffurmata sewwa, hu ta’ importanza kbira li tingħata faċilita’ lil kulħadd li jifforma sens ta’ responsabbilita’ tassew retta u li tixraq lill-bniedem u li, waqt li tqis iċ-ċirkustanzi u ż-żminijiet, tirrispetta l-liġi ta’ Alla.   Dan jitlob li f’ħafna postijiet jitjiebu l-kondizzjonijiet soċjali u l-mezzi ta’ l-edukazzjoni u l-ewwelnett li tingħata formazzjoni reliġjuża jew, għallanqas, istruzzjoni morali sħiħa.   Il-bnedmin għandhom ikunu infurmati bil-għaqal dwar il-progress xjentifiku fit-tiftix ta’ metodi li bihom il-miżżewġin ikunu jistgħu jkunu megħjunin fir-regolament tal-għadd ta’ l-ulied basta li dawn  il-metodi  jkunu  jaqblu  ma’  l-ordni  morali  u  l-valur  tagħhom  ikun  ippruvat.

 

88.     Id-dmir ta’ l-insara fl-għoti tal-għajnuna

L-insara għandhom jikkooperawminnrajhom u bil-qalb kollha biex jinbena l-ordni internazzjonali, bil-ħarsien veru tal-libertajiet leġittimi u b’sens f’kulħadd ta’ ħbiberija u ta’ mħabba ta’ l-aħwa; aktar u aktar li l-biċċa l-kbira tad-dinja għadha tbati miżerji hekk kbar li fil-foqra donnu Kristu stess b’leħen għoli qiegħed jitlob il-karita’ tad-dixxipli tiegħu.   Għalhekk m’għandux ikun hekk għall-bnedmin dan l-iskandlu li xi nazzjonijiet, li fihom bosta drabi hemm maġġoranza ta’ nsara, għandhom abbundanza ta ġid fil-waqt li oħrajn huma neqsinminndak li jenħtieġ għall-ħajja u huma magħkusin mill-ġuħ, mill-mard uminnkull xorta ta’ miżerja.   L-ispirtu  tal-faqar u tal-karita’ huma l-glorja  u  x-xhieda  tal-Knisja  ta’  Kristu.

Għalhekk huwa ta’ min ifaħħarhom u jgħinhom dawk l-insara, l-aktar żgħażagħ, liminnrajhom joffru lilhom infushom biex jagħtu għajnuna lil bnedmin u popli oħra.   Anzi huwa dmir tal-Poplu ta’ Alla, u l-ewwel ta’ l-isqfijiet bil-kelma u bl-eżempju tagħhom, li jgħinu kemm jistgħu l-miżerji ta’ dawn iż-żminijiet u dan jagħmluh, skond l-użu antik tal-Knijsa, mhux bissminndak li jibqa’ żejjed imma wkollminndak li hu neċessarju.

Il-mod  kif jinġabru u jitqassmu l-fondi, mingħajr ma jkun hemm bilfors għamla ta’ organizzazzjoni riġida u uniformi, għandu jitfassal skond pjan tajjeb fid-djoċesijiet, fin-nazjonijiet u fid-dinja kollha; u fejn ikun f’waqtu l-azzjoni tal-kattoliċi għandha tingħaqad mal-ħidma ta’ l-aħwa nsara l-oħra.   Għalhekk l-ispirtu tal-karita’ ma jfixkilx, anzi jesiġi, l-eżerċizzju li jħaresminnquddiem u ordinat tal-ħidma soċjali u karitattiva.   Għalhekk jeħtieġ li dawk li fi ħsiebhom jagħtu rwieħhom biex iservu n-nazzjonijiet li qegħdin  jisviluppaw  jirċievu  wkoll  formazzjoni  xierqa  f’istituzzjonijet  speċjalizzati.

89.         Preżenza effikaċi tal-Knisja fil-komunita’ internazzjonali

Il-Knisja,  is-saħħa tal-missjoni divina tagħha, tgħallem l-Evanġelju u tqassam it-teżori tal-grazzja lill-bnedmin kollha.   B’hekk  tagħti sehemha biex tisaħħ il-paċi mad-dinja kollha u tqiegħed bħala pedament sod għall-għaqda ta’ l-aħwa fost il-bnedmin u l-popli t-tagħrif tal-liġi ta’ Alla u tal-liġi naturali.   Għalhekk  il-Knisja għandha assolutament tkun preżenti fl-istess komunita’ tal-popli biex tinkuraġġixi u tqajjem il-koorperazzjoni fost il-bnedmin.   U  dan tagħmlu ispirata biss mix-xewqa li taqdi lil kulħadd, kemm bl-istutuzzjonijiet uffiċjali tagħha kemm bil-kollaborazzjoni sħiħa u sinċiera ta’ l-insara kollha.

Dan  kollu jinkisieb b’mod iżjed effikaċi jekk l-insara stess, li jifhmu sewwa r-responsabbilta’ li għandhom bħala bnedmin u bħala nsara, ifittxu li, ibda mill-ambjent ta’  ħajjithom,  iqajmu  rieda  ta’  kollaborazzjoni  mal-komunita’  internazzjonali.

F’din  il-konnessjoni jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-formazzjoni taż-żgħażagħ kemm fl-edukazzjoni reliġjuża kemm fl-edukazzjoni ċivika.

 

90.         Is-sehem ta’ l-insara fl-istitiuzzjonijiet internazzjonali

Għamla mill-aqwa ta’ impenn internazzjonali ta’ l-insara hija l-ħidma li jagħtu, sew bħala individwi sew jekk ikunu organizzati, fl-istess istituzzjonijiet imwaqqfin jew li għad jitwaqqfu biex jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni fost in-nazzjonijeit,.   Barraminndan, għall-bini ta’ komunita’ tal-popli fil-paċi u fl-għaqda ta’ l-aħwa, jistgħu jiswew b’ħafna manjieri l-assoċjazzjonijiet kattoliċi internazzjonali li għandhom jissaħħu billi jikber l-għadd tal-kooperaturi iffurmati tejjeb, billi jiżdiedu l-mezzi li jenħtieġu u bil-koordinament xieraq tal-forzi.   Għaliex  fi żminijietna s-siwi tal-ħdmiet u l-ħtieġa tad-djalogu jitolbu inizjativi komuni.   Dawn l-għaqdiet jiswew ukoll mhux ftit biex inislu dak is-sens universali li tant jixraq lill-kattoliċi, u biex tifforma ruħha kuxjenza ta’ solidarjeta’ u ta’ responsabbilta’ tassew iniversali.

Fl-aħħarnett hu ta’ min jixtieq lil-kattoliċi, biex jaqdu sewwa dmirhom fil-komunita’ internazzjonali, iħabirku biex jikkooperaw bil-fatti u b’mod effikaċi sew ma’ l-aħwa mifrudin, li flimkien magħhom jistqarru l-karita’ evanġelika, sew ma’ dawk il-bnedmin kollha li għandhom l-għatx ta’ paċi tassew.

Il-Konċilju  mbagħad, quddiem il-kobor bla qies tal-miżerji li l-biċċa; l-kbira tal-bnedmin għandhom isofru, u biex fl-istess ħin jinkoraġġixxi kullimkien il-ġustizzja u l-imħabba ta’ Kristu lejn il-fqar, jaħseb li huwa tassew f’waqtu li jitwaqqaf organismu tal-Knisja universali li jkollu l-ħsieb iħeġġeġ il-komunita’ tal-kattoliċi biex tippromwovi l-isvilupp tar-reġjunijiet fil-bżonn u l-ġustizzja soċjali qalb in-nazzjonijiet.

 

 

           


EGĦLUQ

 

91.                 Dmirijiet ta’ l-insara wieħed wieħed u tal-knejjes partikolari

Dak kollu li l-Konċilju Mqaddes qiegħed jipproponi huwa meħud mit-teżori tat-tagħlim tal-Knisja u għandu l-iskop li jgħin il-bnedmin kollha ta’ żinijietna, kemm jekk jemmnu f’Alla kemm jekk espliċtament ma jagħirfuħx, biex jifhmu aħjar is-sejħa sħiħa tagħhom, biex jagħmlu d-dinja taqbel aktar mad-dinjita’ l-aktar għoja tal-bniedem, biex ifittxu l-għaqda ta’ aħwa bejn kulħadd mibnija fuq pedmanet aktar sod, u biex, imqanqlin mill-imħabba, bi forz ġeneruż u ta’ kulħadd flimkien iwieġbu għall-ħtiġiet urġenti ta’ żmienna.

Ċertament,  quddiem id-differenzi kbar fil-qagħda tad-dinja u fl-għamliet taċ-ċivilita’, dawn il-proposti, f’ħafna partijiet minnhom, għandhom apposta natura ġenerali biss; anzi, għad li jesponu tagħlim diġa milqugħ mill-Knisja, billi aktarx spiss jitkellmu fuq ħwejjeġ li huma suġġtti għall-evoluzzjoni li qatt ma taqta’, dawn il-proposti jitolbu li wieħed ikompli jistudjahom u jidħol fihom iżjed fil-fond.   Għandna b’danakollu tama li ħafna ħwejjeġ li ħadna ill-Kelma ta’ Alla u mill-ispirtu ta’ l-Evanġelju jkunu ta’ għajnuna kbira lil kulħadd, l-aktar wara li jkunu saru mill-insara, taħt it-tmexxija tar-Rgħajja,  adattamenti  prattiċi  għal  kull  nazzjon  u  għal  kull  mentalita’

 

92.                 Djalogu bejn il-bnedmin kollha

Il-Knisja, minħabba l-missjoni tagħha li ddawwal id-dinja kollha bl-aħbar ta’ l-Evanġelju u li tgħaqqad fi Spirtu wieħed il-bnedmin kollha ta’ kull nazzjon, razza jew ċivilta,  issir  sinjal  ta’  dik  l-għaqda  ta’  aħwa  li  tippermetti  u  tqawwi djalogu sinċier.

Dan jitlob li l-ewwelnett inqajmu fil-Knisja stess stima ta’ xulxin, rispett u ftehim, waqt li nagħirfu d-differnzi leġittimi, biex nistabbilixxu djalogu dejjem aktar ta’ ġid fost dawk kollha li jagħmlu poplu ta’ Alla wieħed, sew rgħajja sew il-fidili nsara l-oħra.  Għaliex dak li jgħaqqad l-insara huwa aktar qawwi minndak li jifridhom: għandu jkun hemm  għaqda  fil-ħwejjeġ  dubji  u  karita’ f’kollox1.

U  ħsiebna fl-istess ħin iħaddan ukoll l-aħwa u l-komunitajiet tagħhom li għandhom m’humiex igħixu f’għaqda sħiħa magħna; magħhom aħna magħqudin bl-istqarrija tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu, u bir-rabta ta’ l-imħabba.   Aħna nafu li l-għaqda ta’ l-insara l-lum hija mistennija u mixtieqa saħansitraminnħafna li ma jemmnux fi Kristu.   Għaliex  aktar ma din l-għaqda, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu, timxi ‘l quddiem fil-verita’ u fil-karita’, aktar tkun ħabbara ta’ għaqda u ta’ paċi għad-dinja kollha.   Għalhekk, bl-għaqda tal-forzi tagħna u b’metodi u f’borom dejjem aktar addattati biex il-lum jinkiseb b’mod effikaċi dan l-iskop, inbierku ħalli, waqt li nsiruminnjum għall-ieħor naqblu aktar ma’ l-Evanġelju, nikkooperaw bħal aħwa għas-servizz tal-familja tal-bnedmin li fi Kristu Ġesu’ hija msejħa biex issir familja ta’ wlied Alla.

Nixħtu  wkoll ħsibijetna lejn dawk kollha li jagħirfu ‘l Alla u li fit-tradizzjonijiet tagħhom iħarsu elementi reliġjużi u umani prezzjużi, fil-waqt li nfissru x-xewqa li djalogu sinċier imexxina lkoll biex nilqgħu bil-fedelta’ l-ispirazzjonijiet ta’ l-Ispirtu s-Santu u nwettquhom bil-ħeffa.

Min-naħa  tagħna, ix-xewqa ta’ dan id-djalogu, li għandu jitmexxa biss mill-imħabba lejn il-verita’ u fl-istess ħin bil-prudenza xierqa, ma teskludi ‘l ħadd, la lil dawk li għalkem għadhom ma jagħirfux lil Dak li ħalaqhom, igħożżu valuri umani l-iżjed għolja, u lanqas lil dawk li jeħduha kontra l-Knisja u jippersegwitawha b’manjieri differenti.   Billi  Alla l-Missier huwa l-bidu u l-iskop ta’ kulħadd, aħna msejħin biex inkunu aħwa.   U  għalhekk, għax imsejħin b’din l-istess sejħa umana u divina, aħna nistgħu u jmissna naħdmu flimkien, mingħajr vjolenza u mingħajr qerq, biex nibnu dinja fil-paċi tassew.

 

93.         Dinja li għandha tinbena u titmexxa għall-iskop tagħha

L-insara, li jiftakru fil-kliem tal-Mulej “Minndan jagħrfukom kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk għandkom l-imħabba lejn xulxin” (Ġw, 13, 35), ma jistgħux jixtiequ aktar bil-ħeġġa milli jservu lill-bnedmin ta’ dan iż-żmien b’ġenerożita’ u ħidma effikaċi.   Għalhekk, ubbidjenti lejn l-Evanġelju u msaħħin bil-qawwa tiegħu, magħqudin mal-bnedmin kollha li jħobbu u jħarsu l-ġustizzja, l-insara irċevew dmir kbir li għandhom iwettqu fuq l-art u li tiegħu għandhom jagħtu kont lil Dak li għad jiġġudika ‘l kulħadd fl-aħħar jum.   Mhux  dawk kollha li jgħidu “Mulej, Mulej” jidħlu fis-saltna tas-smewwiet, imma dawk li jagħmlu r-rieda tal-Missier2 u jmeddu jdejhom bil-kuraġġ għax-xogħol.   Il-Missier  irid li fil-bnedmin kollha naraw u nħobbu tassew, bil-kliem u bl-egħmil, lil Kristu ħuna, u hekk nagħtu xhieda tal-verita’ u naqsmu ma’ oħrajn il-misteru ta’ l-imħabba tal-Missier tas-sema.   B’dan il-mod fid-dinja kollha l-bnedmin jitkebbsu għal tama ħajja, li hija don ta’ l-Ispirtu s-Santu, biex fl-aħħar jintlaqgħu  fil-paċi  u  fl-aqwa  hena  fil-patrija  li  tixgħel  bil-glorja  tal-Mulej.

“Lil  dak Alla li, bis-setgħa tiegħu li taħdem fina, għandu l-qawwa li jagħmel kollox bil-wisq iżjed milli aħna nistgħu, lilu l-glorja permezz tal-Knisja u permezz ta’ Kristu Ġesu’, għal kemm itulu ż-żminijiet, għal dejjem ta’ dejjem. Amen.” (Ef. 3, 20-21).

 

            7 ta’ Diċembru, 1965.                                  Jiena, PAWLU, Isqof tal-Knisja Kattolika

                                                                                    (isegwu l-firem tal-Padri)

 

 

            Il-votazzjoni fuq dan id-dokument kienet hekk:

Iva 2309, Le 75, Nulli 7 (Total: 2391)

 

 


1 Il-Kostituzzjoni Pastorali “Dwar  il-Knisja fid-dinja tal-lum” hija magħmula minn żewġ partijiet iżda tagħmel ħaġa waħda.

Il-Kostituzzjoni tissejjaħ “Pastorali” għaliex, fuq il-bażi ta’ prinċipji dottrinali,għandha l-ħsieb tfisser x’inhi r-relazzjoni tal-Knisja mad-dinja u l-bnedmin tal-lum.   Għalhekk la hija nieqsa  fl-ewwel parti tal-Kostituzzjonil-intenzjoni pastorali u lanqas hija nieqsa fit-tieni parti l-intenzjoni dottrinali.

Fl-ewwel parti,il-Knisja tisviluppa t-tagħlim tagħħa dwar il-bniedem,dwar id-dinja li fiha l-bniedem igħix,dwar ir-relazzjoni tagħha magħhom.  Fit-tieni parti hija tittratta fit-tul dwar l-aspetti diversi tal-ħajja moderna u tas-soċjeta’  tal-bnedmin ub’mod partikolari dwar il—kwistjonijiet u l-problemi li jidhru l-iżjed urġenti f’din il-materja.  Ir-riżultat huwa li f’din it-tieni parti l-materja ittrattata  fid-dawl tak0orubċipji dottrinali għandha mhux biss elementi permanenti iżda wkoll elementikontinġenti.

Għalhekk il-Kostituzzjoni għandha tkun interpretata skond in-normi ġenerali ta’ l-interpretazzjoni teoloġika; iżda jridu jittieħdu f’konsiderazzjoni, l-iżjed fit-tieni parti tal-Kostituzzjoni,iċ-ċirkustanzi li jitbiddlu li magħhomis-suġġetti ittrattati, min-natura tagħomsess,għandhom relazzjoni.

2 Cf.Ġw.3,17; 18,37;Mt.20,28; Mk. 10,45.

1 Cf Rum. 7,14ss

2  Cf 2 Kor  5.15.

3 Atti 4, 12.

4 Lhhud 13,8.

5 Kol 1,15.

1 Ġen. 1,26; Għerf 2,,23.

2 Sir. 17,3-10.

3 Rum.  1, 21-25,

4 Ġw 8,34.

5 Dan. 3. 57-90.

6  1 Kor. 6. 13-20.

8 Sir 17, 7-8.

 

 

9 Rum 2, 14-16.

10  Cf  PIJU XII, Mmessaġġ bir-radju dwar  il-kuxjenza misranija li għandha tissawwar kif imiss fiż-żgħażagħ, 23 Mar 1952;  AAS 44 (1952), p.271.

11  Mt 22, 37-40; Gal 5,14.

12 Sir. 15,14.

13  2 Kor. 5,10.

 

14 Cf. Għerf 1,13;2,23.24; Rum. 5,21; 6,23; Ġak. 1,15

15 Cf. 1 kor.15,56.57

16  Cf. PIJU XI, IV Divini Redemptoris, 19 Mar.1937: AAS  29 (1937),pp. 65-106; PIJU XII, IE Ad Apostolorum Principis, 29 Ġun. 1958: ASS  50 (1958), pp.601-614; ĠWANNI XXIII, IE Mter et Magistra, 15 Mej. 1961: AAS  53 (1961), pp.451-453; PAWLU VI, IE Ecclesiam Suam, 6 Aw. 1964: AAS  56 (1964), pp.651-653.

17 Cf.VAT. II, KD dwar il-Knisja, Lumen gentium, Kap. I, n.8: AAS  57 (1965), p.12.

18  Cf. Fil. 1,27.

19  S.WISTIN, Confess. I, 1:PL 32,661.

20  Cf.Rum. 5,14, cf. TERTULLIJANU, De carnis resurr. 6: “F’kull forma li ssawret fit-tajn, Kristu kien fi ħsiebu

21  Cf. 2 Kor, 4,4.

22  Cf. KONĊILJU TA’ KOSTANTINOPLI, II, Kan.7: “La tbiddel Alla l-Verb fin-natura tal-ġisem u la tbiddel il-ġisem fin-natura tal-Verb”: DENZ. 219(428). Cf. ukoll KONĊILJU TA’ KOSTANTINOPLI III: “Hekk fih in-natura umana l-iżjed qaddisa u bla tebgħa tiegħu, għalkemm divinizzata, ma nqerditx (tħeotheisa onk “Għandu jingħaraf f’żewġ naturi, mingħajr taħwid, tibdil, diviżjoni jew separazzjoni” : DENZ. 29(556).

23  KONĊILJU TA’ KOSTANTINOPLI III: “Hekk ukoll ir-rieda umana tiegħu, għalkemm divinizzata, ma nqerditx”: DENZ. 291(556).

24  CFf Lhud 4,15.

25 Cf. 2 kor.5,18-19; kol. 1,20-22.

26  Cf.  1 Pt. 2,21; Mt. 16,24; Lq.14,27.

27  Cf. Rum.8,29; Kol. 1,18.

28  Cf. Rum. 8,29; Kol.1,18

29  Cf.2 kor.4,14.

30 Cf. Fil.3,10: Rum.8,17.

31  Cf. VAT. II,KD dwar il-knisja, Lumen gentium,  Kap. II, n.16: AAS  57 (1965),p.20.

32  Cf.Rum. 8,32.

33  Cf.  Il-Liturġija Bizantina tal-Għid.

 

34  Cf.  Rum. I,15, u Gal 4,6;  ci ukoll Ġw 1,12 u 1 Ġw 3, 1-2.

1  Cf. ĠWANNi XXIII, IEer et Magistra,  15 Mej,1961:  AAS 53 (1961), pp.401-464 u IE Pacem in terris, 11   

Apr 1963:  AAs 56 (1963), pp.257-304:  PWLU VI, IE Ecclesiam Suam, 6 Aww 1964: AAS 56 (1964), pp 609-659.

2  Cf/ Lq 17,33.

3 Cf.  S.TUMAS 1 Ethic., Lect.1.

4  Cf. Gwanni xxiii, IE. Mater et Magistra;  AASm53 (1961), p.418.  cf ukoll PIJU XI, IE Quadrogesimo anno, 15 Mej 1931: AAS 23 (1931), pp 222ss.

5  Cf. ĠWANNI XXIII, , IE Mater et Magristra, AAS 53 (1961(, p. 417.

6 Cf  Mk. 2.27.

7  CF.  ĠWANNI XXIII,  IE. Pacem in terris: AAS 55 (1963), p 266.

8 Cf.  Ġak. 2, 15-16.

9  Cf.  Lq. 16,  19-31.

10  Cf. ĠWANNI XXIII, IE Pacem in terris: AAS.55 (1963) pp, 299 u 300.

11  Cf.  Lq. 6,37-38;  Mt.7,1-2′ Rum/2. 1-11; 14,10-12.

12  C. Mt. 5, 43-47.

13  VAT. II, KD dwar il-Knijsa, Lumen Gentium,Kap  II,n/9; AAs 57 (196%), pp.12-13.

14   Cf Ezz. 24, 1-8.

1  Cf.  Ġen. 1, 26-27; 9, 2-3;  Għerf 9, 2-3.

2  Cf. S . i.7 u 10.

3  Cf.  ĠWANNI XXIII IE Pacem in terris:  AAS 55 (1962) p.297.

4  C.  Messaġġ lill-bnedmin kollha,mibgħut mill-Padri fil-bidu tal-Konċilju Vatikan II, Ott 1962; AAS 54 (1962). P 823.

5  Cf. PAWLU VI, Diskors lill-Korp Diplomatiku, 7 Jan 1965: AAS 57(1965(, p. 232.

6  C. VAT/ I< KkD dwar il-Fidi kattolika, kap III: DENZ. 1785 – 1786 (3004-3006).

7  Ci PIO PASCHICNI,  Vita e opere di Galileo Galilei, 2, vol., Belt tal-VAtikan, 1964.

8  Cf.  Mt.24.,13; 12, 24-30 u 36-43.

9  Cf.  2 Kor, 6,10.

10  Cf. Ġw. 1,3 u 14.

11  Cf. Ef. 1,10.

12  Cf.  Ġw. 3,16; Rum. 5, 8-10.

13  Cf.  ATti 2, 36;  Mt.28.18.

14  Cf. Rum.  15,16.

15  Cf.  Atti 1,7.

16  Cf  1 Kor. 7.31; S.IRINEW, Adversus Haereses, V, 36, 1PG 7, 1222.

17  Cf. 2 Kor. 5,2; 1 Piet. 3.13.

18  Cf 1 Kor 2,9;  Apk. 21,4-5.

19  Cf  1 Kor, 15,42 u 53.

20  Cf 1 Kor. 13, 8; 3.14.

21  Cf Rum. 8, 19-21.

22  Cf/ Lq. 9, 25.

23  Cf.  PIJU XI, IE Quadrogesimo anno: AAS 23 (1931, p 207.

24  Prefazju tal-Festa ta’ Kristu Sultan.

1  Cf. PAWLU VI, IE Ecclesiam Suam, III, AAs 56 (1964) pp. 637-659.

2  Cf.  Tit. 3,4: x x x x x x x x x x

3  Cf. Ef. 1,3; 5-6; 13-14; 23.

4  
Vat. II, KD dwar il-Knisjajj, Lumen gentium, Kap I, n.8:  AAS 57 (1965), p.12.

5  Ibid. Kap II, n.9: AAS 57 (1965) p.14, cf. n.8. AAS, l.cl. p.11. 

6  Ibid:  Kap I, n.8: AAS 57 (1965), p.11.

8 Cf. Rum. 8, 14-17.

9  Cf. Mt. 22, 39.

10  Cf. VAT. II, KD dwar il-Knijsa, Lumen gentium, Kap. II,n.9:  AAS 57 (1965), pp. 12-14.

11  Cf.  PIJU XII, Diskors lill-istudenti ta’ l0istorja u ta’ l-art, 9 Mmar 1956: AAS 48 (1956), p.212.

12  KD dwar il-Knisja, Lumen gentium, Kap I, n.1:  AAS 57 (1965), p.5.

13  Cf.  Lhud, 13,14.

14  Cf.  2 Tess. 3,6-13; Ef. 4,28.

15  Cf. Is, 58, 1-12.

16  Cf. Mt. 23, 3-33; Mk. 7, 10-13.

17  Cf  ĠWANNI XXIII, IF Mater et Magistra, IV: AAS 53 (1961), pp.456-457; cf. !:AAS,l.c.,pp 407, 410- 

411

18  Cf. VAT.II, KD dwar il-Knijs,Lumen gentium, Kapp III, n.28:  AAS 57 (1965), pp. 34-35.

19  Onod. m/ 28′ AAS. ;/c/. [[ 35-26.

20  Cs. S.AMROĠ, De virginitate, Cap.  VIII, n. 48;  PL 16, 278.

21  VAT II, KD dwar il-Knisja, Lumen gentium, Kap II, n.15: AAS 57 (1965),p 20.

22  VAT II KD dwar il-Knisja, Lumen  gentium, Kap II, n.13:  AAS 5 (1965(, p.17.

23  CF. .ĠIUSTINU, Dialogus com Tryphone, Cap 110:  PG 6, 729; Otto 1897, pp. 391-392:  “…iżda aktar ma jiżdiedu l-persekuzzjonijiet li jsirlna aktar jiżdied l-għadd ta’ dawk li jsiru jemmnu b’tjieba gpermezz ta’ l-isem ta’ Ġesu’/”  cf.  TERTULLJANU, Apologeticus, cap. I, 13:  PL 1534, Corpus Cchrist,  ser. Lat. I, p. 171:  “Kull darba li taħsduna bħall-ħaxix, niiedu fl-għadd:  id-demm ta’ l-insara huwa żerriegha.”  Cf. VAT. II, KD dwar il-Knisja Lumen gentium, Kap II, n.9; AAS 57 (1965), p. 14.

24  VAT.II. KD dwar il-Knisja, Lumen gentium,  Kap VII, n/48:  AAS 57 (1965) , p.53.

25  Cf.  PAWLU VI, Diskora magħmul fit-3 ta’ Frar, 1965.

1  Cf. S.WISTIN, De bono coniugii:  PL 40,375-376 u 394;  S.TUMAS, Summa Theol. Suppl. Quaest. 49, art 3 ad 1: Decretum pro Armenis:  DENZ. 702 (1327), PIJU XI,  IE, Casti Connubii:  AAS 22 (1930), pp. 543-555; DENZ:  2227-2228 (3703  — 3714),

2  Cf.  PIJU XI, IE., Casti Connubii:  AAS 22 (1930), pp 546 – 547; DENZ. 2231 (3706).

3  Cf.  Ħos, 2; Ġer. 3,6-13; Eż. 6 u 23; Is.54.

4  Cf.  Mtr. 9,15; Mk. 2 19-20;  Lq 5, 34-35; Ġw. 3, 29; 2 Kor. 11,2; Ef. 5,27; Apok. 19,7; 21, 2 u9.

5  Cf.  Ef. 5,25.

6  Cf.  VAT>. II. KD dwar il-Knisja Lumen gentium,:  AAS, 57 (19965) pp.15-16; 40-41; 47. 

7  Cf  PIJU XI, IE Casti Connubii:  AAS 22 (1930), p 583.

8  Cf.  1 Tim. 5,3.

9  Cf.  Ef. 5, 32.

10  Cf. Ġen/ 2,22-24; Prov.5,18-20; Tob, 8,4-8, Għan. 1, 1-3; 2,16; 7, 8-11; 1 Kor.7, 3-6; Ef. 5, 25-30.

11  Cf. PIJU XI, IE. Casti Cunnubii:  AAS 22 (1930), pp. 547 u 548; DENZ. 2232 (3707).

12  Cf. 1 Kor. 7,5.

13  Cf  PIJU XII, Diskors Tra lel visite, 20 Jan 1958:  AAS 50 (1958), p.91.

14  CF. PIJU XI, IE Casti Connubii:  AAAD 22 (940), pp.559-561; DENZ 2239-2241 (3716-3718); PIJU XII, Diskors lill-Kungress ta’ l-Uniune Italiana delle Ostetriche, 29 Ott 1951:  AAS 43 (1951), pp. 835-854),;  PAQWLU VI, Diskors lill-Kardinali, 23 Ġun, 1964: AAS 56 (1964), pp. 581-589.  B’ordni tal-Papa, ċerti kwistjonijieti,li kienu jitolbu stħarriġ iżjed u aktar fil-fond, ngħataw f’idejn kummissjoni għall-istudju dwar il-poplazzjoni, il-familja u t-twelid.   Il-Papa għandu jagħti ġudizzju fuqhom meta l-Kummissjoni tispiċċa l-istudju tagħha.  Sakemmit-tagħlim tal-Maġistru huwa dak li hu,il-KOnċilju m’għandux il-ħsieb jippropni soluzzjonijiet konkreti immedjatament.

15  Cf.  Ef. 5,16; Kol, 4.5.

16  Cf.  Sacrmentarium Gregorianum;  PL 78, 262.

17  Cf  Rum 5.15 u 18; 6,5 – 11; Gal. 2,20.

18  Cf. Ef. 5,25-27.

1  Ara L-Espozzjoni introduttiva t a’ din il-Kostituzzjoni, nn 4-10.

2  Cf.  Kol, 3,1-2.

3  Cf.  Ġenn. 1,28.

4  Cf.  Prov. 8, 30-31.

5  Cf. S. IRINEW, Adv. Haer, III, 11,8; ed Sagnard p. 200; cf id. 16,6, pp.290-292; 21, 10-22, pp. 370-372; 22,3. p.378; eċċ

6  Cf.  Ef. 1.10.

7  CF. dak li kien qal Piju Xi,lir-RE.P.M.D. Ronald Gosselin:  SEmaines Sociales de France,Versailles, 1936.m oo,461-462.

8  VAT,II, KD De fidi cath. Kap. IV: DENZ 1795,1799 (3015, 3019). Cf PIJU XI, iE Quadrageesimo anno: AAS. 23 (1931). P.190.

9  Cf. ĠWANNI XXIII, IE Pacem in terris:  AS55 (1963), p.260.

10  Cf. ĠWANNI XXIII, IE. Pacem in terris: AAS 55 (1963), p.283; PIJU XII. Messaġġ bir-radju, 24 Diic,1941: AAS 34 (1942), pp 16-17.

11  Cf. ĠWANNI XXIII, IE. Pacem in terris,: AAS, 55 (1963), p.260.

12  Cf. ĠWANNI XXIII, It-talba li għamel fil-bidu tal-Konċiliju, 11 Ott. 1962: AAS 54 (1962), p.792.

13  Cf. K dwar il-Liturġija Mqaddsa, Sacrosanctum Concilium, n.123: AAS  56 (1964) p.131: PAWLU VI, Diskors lill-artisti ta’ Ruma, 7 Mej. 1964: AAS 56 (1964) pp.439-442.

14  Cf. VAT. II, Digr. Swar il-formazzjoni saċerdeotali.  Optatam totius u d-Dgr. Dwar l-edukazzjoni nisranija., Gravissimum educationis.

15.  Cf.  KD dwar il-Knisja, Lumen gentium, Kap IV, n.37: AAS 57 (1965), pp. 42-43.

1  Cf. PIJU Xii, Messaġġ,. 23 Mar, 1952; AAS 44,(1952), p.273; ĠWANNI XXIII,Diskorslill-A.C.I., i Mar 1959, AAS 51 (1959), p.358.

2  Cf.  PIJU XI, IE Quadrogesimo anno: AAS 23 (1931),pp.190ss; PIJU XII, Messaġġ, 23 Mar, 1952; AAS 44 (1952),pp.276ss; ĠWANNI XXIII, IE Mater et Magistra: AAS 53 (1961), p.450; VAT II Degr. Inter mirifica, Kap I, n,6: AAS 56 (1964), p.147.

3  Cf.  Mt. 16,26; Lq. 16,1-31;  Kol. 3,17.

4  Cf.LJUN XIII, IE Libertas praestantissimum, 20 Ġun 1888:  AAS 20 (1887 1888), pp. 597ss; PIJU XI, IE Quadragesimo anno:  AAS 23 (1931), pp.191ss; Id-Divini Redemptoris:  AAS 39 (1937), pp. 65ss;  PIJU XII, Messaġġ tal-Milied, 1941; AAS 34 (1942), oo,10ss;  ĠWANNI XXIII, IE Mater et Magistra: AAS 53 (1961), pp. 341ss.

5  Dwar il-problema ta’ l-agrikoltura l-aktar ĠWANNI XXIII,IE Mater et Magistra: AASS  53 (1961) pp.341ss

6  CXf.LJUN XIII, IE Rerum Novarum,:ASS 23 (1890),pp.649,662; PIJU, IE Quadragesimo Anno:  AAS 23 (1931),pp. 200-201; id. IE Divini Redemptoris: AAs 29  (1937) p.92; PIJU XII, Messaġġ bir-radju lejlet il-Milied 1942: AAS  35 (1943), p.20; id. Diskors, 13 Ġun. 1943: AAS  35 (1943),p.172; id. Mesaġ bir-radju lill-ħaddiema ta’ Spanja, 11 Mar. 1951: AAS 43 (1951), p.215; ĠWANNI XXIII, IE Mater et Magistra: AAS  53 (1961),p.419.

7 Cf. ĠWANNI XXIII, IE Mater et Maġistra: AAS 53 (1961),pp.408,424,427: iżda l-kelma “curatione” hija meħuda mit-test  Latin ta’ l-Enċiklika Quadragesima Anna: AAS 23 (1931),p.199. Biex wieħed jara l-isvilupp tal-kwistjoni ara wkoll: PIJU XII, Diskors, 3 Gun. 1950: AAS  42 (1950),pp.485-488; PAWLU VI, Diskors, 8 Ġun. 1964: AAS 56 (1964),pp.574-579.

13  Cf.  LJUN XIII< IE Rerum Novarum: AAS 23 23 (1890-91), pp.643-646;  PIJU XI. IE. Quadrogesimo anno; AAS m23 (1931), .191;   PIJU XII, Messaġġ bir-radju, 1 Ġun 1941; AAS 33 (1941), p.199; Id., Messaġġ bir-radjo lejliet il-Milied 1942:  AAS 35(1943), P . 17;  Id, Messaġġ bir-radjo, 1 Sett 1944:  aas 36 (1944), P.253;  ĠwANNI XXIII, IE. Mater et Magistra:  AAS 53 (1961), pp 428-429.

14  Cf.  PIJU XI,  IE Quadrogesimo anno:  AAS 23 (1931), p.214;  ĠWANNI XXIII, IE Mater et Magistra: AAS 53 (1961) p429.

15  Cf.  PINU XII, Messaġġ bir-radju għal Għid il-Ħamsin 1941: AAS 44 (1941), p.199;  ĠWANNI XXIII, IE Mater et Magistra: AAS 531 (1961), p.430.

16  Dwar l-użu tajjeb u ġust tal-ġid skond iit-tagħlim tat-TEstment il-Ġdid cf. Lq.3.11;  10,3ss;  11,41;  1Piet 5,3;  Mk. 8.36; 12, 29-31;  Ġak. 5, 1-6; 1 Tim. 6,8; Ef. 4,28; 2 Kor, 8, 13ss;  1Ġw. 4, 17-18.

1  Cf. ĠWANNI XXIII, IE Mater et Magistra:  AAS 53 (1961),  p. 417.

2  Cf. Id., ibid.

3  Cf. Rum. 13, 1-5.

4  Cf/ Rum, 13,5.

5  Cf.  PIJU XII, Messaġġ bir-radju, 24 Di1942: AAS 35 (1942):  AAS 35 (1943), pp.9-24;  24 Diċ 1944: AAS 37 (1945), pp. 11-17;  ĠWANNI XXIII, :IE. Pacem in terris:  AAS 55 (1963), pp. 263-271 u 278.

6  Cf.  PIJU XII, Messaġġ bir-radju, 1 Ġun 1941:  AAS 33 (1941)  AAS 33 (1941). P.200;  ĠWANNI XXIII, IE Pacem in Terris: l.c., pp.273 u 274.

17 Cf. Ġwanni XXIII,  IE Mater et Magistra:  AAS 53 (1961), pp. 415-418.

8  Cf. PIJU XI<  Diskors lid-diriġenti tal-Federazione Universitaria Cattolica:  Discorsi di Pio Xi:  ed. Bertetto.  Torino, Vol1, (1960), p. 743.

9  Cf.  VAT.II. KD dwar il-Knisj Lumen Gentium, n. 13: AAS 57 (1965), p. 17.

10  Cf.  Lq 2,14.

1  Cf  Ef. 2,16;  Kol 1, 20-22.

2  CF ĠWANNI XXIII, IE  Pacem in erris, 11 Apr, 1963;  AAS 55  (1963), p. 291:  “Għalhekk fi żmienna, li jiftaħar bil-qawwa atomika iegħu, huwa irrajzonali li taħseb  li l-gwerra għadha l-mezz tajjeb biex tpatti għall-jeddijiet  miskura.”

3  Cf.  PIJU XII, Diskors, 30 Sett 1954 (AAS 46 (1954), p. 589;  Messaġġ r-radju, 24 Diċ 1954: AAS 47 (1955), pp. 15ss;  ĠWANNI XXIII, IE Pacem in terris:  AAS 55 (1963). Pp. 286-291;  PAWLU VI, Diskors lil Ġnuss Magħquda, 4 Ott 1965:   AAS 57 (1965), pp 887-885.

4  Cf.  ĠNNI XXIII, I, Pacem in terris, fil-parti lifiha jitkellem dwar it-tnaqqis ta’ l-armamenti:  AAS 55(1963), p.287,

5  Cf.  2 Kor. 6,2.

1  Cf. ĠWANNI XXIII, IE Ad Petri Cathedram, 29 Ġun, 1959: AAS 55 (1959), p. 513.

2  Cf, Mmmt 7, 21.


 

7  Cf.  ĠWANNI XXIII,  IE Mater et Magistra: AAS 53 (1961), pp. 408, 424,427;  ia l-kelma ‘curatione’ hija meuda mit-test Latin tal- l-Enċiklika Quadrogesimu Anno :AAS 23 (1931), p. 199.  biex wieħed  jara l-isviulup tal-kwistjoni ara wkoll:  PIJU XII, diskors, 3 Ġun 1950: AAS 42 (1950), pp. 485-588;  PAWLU VI, Diskors,  8 Ġun. 1964: AAS 56 (1964), pp. 574-579.

8  Cf. PIJU XII, IE/ Sertum laetitae:  AAS 31 (1939), 642;  ĠWANNI XXIII, Diskors lill-Konċistorju::AAS 521 (1960), pp.5-11; Id.m IE Mater et Magistra AAS 53, (1961), p 411.

9  Cf. S.TUMAS,  Summa Theol. II — !!, q. 32, a.5 ad 2;  ibid 9,66, a2; cf.  l-ispjegazzjoni fl-IE Rerum Novarum ta’ Ljun XIII: AAS 23 (1890-91), p.651l cf, ukoll, PIJU XII, Diskors, 1 Gun 1941L AAS 33 (1941) p. 199:  Id, Messaġġ tal-Milied bir-radju fl-1954L  AAS 47 (1955), p 27.

10  Cf. S. BAŻILJU, Hom, in illud Lucae n”Destruam horrea mea”, n.2: PG 31,263;  LATANZJU, Divinarm Instituionum, lib. V, de iusititia;  PL 6,56s B;  S.WISTIN,  In loann. Ev., tr.50, n6. PL.35,1760; Id. Enarrationin  Ps. CXI.VII, 12:  PL 37,1922; S.GIRGO IL-KBIR, Homilae in Ev. Hom 20: PL. 76, 1165; IDReguale Pastoralis liber, pars III, c.21; PL 77,87;  S. BONAVENTURA, In III Sent, d.33,bu. 1 (ed Quaracchi III, 728);   Id.,  In IV  Sentnn.: d.15, p II, q,7 (ed.  Cit. IV,, 371 G); q.de superfluo (ms Assisi, Bibl, comun. 186, ff. 112a –113a);  S.ALBERTU L-KBIR,  In Sent., d.33, a3, Sol ! (ed Borgouet XXVIII, 611,) , Id, Ub UV Sent, d.15,a.16 (ed. Cit.XXIX, 494-497).  Għal dak li għandu x’jaqsam mad-determinazzjoni taż-żejjed fi żmienna fl.  ĠWANNI XXIII, Messaġġ  bir-radju u t-televiżjoni, 11 Sett.1962: AAS 54 (1962), p. 682: ”Huwa dmir ta’ kull bniedem,   huwa dmir li jqanqal ta’ kull nisrani,li jqis iżżejjed  bil-kejl tal-ħtieġiet ta’ l-oħrajn u li jgħasses illi l-amminsitrazzjoni u t-tqassim tal-ġid maħluq jisfaw ta’ vantaġġ għal kulħadd.”

11  F’dan il-każ japplika l-prinċipju  annnntik:” fi ħtieġa estrema l-ġid kollu jsir ta’ k ulħadd,jiġifieri għandu jitqassam lil kulħadd:  “Min-naħa l-oħra, biex wieħed jara sewwa għala, safejn u kif għandu jkun applikat dan il-prinċipju cf., barra l-awturi moderni li huma a’ min joqgħdo fuqhom.   S. TUMAS. Summa Theol. II—II, q. 66, .7.  Kif huwa evidenti, biex dan il-prinpju jkun applikat sewwa jenħieġ li jitħarsu l-konizzjonijiet normali kollha neċessarji.

12  Cf.  GRAZZJANU, Decretum, C21, dist.  LXXXVI,; ed. Friederg 1,302.  Danl-assjoma  jinsba f’PL.54,591 A u pL 56,1132 B.   cf: Antonianum 27 (1952), 349-366.

 

Ħajr lis-Sur Alfred Mallia tax-xogħol tat-typing.

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web