Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Dec 9, 2012 in Avvent 2013 |

Avvent | It-Tieni Ħadd

Avvent | It-Tieni Ħadd

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

QARI TAL-LITURĠIJA TAL-ĦADD

IT-TIENI ĦADD TA’ L-AVVENT

[SENA Ċ]

 

L-Ewwel Qari

[Baruk , 1-9]

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Baruk
Neħħi minn fuqek, Ġerusalemm, ilbies il-vistu u n-niket tiegħek,
u ilbes għal dejjem id-dija tal-glorja ta’ Alla.
Ilbes mantar il-ġustizzja ta’ Alla,
qiegħed fuq rasek id-dijadema tal-glorja ta’ Alla ta’ dejjem.
Għax Alla għad juri sbuħitek lid-dinja taħt  ix-xemx,
Alla jsemmik għal dejjem:
“Sliem tal-Ġustizzja u Glorja tal-Qima ta’ Alla.”

Qum, Ġerusalemm, itla’ fl-għoli, u ħares madwarek lejn il-lvant,
ara ‘l uliedek miġmugħa, minn fejn tinżel ix-xemx sa fejn titla’,
għall-kelma tal-Qaddis, ferħana li Alla ftakar fihom.
Telqu mingħandek bil-mixi, imkarkra mill-għedewwa,
u issa Alla se jġibhomlok,
merfugħin fil-ġieħ bħalkieku fuq tronijiet is-slaten.

Għax Alla ordna; jitniżżlu l-muntanji għolja, u l-għoljiet ta’ dejjem,
jimtlew il-widien u titwitta l-art,
biex hemm Iżrael jimxi ‘l quddiem, bla tfixkil ta’ xejn,
taħt il-ħarsien ta’ Alla.

U l-foresti u s-siġar tal-fwieħa, jixħtu dellhom għal fuq Iżrael,
bl-ordni ta’ Alla.
Għax Alla jmexxi lil Iżrael ferħan,
b’dawl il-glorja tiegħu,
msieħba mill-ħniena u l-ġustizzja ħierġa minnu.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

[Salm 125 (126)]

R/. Kbir f’għemilu l-Mulej magħna!

Meta l-Mulej reġġa’ lura l-imjassra ta’ Sijon,

konna qisna mitlufa f’ħolma;
Imbagħad bid-daħk imtela fommna,
u bl-għajat ta’ ferħ ilsienna.

R/. Kbir f’għemilu l-Mulej magħna!

Imbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus:
“Kbir f’għemilu l-Mulej magħhom!”
Kbir f’għemilu l-Mulej magħna!
U aħna bil-ferħ imtlejna.

R/. Kbir f’għemilu l-Mulej magħna!

Biddel, Mulej, xortina
bħall-widien tan-Negeb!
Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ
jaħsdu bl-għana ta’ ferħ.

R/. Kbir f’għemilu l-Mulej magħna!

Huma u sejrin, imorru jibku,
iġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.
Iżda huma u ġejjin lura,
jiġu b’għana ta’ ferħ, iġorru l-qatet f’idejhom.

R/. Kbir f’għemilu l-Mulej magħna!

 

It-Tieni Qari

[Fil 1, 4-6.8-11]

Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Filippin

Ħuti, nitlob dejjem ferħan fit-talb tiegħi għalikom,minħabba s-sehem li intom ħadtu fix-xandir ta’ l-Evanġelju, mill-ewwel jiem sa llum.Jiena żgur minn dan: li dak li beda din l-opra tajba fikom, iwassalha għat-tmiem tagħha sa ma jasal il-jum ta’ Kristu Ġesù.

Iva, jixhidli Alla kemm jien miġbud lejkom bil-qalb ta’ Kristu Ġesù!U jien dan nitlob: li l-imħabba tagħkom tikber u toktor dejjem iżjed bl-għerf u b’kull dehen,biex tistgħu tagħrfu tagħżlu l-aħjar, u mbagħad tkunu safja u bla ebda ħtija fil-jum ta’ Kristu,mimlijin bil-frott tal-ġustizzja li ġejja permezz ta’ Ġesù Kristu, għall-glorja u l-foħrija ta’ Alla.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Hallelujah.
R/. Hallelujah.

Ħejju t-triq tal-Mulej,
iddrittaw il- mogħdijiet tiegħu:
u l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla.

R/. Hallelujah.

 

L-Evanġelju

[Lq 3, 1-6]

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka ta’ l-artijiet ta’ l-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert.

 

U ġie fl-inħawi kollha ta’ madwar il-Ġordan, ixandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet, kif hemm imniżżel fil-ktieb tal-profeziji ta’ Isaija:

‘Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert:
Ħejju t-triq tal-Mulej,
iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu.
Kull wied jimtela,
kull muntanja u għolja titbaxxa,
il-mogħdijiet mgħawwġa jiddrittaw,
u t-triqat imħarbta jitwittew.
U l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla!”

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu

 

Niżżel it-test bħala pdf. [Sors: www.liturġijamalta.org]

 

 

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web