Pages Menu
TwitterFacebook
Categories Menu

Posted on Nov 18, 2012 in Uncategorized |

Ad Gentes

Ad Gentes

  • Facebook
  • Twitter
  • Delicious
  • LinkedIn
  • StumbleUpon
  • Add to favorites
  • Email
  • RSS

Digriet dwar il-ħidma missjunarja tal-Knisja

(id-digriet “Ad Gentes” tal-Konċilju Vatikan II)

 

PAWLU ISQOF

Qaddej tal-qaddejja t’Alla

magħqud

mal-Padri tal-Konċilju Mqaddes

b’tifkira għal dejjem

 

Daħla

 

1. Il-Knisja, mibgħuta minnAlla għand il-ġnus biex tkun is-sagrament “universali tas-salvazzjoni”[1] minħabba l-ħtiġijiet l-aktar ta’ ġewwa tal-Kattoliċiżmu tagħha, u waqt li timxi fuq il-mandat ta’ Min waqqafha (ara Mk 16,6), tħabrek li xxandar il-Vanġelu lill-bnedmin kollha. L-appostli nfushom, fil-fatt, li fuqhom twaqqfet il-Knisja, waqt li jimxu fuq il-passi ta’ Kristu, “xandru l-kelma tas-sewwa u nisslu l-Knejjes”[2]. Hu x-xogħol ta’ dawk li jiġu warajhom li jissuktaw f’din il-ħidma mingħajr ma jieqfu, sabiex il-kelma t’Alla “tiġri u tingħata glorja” (2 Tess 3,1) u s-Saltna ta’ Alla titħabbar u sseħħ fl-artijiet kollha. Madankollu, fil-qagħda kif inhi llum, li minnha tqum kundizzjoni ġdida għall-bnedmin, il-Knisja, il-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja (ara Mt 5,13-14) hi msejħa b’għaġla akbar biex issalva u ġġedded il-ħlejjaq kollha, biex kollox ikun imsewwi fi Kristu, u Fih il-bnedmin jiffurmaw familja waħda u poplu wieħed t’Alla.

Għalhekk, dan il-Konċilju Mqaddes, waqt li jrodd ħajr lil Alla għax-xogħlijiet kbar imwettqa mill-Knisja kollha bil-qalb u bil-bżulija, jixtieq juri l-prinċipji tal-ħidma missjunarja u jgħaqqad il-qawwiet tal-fidili kollha, biex il-poplu ta’ Alla, miexi fit-triq dejqa tas-salib, ixerred kullimkien is-saltna ta’ Kristu, l-Imgħallem u l-Osservatur tas-sekli u jħejji t-triqat għall-wasla tiegħu.

 

 

L-EWWEL TAQSIMA

Dwar il-prinċipji tad-duttrina

 

2. Il-Knisja, bħala missjunarja, hija minnha nnifisha missjunarja, minħabba li hi mnissla mill-missjoni tal-Iben u mill-missjoni tal-Ispirtu s-Santu, skont il-pjan ta’ Alla l-Missier[3].

Dan il-pjan, imbagħad, jasal “mill-għajn tal-imħabba” jiġifieri l-imħabba t’Alla l-Missier, li, minħabba li hu l-Bidu mingħar Bidu, li minnu jitnissel l-Iben u l-Ispirtu s-Santu jiġi bl-Iben, bit-tjieba mill-akbar u kollha ħniena tiegħu, joħloqna minn jeddu, u, iżjed u iżjed, isejħilna bl-imħabba biex nieħdu sehem fil-ħajja u l-glorja tiegħu; Hu xerred bil-qalb u ma jiqafx ixerred, it-tjieba divina, b’mod li hu, il-Ħallieq ta’ kollox, ikun ukoll “kollox f’kulħadd” (1 Kor 15,28) waqt li jħabrek għall-glorja tiegħu u għall-qdusija tagħna. U Alla għoġbu li jsejjaħ lill-bnedmin biex jieħdu sehem fil-ħajja tiegħu mhux biss wieħed wieħed, iżda li jgħaqqadhom f’poplu, li fih l-ulied tiegħu, li kienu mferrxa, jinġabru lkoll f’daqqa (ara Ġw 11,52).

 

3. Dan il-pjan universali ta’ Alla għas-salvazzjoni tan-nisel uman ma jitwettaqx b’mod kważi moħbi, fil-moħħ tal-bnedmin jew bl-inizjattivi reliġjużi wkoll, li bihom huma jfittxu b’ħafna modi lil Alla, biex forsi jilħquh jew isibuh, għalkemm ma jkunx ‘il bogħod minn kull wieħed minna (Atti 17,27); dawn l-inizjattivi, iżda, jeħtiġilhom ikunu mdawlin u msaħħin, anki jekk bil-pjan ħanin tal-provvidenza t’Alla, xi drabi jservu bħala kors li jmexxi lejn Alla, inkella bħala tħejjija għall-Evanġelju[4].

Alla, iżda, biex iwaqqaf il-paċi, jiġifieri l-għaqda tiegħu, u jgħaqqad bejn il-bnedmin, li huma midinbin, għaqda ta’ aħwa, ried li jidħol fil-ġrajja tal-bnedmin b’mod ġdid u definit, billi jibgħat l-Iben tiegħu bil-ġisem bħal tagħna, biex bih jeħles lill-bnedmin mis-setgħa tad-dlamijiet u ta’ Satana (ara Kol 1,13; Atti 10,38) u fih jerġa’ jħabbeb id-dinja Miegħu (ara 2 Kor 5,19). Lilu, mela, li bih Hu għamel l-univers[5], Hu ħatar il-werriet tal-ħwejjeġ kollha, biex fih kollox jissewwa (ara Ef 1,10).

Kristu Ġesù, għalhekk, intbagħat fid-dinja bħala l-medjatur xieraq bejn Alla u l-bnedmin. Minħabba li hu Alla “fih tgħammar bil-ġisem il-milja kollha tad-divinità” (Kol 2,9); skont in-natura umana, hu, Adam il-ġdid “mimli bil-grazzja u bil-verità” (Ġw 1,14), hu maħtur ir-ras tal-umanità mġedda. Għalhekk l-Iben t’Alla għadda t-triq tal-inkarnazzjoni vera biex jagħmel li l-bnedmin kollha jkollhom sehem min-natura divina: minħabba fina, għad li kien għani, hu sar fqir, biex bil-faqar tiegħu nistagħnu aħna (ara 2 Kor 8,9). Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b’fidwa għal bosta, jiġifieri għal kulħadd (ara Mk 10,45). Il-Padri Mqaddsa jgħarrfu bil-qawwa kollha li ma hux mifdi dak li mhux imqajjem minn Kristu[6]. Hu, tabilħaqq, ħa n-natura umana sħiħa li tinsab fina msejknin u fqar, iżda mingħajr id-dnub (ara Lhud 4,15;9,28). Madankollu, Kristu, li l-Missier qaddes u bagħat fid-dinja (ara Ġw 10,36), qal fuqu nnifsu: “Ruħ il-Mulej fuqi, għax Hu wettaqni; biex inbaxxar l-imsieken bagħatni, biex inniedi lill-imjassrin il-ħelsien, lill-għomja d-dawl” (Lq 4,18), u jerġa’:”Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jeħles lil dak li kien mitluf” (Lq 19,10).

Kulma xxandar xi darba mill-Imgħallem jew seħħ fiH għas-salvazzjoni tal-bnedmin, għandu jixxandar u jinxtered sat-truf tad-dinja (Atti 1,8), l-ewwelnett f’Ġerusalemm (ara Lq 24,27), b’mod li dak li darba sar għas-salvazzjoni jħalli l-effett tiegħu fil-bnedmin kollha matul iż-żminijiet.

 

4. Biex jintlaħaq dan il-għan Kristu bagħat mill-Missier lill-Ispirtu s-Santu biex iħarreġ minn ġewwa x-xogħol tiegħu ta’ salvazzjoni u jqanqal lill-Knisja nnifisha biex tinxtered. Mingħajr dubju, l-Ispirtu s-Santu ħadem fid-dinja qabel ma Kristu kien igglorifikat[7]. Madankollu, fil-jum ta’ Għid il-Ħamsin, Hu niżel fuq id-dixxipli, biex jibqa’ magħhom għal dejjem (ara Ġw 14,16); il-Knisja tfaċċat bid-deher quddiem il-miġemgħa, u tat bidu għat-tixrid tal-Vanġelu fost il-ġnus bil-predikazzjoni; u sa fl-aħħar dehret ix-xbieha tal-għaqda bejn il-popli fil-Kattoliċità tat-twemmin, bil-Knisja tar-Rabta l-Ġdida, l-għaqda li tfisser ruħha bl-ilsna kollha, li tifhem u tħaddan l-ilsna kollha bl-imħabba, u hekk tegħleb it-taħwid ta’ Babel[8]. Fil-fatt, l-“Atti tal-Appostli” bdew f’Għid il-Ħamsin, bħalma bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu tnissel Kristu fil-Verġni Marija, u bl-inżul tal-istess Spirtu s-Santu fuqu waqt li kien qiegħed jitlob, Kristu kien imqanqal għax-xogħol tal-missjoni tiegħu[9]. L-imgħallem Ġesù nnifsu, iżda, qabel ma ta minn rajh il-ħajja tiegħu għad-dinja, ifforma l-ministeru tal-appostolat, biex it-tnejn jissieħbu flimkien fix-xogħol tas-salvazzjoni u jmexxuh biex iseħħ kullimkien u dejjem[10]. L-Ispirtu s-Santu, matul iż-żminijiet kollha, “jżomm il-Knisja kollha waħda fl-għaqda u fil-ministeru, u jagħniha b’doni diversi ġerarkiċi u kariżmatiċi”[11], waqt li jgħajjex, bħala r-ruħ tagħhom l-istituzzjonijiet tal-Knisja[12] u jdaħħal fil-qlub tal-fidili dak l-ispirtu missjunarju, li bih Kristu nnifsu kien imqanqal[13]. Xi drabi Hu jidher qabel il-ħidma tal-appostolat, bħalma hu jakkumpanjaha u jirregolaha b’diversi modi mingħajr ma jaqta’[14].

 

5. L-Imgħallem Ġesù sa mill-bidu “sejjaħ madwaru lil dawk li ried hu u għamel li jkunu tnax miegħu u bagħathom jippritkaw” (Mk 3,13; ara Mt 10 1-42). Hekk l-Appostli kienu ż-żerriegħa t’Iżrael il-ġdida u fl-istess ħin il-bidu tal-ġerarkija Mqaddsa. Imbagħad, ladarba bil-mewt u l-qawmien tiegħu, temm fih innifsu l-misteri tas-salvazzjoni tagħna u tat-tiġdid tal-bnedmin kollha, l-Imgħallem, wara li kiseb kull setgħa fis-sema u fl-art (ara Mt 28,18), qabel it-tlugħ tiegħu fis-Sema (ara Atti 1,11), waqqaf il-Knisja tiegħu bħala sagrament tas-salvazzjoni u bagħat lill-Appostli tiegħu fid-dinja kollha bħalma hu kien intbagħat mill-Missier (ara Ġw 20,21), waqt li kkmandahom: “Morru, mela, u għallmu l-ġnus kollha u għammduhom fl-isem tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu l-ħwejjeġ kollha li jiena kkmandajthom” (Mt 28,19). “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara lill-ħlejjaq kollha. Min jemmen u jitgħammed, isalva; imma min ma jemminx ikun ikkundannat,” (Mk 16,15). Minn dan jiġi d-dmir tal-Knisja li xxerred il-fidi u s-salvazzjoni ta’ Kristu, kemm bis-saħħa tal-mandat imfisser biċ-ċar, li l-Ordni tal-Isqfijiet (megħjun mill-qassisin u magħqud mas-suċċessur ta’ Pietru, l-Ogħla Ragħaj tal-Knisja) wiret mingħand l-Appostli, u kemm bis-saħħa tal-ħajja li Kristu jitfa’ fil-membri tiegħu: “li minnu l-ġisem kollu, magħqud u msaħħaħ bl-irbit kollu li jagħti l-għajnuna, skont il-ħidma ta’ kull biċċa, jaħdem il-kobor tiegħu għall-bini tiegħu fl-imħabba” (Ef 4,16). Għalhekk il-missjoni tal-Knisja titwettaq b’ħidma li, waqt li timxi fuq il-mandat ta’ Kristu u hi mqanqla mill-grazzja u mill-imħabba tal-Ispirtu s-Santu, tagħmel lilha nnifisha preżenti biha bis-sħiħ quddiem il-bnedmin u l-ġnus kollha, biex, bl-eżempju tal-ħajja u bil-predikazzjoni, bis-sagramenti u bil-mezzi l-oħrajn tal-grazzja, tmexxihom għall-fidi, għal-libertà u għall-paċi ta’ Kristu, waqt li b’hekk tiftħilhom triq ħielsa u sħiħa biex jieħdu sehem mimli fil-misteru ta’ Kristu.

Minħabba li din il-missjoni tibqa’ sejra u mal-ħarba tal-istorja tiżviluppa l-missjoni ta’ Kristu nnifsu, li ntbagħat biex iwassal il-bxara t-tajba lill-fqar, il-Knisja, imġiegħla mill-ispirtu ta’ Kristu, għandha tgħaddi mill-istess triq li minnha għadda Kristu nnifsu, it-triq tal-faqar, tal-ubbidjenza, tal-qadi, u tas-sagrifiċċju  tiegħu nnifsu sal-mewt, li minnha ħareġ rebbieħ bil-qawmien tiegħu. Għaliex hekk imxew bit-tama l-Appostli kollha, li komplew b’ħafna niket u tbatijiet kulma kien jonqos fil-passjoni ta’ Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja (ara Kol 1,24). Sikwit ukoll, iż-żerriegħa kienet id-demm tal-insara[15].

 

6. Dan ix-xogħol, li għandu jitwettaq mill-Ordni tal-Isqfijiet, immexxi mis-suċċessur ta’ Pietru, bit-talb u bil-ħidma tal-Knisja kollha, hu wieħed u l-istess, kullimkien u f’kull kundizzjoni, għalkemm mhux imwettaq bl-istess mod minħabba ċ-ċirkostanzi. Id-differenzi, mela, li huma magħrufa f’din il-ħidma tal-Knisja, ma jqumux min-natura nnifisha tal-missjoni tagħha, iżda mill-kundizzjonijiet li din il-missjoni tkun isseħħ fihom.

Dawn il-kundizzjonijiet, fil-fatt, jiddependu jew mill-Knisja, jew ukoll mill-popli, mill-gruppi jew mill-bnedmin li l-missjoni tkun mibgħuta lilhom. Il-Knisja, iżda, għalkemm tħaddan b’mod sħiħ u mimli l-mezzi għas-salvazzjoni, la taġixxi u lanqas tista’ taġixxi dejjem u mill-ewwel skont il-mezzi kollha, iżda fil-ħidma tagħha, li biha hi tfittex li twettaq il-pjan t’Alla, hi ddaħħal ħwejjeġ ġodda u gradi; u wkoll xi drabi, wara progress mibdi bit-tajjeb, ikollha tara rigress mill-ġdid, jew għall-inqas iddum qagħda li ma taqbilx u li jonqosha ħafna. Dwar dak li għandu x’jaqsam mal-bnedmin, ġemgħat u popli, hi tilħaqhom u tirbaħhom bil-mod il-mod biss, u għalhekk tħaddanhom fil-milja tal-Kattoliċiżmu. Għalhekk kull kundizzjoni jew qagħda għandhom jaqblu magħha ħidmiet li jgħoddu għaliha u strumenti xierqa.

L-inizjattivi partikolari li bihom il-ħabbara tal-Vanġelu, mibgħutin mill-Knisja, waqt li jinxterdu mad-dinja kollha, itemmu x-xogħol li jxandru l-Vanġelu u li jiżirgħu l-Knisja nnifisha fost popli jew ġemgħat li għadhom ma jemmnux fi Kristu, huma aktarx imsejħin “Missjonijiet”; dawn il-missjonijiet jitwettqu bil-ħidma missjunarja, u jsiru l-aktar f’xi artijiet magħrufa mis-“Santa Sede”. L-għan propju ta’ din il-ħidma missjunarja hu li jxandar il-Vanġelu u li titwaqqaf il-Knisja fost il-popli jew ġemgħat li fosthom għadha ma twaqqfitx[16]. Hekk, miż-żerriegħa tal-Kelma t’Alla, jikbru l-Knejjes indiġini partikolari, imwaqqfin biżżejjed fid-dinja kullimkien; dawn, mogħnija b’saħħa tagħhom u b’maturità, u mgħammra biżżejjed b’ġerarkija tagħhom magħquda mal-poplu li jemmen u b’mezzi li jolqtu mill-qrib l-għixien sħiħ ta’ ħajja nisranija, jagħtu s-sehem tagħhom li jiswa għall-Knisja kollha. Il-mezz ewlieni ta’ dan it-twaqqif (tal-Knisja), hu x-xandir tal-Vanġelu ta’ Kristu, li, biex ikun imħabbar, il-Mulej bagħat lid-dixxipli tiegħu fid-dinja kollha, sabiex il-bnedmin, imwielda mill-ġdid bil-kelma t’Alla (1 Pietru 1,23), ikunu msieħba bil-magħmudija fil-Knisja li, bħala l-Ġisem tal-Kelma li saret laħam, hi matnuta u mgħixa mill-kelma t’Alla u mill-ħobż Ewkaristiku (ara Atti 2,43).

F’din il-ħidma missjunarja tal-Knisja jinsabu kundizzjonijiet diversi, xi drabi mħalltin; l-ewwel (il-kundizzjoni) tal-bidu jew tat-twaqqif, imbagħad tat-tiġdid jew taż-żgħożija. Madankollu, meta dawn jgħaddu, il-ħidma missjunarja tal-Knisja ma tiqafx, iżda jaqa’ fuq il-Knejjes partikolari li huma mibnija tajjeb diġà, id-dmir li jissuktawha u li jxandru l-Vanġelu lill-individwi li għadhom barra.

Barraminndan, il-ġemgħat li fosthom tinsab il-Knisja sikwit jitbiddlu mill-qiegħ minħabba kawżiet varji, hekk li jistgħu jitnisslu sitwazzjonijiet ġodda għal kollox. Hemm il-Knisja għandha tqis jekk dawn il-kundizzjonijiet jeħtiġux il-ħidma missjunarja tagħha mill-ġdid. U wkoll, xi drabi ċ-ċirkostanzi jkunu b’mod li, għal xi żmien, ma jkunx jista’ jsir iżjed ix-xandir tal-Vanġelu b’mod dirett u mill-ewwel. F’dan il-każ, madankollu, il-missjunarji jistgħu u għadhom, bis-sabar, bil-għaqal u fl-istess ħin b’tama kbira, għall-inqas jagħtu xhieda tal-imħabba u tat-tjieba ta’ Kristu, u hekk ihejju t-triqat għall-Mulej u jġibuh, b’xi mod, preżenti.

Għalhekk jidher biċ-ċar li l-ħidma missjunarja tal-Knisja hi ħierġa sewwa sew min-natura nnifisha tal-Knisja; il-ħidma missjunarja xxerred il-fidi tagħha tas-salvazzjoni, tagħmilha sħiħa, billi twessagħha, l-għaqda waħda kattolika tagħha, tqawwiha bl-appos-tolat tagħha; tħarreġ ix-xejra tal-kulleġġjalità tal-ġerarkija tagħha, tagħti xhieda, ixxandar u tifrex il-qdusija tal-Knisja. Għahekk il-ħidma missjunarja fost il-ġnus hi differenti mill-ħidma pastorali li għandha ssir mal-fidili, bħalma hi differenti mill-inizjattivi miżmuma biex jorbtu mill-ġdid l-għaqda fost l-insara. Madankollu, dawn iż-żewġ inizjattivi huma marbutin sewwa mal-ħidma missjunarja tal-Knisja[17]; għaliex il-qsim fost l-insara jġib ħsara lill-kawża l-aktar qaddisa tat-tħabbir tal-Vanġelu lill-ħlejjaq kollha[18] u jagħlaq il-bieb tat-twemmin lil ħafna. Għalhekk minħabba l-ħtieġa tal-missjoni, l-imgħammdin kollha huma msejħin biex jingħ-aqdu f’merħla waħda u hekk ikunu jistgħu jagħtu, b’qalb waħda, xhieda ta’ Kristu, il-Mulej tagħhom, quddiem il-pagani. Jekk għadhom ma jistgħux jagħtu xhieda sħiħa tat-twemmin wieħed tagħhom, jeħtieġ għall-inqas li jkunu mixgħulin bi stima u mħabba għal xulxin.

 

7. Ir-raġuni ta’ din il-ħidma missjunarja hija ġejja mir-rieda ta’ Alla “li jrid li l-bnedmin kollha jkunu salvi u jaslu biex jagħrfu s-sewwa. Għax wieħed hu Alla, u wieħed hu l-bejjien ta’ Alla u l-bnedmin, Kristu Ġesù, bniedem hu wkoll, li ta lilu nnifsu għall-fidwa ta’ kulħadd” (1 Tim 2, 4-5) u “f’ħadd ieħor m’hemm ħelsien” (Atti 4,12), Jeħtieġ, mela, li l-bnedmin kollha jduru lejh, wara li jkunu għarfu bil-predikazzjoni tal-Knisja u (jeħtieġ li) jingħaqdu Miegħu u mal-Knisja, li hija l-Ġisem Tiegħu, bil-Magħmudija. Kristu nnifsu, iżda, “waqt li saħaq fuq il-ħtieġa tal-fidi u tal-magħmudija (ara Mk 16,16; Ġw 3,5), ikkonferma fl-istess ħin il-ħtieġa, li l-bnedmin jidħlu fiha bil-magħmudija, bħallikieku mill-bieb. Għalhekk, dawk il-bnedmin li, waqt li jafu li l-Knisja Kattolika twaqqfet minnAlla permezz ta’ Ġesù Kristu, bħala għaqda neċessarja, madankollu, ma jridux jidħlu fiha, ma jistgħux isalvaw”[19]. Għalhekk, għad li Alla, lill-bnedmin li, mingħajr ħtija tagħhom, ma jagħrfux il-Vanġelu, jista’ jmexxihom fi triqat li jaf hu lejn il-fidi, li mingħajrha ħadd ma jista’ jogħġob ‘l Alla (Lhud 11,6), madankollu hi ħtieġa li tolqot lill-Knisja (ara 1 Kor 9,16), u fl-istess ħin hu jedd qaddis tagħha, li xxandar il-Vanġelu, u għalhekk il-ħidma missjunarja tagħha żżomm il-qawwa u n-neċessità tagħha sħaħ, illum u dejjem.

Biha l-Ġisem Mistiku ta’ Kristu jiġbor u jirregola, mingħajr ma jaqta’, is-saħħa tiegħu għat-tkabbir tiegħu nnifsu (ara Ef 4,11-16). Biex dan iseħħ, il-membri tal-Knisja huma mqanqla mill-imħabba, li biha huma jħobbu lil Alla u li biha jixtiequ jieħdu sehem mal-bnedmin kollha fil-ġid spiritwali kemm tal-ħajja t’issa u kemm tal-ħajja li ġejja.

Fl-aħħarnett, b’din il-ħidma missjunarja, Alla jkun imsebbaħ bis-sħiħ, waqt li l-bnedmin jilqgħu u jafu, b’mod mimli, ix-xogħol tiegħu tas-salvazzjoni li Huwa temm fi Kristu. Hekk, biha jkun mitmum il-pjan ta’ Alla, li Kristu qdieh bl-ubbidjenza u bl-imħabba, għall-glorja tal-Missier li bagħtu[20], biex in-nisel uman kollu jifforma l-poplu waħdieni ta’ Alla, jingħaqad fil-ġisem wieħed ta’ Kristu, jinbena fit-tempju waħdieni tal-Ispirtu s-Santu. Dan kollu, waqt li jmexxi ‘l quddiem il-ftehim tal-aħwa, iwieġeb għax-xewqa mill-akbar tal-bnedmin kollha. Hekk, fl-aħħar, il-pjan tal-Ħallieq, li sawwar il-bniedem fuq ix-xbieha u x-xebh tiegħu, jitwettaq tassew, waqt li dawk kollha li għandhom sehem fin-natura umana, imwielda mill-ġdid fi Kristu bl-Ispirtu s-Santu, iħarsu, b’qalb waħda lejn is-sebħ t’Alla u jkunu jistgħu jgħidu “Missierna”[21].

 

8. Il-ħidma missjunarja hi marbuta sewwa wkoll man-natura umana b’dak kollu li trid tilħaq. Billi xxandar lil Kristu, b’dan stess, il-Knisja tikxef lill-bnedmin it-tjieba tal-qagħda tagħha u s-sewwa tal-vokazzjoni sħiħa tagħha, għaliex Kristu hu l-prinċipju u l-fasla ta’ din l-umanità mġedda, mogħnija bi mħabba tal-aħwa, b’sinċerità u bi spirtu ta’ paċi, li lkoll nixtiequ. Kristu, u l-Knisja li tagħti xhieda tiegħu bix-xandir tal-Vanġelu, jegħelbu l-partikularitajiet kollha ta’ razza jew nazzjon, u għalhekk minnħadd u mkien ma jkunu meqjusa bħala barranin[22]. Kristu nnifsu hu s-sewwa u t-triq li x-xandir tal-Vanġelu jurihom lil kulħadd, waqt li jwassal sa widnejn kulħadd il-kliem ta’ Kristu nnifsu: “Indmu w emmnu fil-bxara” (Mk 1,5). U minħabba li min jemminx hu kkundannat diġà, (ara Ġw 3,18) il-kliem ta’ Kristu, hu fl-istess ħin, kliem ta’ ħaqq u grazzja, ta’ mewt u ta’ ħajja. Għaliex biss billi mmewtu dak li hu mxejjaħ nistgħu naslu għat-tiġdid tal-ħajja; dan jiswa, l-ewwelnett, għall-persuni, iżda jiswa wkoll għall-beni diversi ta’ din id-dinja, li fl-istess ħin, għandhom is-sinjal tad-dnub tal-bniedem u tal-barka ta’ Alla: “għax kollha dinbu u neqsin mill-glorja ta’ Alla” (Rum 3,23). Ħadd, bih innifsu u bil-qawwiet tiegħu ma jinħeles mid-dnub u jgħolli lilu nnifsu ‘l fuq; ħadd mhu meħlus għal kollox mid-dgħufija, mis-solitudni u mill-jasar tiegħu innifsu[23]. Tassew li kulħadd jeħtieġ lil Kristu Mudell, Imgħallem, Ħellies, Feddej, Għajn ta’ ħajja. Fil-fatt, l-Evanġelju, fil-ġrajja tal-umanità, anki li għandha x’taqsam mad-dinja, għamel ħoss ta’ ħelsien u ta’ progress, u juri lilu nnifsu, mingħajr ma jieqaf, bħala ferment ta’ spirtu ta’ aħwa, ta’ għaqda u ta’ paċi. Mhux għalxejn, mela, li Kristu hu meqjum mill-fidili bħala “l-Mistenni mill-ġnus u l-Feddej tagħhom”[24].

 

9. Għalhekk, iż-żmien tal-ħidma missjunarja jinsab bejn l-ewwel u t-tieni wasla tal-Mulej, li fih il-Knisja, bħall-ħsad, tinġabar flimkien mill-erbat irjieħ fis-Saltna t’Alla[25]. Iżda qabel ma jasal il-Mulej, jeħtieġ li jitħabbar il-Vanġelu lill-ġnus kollha (ara Mk 13,10).

Il-ħidma missjunarja mhi xejn għajr jew xejn inqas mill-wiri jew l-Epifanija u t-twettiq tal-Pjan t’Alla fid-dinja u fl-istorja tagħha, li fiha Alla, bis-saħħa tal-missjoni, itemm bid-dieher l-istorja tas-salvazzjoni. Bix-xandir tal-Kelma, u biċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti, li ċ-ċentru u l-quċċatat tagħhom hija l-Ewkaristija mqaddsa, (il-ħidma missjunarja) iġġib preżenti lil Kristu, l-awtur tas-salvazzjoni. Kull element ta’ verità u ta’ grazzja li jinsab fost il-pagani, donnu l-preżenza moħbija ta’ Alla, hi teħilsu mill-mardiet qliel li jittieħdu u troddu lil Kristu, l-awtur tagħha, li jegħleb is-saltna tax-xitan u jbiegħed il-ħażen taħt ħafna forom tad-dnub. Għalhekk, kulma jinstab ta’ fejda fil-qalb u l-moħħ tal-bniedem jew fid-drawwiet u l-kulturi ta’ popli partikolari, mhux biss ma jintilifx, iżda jissaffa, jitgħolla u jitħaddem għall-glorja ta’ Alla, għat-taħwid tax-xjaten u għall-hena tal-bnedmin[26]. Hekk, il-ħidma missjunarja tiġbed lejn il-milja eskatoloġika tagħha[27]; biha, mela, dejjem skont il-qies u ż-żmien li l-Missier ħalla fis-setgħa tiegħu, jinfirex il-poplu ta’ Alla li l-profezija tgħid dwaru: “Kabbar il-post tal-għarix tiegħek, wessa’ t-tined tal-għamajjar tiegħek, tibżax għalihom” (Isaija 54,2)[28], jikber il-ġisem mistiku sal-qies taż-żmien tal-milja ta’ Kristu (ara Ef 4,13), u t-tempju spiritwali fejn Alla hu meqjum bl-ispirtu u bis-sewwa (ara Ġw 4,23), jikber u jinbena fuq is-sisien tal-appostli u tal-profeti, waqt li Kristu nnifsu hu l-ġebla tax-xewka

(Ef 2,20).

 

 


IT-TIENI TAQSIMA

Dwar ix-xogħol missjunarju nnifsu

 

 

10. Il-Knisja, mibgħutaminnKristu biex turi u tgħaddi lill-bnedmin u lill-ġnus kollha l-imħabba t’Alla, taf li għad fadlilha xogħol missjunarju kbir xi twettaq. Żewġ miljardi ta’ bnedmin li l-għadd tagħhom joktor kuljum, li jikbru f’ġemgħat kbar u determinati, magħ-qudin b’relazzjonijiet ta’ ħajja kulturali, bi tradizzjonijiet reliġjużi qodma, marbutin sewwa bi ħtiġijiet soċjali, jew qatt jew bil-kemm semgħu bl-aħbar tal-Vanġelu.Minndawn uħud iħaddnu waħda mir-reliġjonijiet il-kbar, oħrajn, imbagħad, jibqgħu ‘il bogħod mill-idea stess ta’ Alla, oħrajn jiċħdu bid-dieher l-eżistenza tiegħu, anzi xi drabi jiġġildulu. Il-Knisja, biex tkun tista’ toffri lill-bnedmin kollha l-misteru tas-salvazzjoni u l-ħajja miġjubaminnAlla, trid iddaħħal lilha nnifisha f’dawn il-gruppi bl-istess mod li bih Kristu nnifsu, bl-inkarnazzjoni tiegħu, rabat lilu nnifsu ma’ ċerti kundizzjonijiet soċjali u kulturali tal-bnedmin li hu għammar magħhom.

 

 

L-ewwel artiklu

Dwar ix-xhieda nisranija

 

 

11. Hu meħtieġ li l-Knisja tkun fost dawn il-ġemgħat ta’ bnedmin, permezz tal-ulied tagħha, li jgħixu fosthom jew li jintbagħtu għandhom. L-insara kollha, jgħixu fejn jgħixu, huma mistennija li juru, bl-eżempju ta’ ħajjithom u bix-xhieda ta’ kliemhom, il-bniedem il-ġdid, li huma libsu bil-magħmudija u l-virtù tal-Ispirtu s-Santu li ssaħħu minnu fil-Griżma, biex il-bnedmin l-oħra, waqt li jqisu l-għemejjel tajba tagħhom, isebbħu lill-Missier (ara Mt 5,15) u jifhmu aktar it-tifsira ġenwina tal-ħajja umana u r-rabta universali li tgħaqqad lill-bnedmin.

Biex huma jkunu jistgħu jagħtu din ix-xhieda ta’ Kristu u jħallu l-frott, jintrabtu ma’ dawk il-bnedmin bi stima u bi mħabba, juru lilhom infushom membri tal-ġemgħa tal-bnedmin li jgħixu fosthom, u jkollhom sehem fil-ħajja kulturali u soċjali bis-saħħa tar-relazzjonijiet u l-affarijiet varji tal-ħajja tal-bnedmin. Ikunu midħla tat-tradizzjonijiet nazzjonali u reliġjużi tagħhom; jikxfu bil-ferħ u bil-qima ż-żrieragħ tal-Kelma li huma moħbija ġo fihom, fl-istess ħin joqogħdu attenti għall-bidla kbira li ssir fost il-ġnus, u jħabirku biex il-bnedmin ta’ żmienna, li huma mħeġġin wisq għax-xjenza u t-teknoloġija tad-dinja moderna, ma jitbegħdux mill-ħwejjeġ t’Alla, iżda, anzi, iqajmu fihom aktar ix-xewqa għas-sewwa u għall-imħabba, irrivelati minn Alla. Bħalma Kristu nnifsu kixef il-qalb tal-bnedmin u mexxihom, bi kliem (kollokju) tassew uman, lejn id-dawl divin, hekk huma (l-insara) jagħrfu l-bnedmin li huma jgħixu magħhom, u jitħalltu magħhom, biex huma, bi djalogu sinċier u kollu sabar, jitgħallmu l-ġid kollu li Alla, fit-tjieba tiegħu qassam lill-ġnus; fl-istess ħin jippruvaw idawlu dak il-ġid bid-dawl tal-Vanġelu, jifduh u jreġġgħuh lura taħt il-ħakma ta’ Alla Salvatur.

 

12. Il-preżenza tal-insara fil-ġemgħat tal-bnedmin għandha tkun imħeġġa b’dik l-imħabba li biha Alla ħabbna u jixtieq li nħobbu lil xulxin bl-istess imħabba (ara 1 Ġw 4,11). Tassew, l-imħabba nisranija tinfirex fuq kulħadd, mingħajr għażla ta’ razza, kundizzjoni soċjali jew reliġjuża; ma tistenna ebda qligħ jew gratitudni. Bħalma Alla ħabbna b’imħabba mingħajr ħlas, hekk il-fidili, bl-imħabba tagħhom, juru ħerqa għall-bniedem, waqt li jħobbuh sewwa sew kif Alla fittex il-bniedem. Għalhekk, bħalma Kristuġeramal-ibliet u mal-irħula kollha waqt li fejjaq kull dgħufija u mard b’sinjal tal-wasla tas-Saltna t’Alla (ara Mt 9,35; Atti 10,38), hekk ukoll il-Knisja tingħaqad, bl-ulied tagħha, mal-bnedmin ta’ kull kundizzjoni, iżda l-iżjed mal-fqar u mal-imnikktin u bil-qalb kollha tintefaq għalihom. Fil-fatt, hi tieħu sehem fil-ferħ u fin-niket tagħhom, tagħraf l-aspirazzjonijiet u l-misteri tal-ħajja tal-ħajja, tbati magħhom fl-ansjetà tal-mewt. Lil dawk li qegħdin ifittxu l-paċi, hi tixtieq tweġibhom bi djalogu ta’ aħwa, waqt li tnewlilhom is-sliem u d-dawl tal-Vanġelu.

L-insara għandhom iħabirku u jaħdmu flimkien mal-oħrajn kollha biex jirregolaw sewwa l-ħwejjeġ ekonomiċi u soċjali. Għandhom jagħtu ruħhom b’ħarsien speċjali għall-edukazzjoni tat-tfal u żgħażagħ bis-saħħa ta’ skejjel ta’ xejriet diversi, li huma ta’ min iqishom mhux biss bħala mezz mill-aħjar għall-formazzjoni u l-iżvilupp taż-żgħażagħ insara, iżda fl-istess ħin, bħala servizz ta’ siwi mill-akbar għall-bnedmin, u l-iżjed għan-nazzjonijiet li qegħdin jiżviluppaw, biex titgħolla d-dinjità tal-bniedem u biex jitħejjew kundizzjonijiet aktar umani. Barraminndan, huma għandhom jieħdu sehem fl-isforzi ta’ dawk il-popli li, waqt li jiġġieldu mal-ġuħ, l-injoranza u l-mewt, jitħabtu biex iġibu kundiz-zjonijiet aħjar għall-ħajja u biex jibnu l-paċi fid-dinja. F’din il-ħidma il-fidili għandhom jixtiequ li jsieħbu bil-għaqal ix-xogħol tagħhom mal-inizjattivi li huma mmexxija ‘l quddiemminnistituti privati,minngvernijiet,minnorganiżmi internazzjonali,minngħaqdiet insara diversi u wkollminnreliġjonijiet mhux insara.

Il-Knisja, iżda, ma tixtieq b’ebda mod tindaħal fit-tmexxija taċ-ċittadini tad-dinja. Ma żżomm b’jedd ebda setgħa barra li, bl-għajnuna ta’ Alla, taqdi l-bnedmin bl-imħabba u b’servizz fidil (ara Mt 20,26; 23,11)[29].

Fil-ħajja u l-ħidma tagħhom, marbutin mill-qrib mal-bnedmin, id-dixxipli ta’ Kristu jittamaw li joffru lilhom infushom bħala xhieda sħiħa ta’ Kristu, u li jaħdmu għas-salvaz-zjoni tal-bnedmin, ukoll fejn huma ma jistgħux ixandru għal kollox lil Kristu. U huma ma jfittxux il-progress u r-risq materjali biss tal-bnedmin, iżda jmexxu ‘l quddiem id-dinjità tagħhom u l-għaqda ta’ aħwa, waqt li jgħallmu l-veritajiet reliġjużi u morali, li Kristu sebbaħ bid-dawl tiegħu, u hekk jiftħu, bil-mod il-mod, triq aktar wiesgħa għal Alla. Hekk il-bnedmin ikunu megħjuna biex jilħqu s-salvazzjoni bl-imħabba lejn Alla u lejn għajrhom; u jibda jleqq il-misteru ta’ Kristu, li fih deher il-bniedem il-ġdid li hu maħluq skont Alla (ara Ef 4,24), u li fih hi rrivelata l-imħabba ta’ Alla.

 

 

It-tieni artiklu

Dwar ix-xhieda tal-Vanġelu u

t-tiġmigħ f’daqqa tal-Poplu t’Alla

 

 

13. Kull fejn Alla jiftaħ bieb tal-kliem biex jiġi mitħaddet il-misteru ta’ Kristu (ara Kol 4,3) lill-bnedmin kollha (ara Mk 16,15) bit-tama u b’qalb qawwija (ara Atti 4,13,29; 31; 9, 27,28; 13,46; 14,3; 19,8; 26,26; 28,31; 1 Tess 2,2; 2 Kor 3,12; 7,4; Fil 1,20; Ef 3,12; 6,19,20) għandu jkun imxandar (ara 1 Kor 9,16; Rum 10,14), Alla ħaj u Ġesù Kristu li hu bagħat għas-salvazzjoni ta’ kulħadd (ara 1 Tess 1,9-10; 1 Kor 1,18-21; Gal 1,31; Atti 14,15-17; 17,22-31), biex dawk li mhumiex insara, waqt li l-Ispirtu s-Santu jiftħilhom qalbhom (ara Atti 16,14), u waqt li jemmnu, jduru minn jeddhom lejn il-Mulej, jingħaqdu sinċerament Miegħu li, għax huwa “t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja (ara Ġw 14,6), iwieġeb għall-ħwejjeġ kollha tar-ruħ li huma jistennew, anzi jgħaddihom mingħajr qisien.

Konverżjoni bħal din għandha tiftiehem, mingħajr dubju, bħala bidu; għall-inqas hu biżżejjed li l-bniedem jagħraf li hu, wara li hu mifrud mid-dnub, ikun imressaq lejn il- misteru tal-imħabba t’Alla, li jsejjaħlu għal tlaqqigħ personali miegħu innifsu, li jasal għalih billi jgħaddi minn għand Ġesù. Għaliex, waqt li taħdem il-grazzja ta’ Alla, dak li jkun għadu kemm ikkonverta, jgħaddi minn vjaġġ tar-ruħ, li fih, waqt li bil-fidi jkollu x’jaqsam mal-misteru tal-Mewt u tal-Qawmien, jgħaddi mill-bniedem il-qadim għall-bniedem il-ġdid li hu magħmul sħiħ fi Kristu (ara Kol 3,5-10; Ef 4,20-24). Dan il-mixi, li jieħu miegħu bdil progressiv tal-mentalità u tad-drawwiet, għandu jidher fil-konsegwenzi soċjali u għandu jiżviluppa, ftit ftit, fiż-żmien tal-katekumenat. Minħabba li l-Imgħallem, li Fih hu jemmen, hu sinjal ta’ kontradizzjoni (ara Lq 2,34; Mt 10,34-39), il-bniedem li jkun ikkonverta mhix ħaġa rari li jġarrab kriżijiet u firdiet, iżda wkoll ferħiet li Alla jagħtu mingħajr qisien (ara 1 Tess 1,6).

Il-Knisja tipprojbixxi bl-aħrax li xi ħadd ikun imġiegħel, jew li, b’mezzi maħsuba li ma jixirqux, jitwassal, jew jiġi mħajjar, biex iħaddan il-fidi, kif ukoll iżżomm il-jedd bil-qawwa kollha li ħadd ma jkun imċaħħad mill-fidi b’mezzi li jxebbgħu u nġusti[30].

Skont drawwa qadima ħafna tal-Knisja, il-mottivi tal-konverżjoni jkunu mfittxija u jekk ikun meħtieġ, mgħarbla.

 

14. Dawk li, bil-Knisja, laqgħu minn Alla t-twemmin fi Kristu[31], ikunu mdaħħla fil-kateku-menat b’ċerimonji liturġiċi; dan mhux biss wiri tad-dommi u tal-liġijiet, iżda t-twaqqif u l-ewwel sforz imdewwem bil-għaqal tal-ħajja nisranija kollha, li bihom id-dixxipli jingħaqdu ma’ Kristu, l-Imgħallem tagħhom. Għalhekk, il-katekumeni jingħataw bidu kif jixraq għall-misteru tas-salvazzjoni u għat-taħriġ tal-liġijiet tal-Vanġelu, u bir-riti mqaddsa, li għand-hom jiġu ċċelebrati fi żminijiet wara xulxin[32], ikunu mdaħħla fil-ħajja tat-twemmin, tal-liturġija u tal-imħabba tal-Poplu t’Alla.

Wara dan, meħlusin bis-saħħa tas-sagramenti tal-bidu nisrani mis-setgħa tad-dlamijiet (ara Kol 1,13)[33], mejtin, midfunin u mqajmin flimkien ma’ Kristu (ara Rum 6,4-11; Kol 2,12-13; 1 Piet 3,21-22; Mk 16,16), jilqgħu l-Ispirtu (ara 1 Tess 3,5-7; Atti 8,13-17) tal-adozzjoni ta’ wlied u jiċċelebraw it-tifkira tal-mewt u l-qawmien tal-Mulej flimkien mal-Poplu kollu t’Alla.

Hu ta’ min jixtieq li l-liturġija ta’ żmien il-kwareżimal u żmien l-Għid tkun imġedda b’mod li tħejji l-qlub tal-katekumeni biex jiċċelebraw il-misteru tal-Għid, li waqt is-solennità tiegħu, huma jitwieldu mill-ġdid fi Kristu bil-magħmudija.

Iżda bidu nisrani bħal dan, matul il-katekumenat, m’għandhomx iħabirku għalih biss il-katekisti jew il-qassisin, iżda l-ġemgħa kollha tal-fidili, u b’mod speċjali l-parrinijiet, sabiex hekk il-katekumeni jħossu sa mill-bidu li huma tal-Poplu t’Alla. U minħabba li l-ħajja tal-Knisja hi apostolika, il-katekumeni jitgħallmu wkoll jaħdmu flimkien bil-bżulija għat-tixrid tal-Vanġelu u għall-bini tal-Knisja, bix-xhieda tal-ħajja u bl-istqarrija tal-fidi.

Fl-aħħar, fil-Kodiċi l-ġdid tingħata biċ-ċar il-qagħda ġuridika tal-katekumeni. L-għaliex huma jkunu mgħaqqdin diġà mal-Knisja[34], ikunu diġà biċċa mill-familja ta’ Kristu[35]u sikwit ikunu jgħixu diġà ħajja ta’ twemmin, ta’ tama u ta’ mħabba.

 

 

It-tielet artiklu

Dwar il-ġemgħa nisranija li għandha tkun iffurmata

 

 

15. L-Ispirtu s-Santu, li, biż-żerriegħa tal-Kelma u bix-xandir tal-Vanġelu, isejjaħ il-bnedmin kollha lejn Kristu u jqajjem fil-qlub il-ħarsien sħiħ tat-twemmin, waqt li, fi ħdan il-fonti tal-magħmudija, hu jnissel lil dawk li jemmnu fi Kristu għal ħajja ġdida, jiġborhom f’daqqa fil-poplu waħdieni t’Alla li hu “nisel magħżul, saċerdozju ta’ sultan ġens qaddis, poplu mifdi” (1 Piet 2,9)[36].

Għalhekk il-missjunarji, ħaddiema ma’ Alla (ara 1 Kor 3,9), għandhom iqajmu fuq tagħhom kongregazzjonijiet bħal dawn ta’ fidili, li, waqt li huma mixjin kif jixraq fil-vokaz-zjoni li huma ġew imsejħin għaliha (ara Ef 4,1), iħarrġu x-xogħol afdat lilhom, xogħol ta’ qassis, ta’ profeta, ta’ sultan. B’dan il-mod il-komunità nisranija tkun sinjal tal-preżenza t’Alla fid-dinja; għaliex hi, bis-sagrifiċċju tal-Ewkaristija tgħaddi, mingħajr ma tieqaf, għand il-Missier flimkien ma’ Kristu[37], imqawwija bil-għaqal kollu bil-kelma ta’ Alla,[38] tagħti xhieda ta’ Kristu[39] u tgħix ukoll fl-imħabba titħeġġeġ bi spirtu ta’ Apostolat[40].

Sa mill-bidu, il-komunità nisranija għandha tkun iffurmata b’mod li hi nnifisha tkun tista’ taħseb, sakemm jista’ jkun, għall-ħtiġijiet tagħha.

Din il-ġemgħa ta’ fidili, mogħnija bil-ġid tal-kultura tan-nazzjon tagħha, għandha tifrex l-għeruq ‘l isfel fil-poplu; iqumu familji mrawmin fl-ispirtu tal-Vanġelu[41] u jkunu megħjunin minn skejjel tajba; jitwaqqfu assoċjazzjonijiet u għaqdiet li bihom l-apostolat tal-lajċi jirnexxilu jimla s-soċjetà kollha bl-ispirtu tal-Vanġelu. U fl-aħħar, tiddi l-imħabba fost il-Kattoliċi tar-riti diversi[42].

L-ispirtu ekumeniku wkoll għandu jkun imsaħħaħ fost l-insara ġodda, li jaħsbu sewwa li l-aħwa li jemmnu fi Kristu huma dixxipli ta’ Kristu, imwielda mill-ġdid bil-magħmudija, u li għandhom sehem fil-ħafna teżori tal-Poplu t’Alla. Safejn jippermettu l-kundizzjonijiet reliġjużi, il-ħidma ekumenika trid issir b’mod illi l-kattoliċi, safejn ikun possibli, jikkolaboraw ma’ l-aħwa mifrudin skond kif jitlob id-digriet dwar l-Ekumeniżmu, kemm fl-istqarrija flimkien tal-fidi f’Alla u f’Ġesù Krist quddiem dawk li ma jemmnux, u kemm billi jikkoperaw bħal aħwa f’materja soċjali u teknika jew fi ħwejjeġ kulturali u reliġjużi. Jaħdmu flimkien l-iżjed imħabba fi Kristu, l-Imgħallem wieħed tagħhom: Ismu għandu jgħaqqadhom! Din il-ħidma magħquda ma sseħħx biss fost il-persuni privati, iżda wkoll, skont il-kelma tal-Ordinarju tal-post, fost il-knejjes u l-komunitajiet tal-Knisja, u fost ix-xogħolijiet tagħhom.

Il-fidili, miġburin mill-ġnus kollha tal-Knisja, “m’huma magħżula mill-bqija tal-bned-min u la minħabba t-triġija u la minħabba l-ilsien u lanqas minħabba istituzzjoni politika”43. Għalhekk għandhom jgħixu għal Alla u għal Kristu fid-drawwiet tajbin tal-ħajja tan-nazzjon tagħhom. Bħala ċittadini tajba jrawmu mħabba vera u bil-fatti lejn arthom, u wkoll jaħarbu dejjem kull xorta ta’ tmaqdir u nazzjonaliżmu żejjed, u jmexxu ‘l quddiem l-imħabba fost il-bnedmin tad-dinja kollha.

Biex jintlaħaq dan kollu, il-lajċi għandhom importanza mill-akbar, il-lajċi li jistħoq-qilhom kura speċjali, jiġifieri li, magħqudin fi Kristu bil-magħmudija, jgħixu fid-dinja. Hi ħaġa tassew tagħhom li, mimlijin bl-Ispirtu s-Santu, u bħall-ħmira, jagħtu r-ruħ minn ġewwa lill-ħwejjeġ materjali u jirregolawhom biex ikunu dejjem skont Kristu[43].

Iżda mhux biżżejjed li l-poplu nisrani jkun jinsab u jkun imwaqqaf f’xi nazzjon, lanqas mhu biżżejjed li jagħmel l-apostolat bl-eżempju; għal dan ġie mwaqqaf, u għal dan jinsab hemm: biex bil-kelma u bil-ħidma jħabbar lil Kristu liċ-ċittadini mhux insara, u biex jgħinhom jilqgħu lil Kristu bis-sħiħ.

Issa, għat-twaqqif tal-Knisja u għat-tkabbir tal-ġemgħa nisranija huma meħtieġa ministeri varji, li jitnisslu, b’sejħa minn Alla, mill-kongregazzjoni nnifisha tal-fidili, u li għandhom jinżammu u jkunu kkurati b’ħarsien għaqli minn kulħadd. Fost dawn jinsabu x-xogħolijiet tal-qassisin, tad-djakni, tal-katekisti u tal-azzjoni kattolika. Ir-reliġjużi, rġiel u nisa, wkoll jagħmlu xogħol indispensabbli, bit-talb, jew b’ħidma attiva, biex iqabbdu u jsaħħu s-Saltna ta’ Kristu fil-qlub u biex ixerrduha aktar.

 

16. Il-Knisja trodd ħajr b’ferħ kbir għad-don ta’ siwi bla qjies tas-sejħa saċerdotali, li Alla ta lil ħafna żgħażagħ fost il-ġnus li kkonvertew lejn Kristu m’ilux. Il-Knisja tifrex għeruq iżjed qawwija f’kull grupp ta’ bnedmin, meta l-ġemgħat varji tal-fidili jkollhom, mill-membri tagħhom infushom, il-ministri tas-salvazzjoni li jaqdu lil ħuthom fl-ordni tal-Isqfijiet, tal-qassisin, tad-djakni, b’mod li l-Knejjes ġodda jiksbu, ftit ftit, il-bini tad-djoċesi mill-kleru tagħhom infushom. Il-ħwejjeġ kollha li ġew deċiżi dwar is-sejħa u l-formazzjoni saċerdotali f’dan il-Konċilju, jitħarsu bil-qdusija kollha fejn il-Knisja hi miżrugħa għall-ewwel darba u fost il-Knejjes żgħażagħ. Għandhom jitwettqu l-aktar dawk il-ħwejjeġ li ntqalu dwar il-formazzjoni spiritwali li għandha tkun marbuta mal-formazzjoni dottrinali u pastorali, dwar il-ħajja li għandha tkun mgħixa skont il-Vanġelu, mingħajr ma wieħed jaħseb x’jaqbel lilu jew il-familja, dwar is-sens kbir tal-misteru tal-Knisja li għandu jkun imwettaq. Minn dan kollu huma (il-qassisin) jitgħallmu tajjeb ħafna kif jagħtu lilhom infushom għal kollox biex jaqdu lill-Ġisem ta’ Kristu u kif jaħdmu għall-Vanġelu, u kif, bħala ħaddiema fidili jingħaqdu mal-Isqof tagħhom, u kif jagħtu l-ħidma tagħhom lill-oħrajn ħuthom[44].

Biex jintlaqħaq dan l-għan ġenerali, il-formazzjoni kollha tal-istudenti tkun irregolata taħt id-dawl tal-misteru tas-salvazzjoni kif inhu muri fil-Kotba Mqaddsa. Dan il-misteru ta’ Krist u tas-salvazzjoni tal-bnedmin huma għandhom jiltaqgħu miegħu u jgħixuh fil-Liturġija[45].

Dawn il-ħtiġijiet komuni tat-tħejjija tas-saċerdozju, anki dwar il-pastorali u l-prattika, skont il-kelma tal-Konċilju[46], għandhom ikunu ffurmati bil-ħsieb li jaqblu mal-mod partiku-lari ta’ kif jaħseb u jġib ruħu n-nazzjon. Għalhekk, l-imħuħ tal-istudenti għandhom jinfetħu u jitqanqlu biex jifhmu tajjeb u jirnexxilhom jagħrfu s-siwi tal-kultura tan-nazzjon tagħhom; fl-istudji tal-filosofija u tat-teoloġija, jagħrfu sewwa l-ideat li jinsabu bejn it-tradizzjonijiet u r-reliġjon ta’ pajjiżhom u r-reliġjon nisranija[47]. Bl-istess mod, it-tħejjija għas-saċerdozju għandha taħseb fil-ħtiġijiet pastorali tal-pajjiż; l-istudenti jitgħallmu l-istorja, l-għan u l-mod tal-ħidma missjunarja tal-Knisja u l-kundizzjonijiet speċjali soċjali, ekonomiċi u kulturali tal-pajjiż tagħhom. Ikunu mrawma fi spirtu ekumeniku u mħejjija għad-djalogu ta’ aħwa ma’ dawk li mhumiex insara. Dawn il-ħwejjeġ jitolbu li l-istudji għas-saċerdozju jitmexxew, kemm jista’ jkun, b’mod li jaqblu mad-drawwiet u l-fehmiet tan-nazzjon tagħhom[48]. U jittieħed, fl-aħħar, ħsieb tal-formazzjoni għall-amministrazzjoni tajba tal-Knisja u wkoll tal-ekonomija.

Barra minn dan, jingħażlu qassisin ta’ ħila biex, wara xi taħriġ pastorali, itemmu studji ogħla f’universitajiet anki barranin, l-iżjed ta’ Ruma, u f’xi istituti xjentifiċi oħrajn, b’mod li huma, mogħnijin b’tagħrif xieraq u b’ħila jiswew biex ix-xogħolijiet kbar tal-Knisja jitwettqu aktar fil-Knejjes żgħażagħ mill-kleru tal-post.

 

Fejn il-Konferenzi tal-Isqfijiet jidhrilhom li hu xieraq, l-ordni tad-djakonat jerġa’ jsir bħala stat ta’ ħajja għal dejjem skont ir-regola tal-kostituzzjoni “dwar il-Knisja”[49]. Jaqbel ukoll li l-irġiel, li jħarrġu fil-fatt il-ministeru tad-djakonat, jew li, bħala katekisti, ixandru l-kelma ta’ Alla, jew li, f’isem il-kappillan jew l-Isqof, imexxu ġemgħat ta’ nsara mbegħdin, jew li jħarrġu l-imħabba b’opri soċjali jew ta’ karità, ikunu msaħħin u marbutin aktar mal-artal bit-tqegħid tal-idejn, li hu tradizzjoni ġejja sa mill-Appostli, sabiex itemmu b’siwi akbar il-ministeru tagħhom bis-saħħa tal-grazzja sagramentali tad-djakonat.

 

17. Jixirqilha wkoll tifħir, mingħajr dubju, dik il-ġemgħa, li qiegħda tiswa ħafna fil-ħajja missjunarja, ta’ katekisti, kemm irġiel u kemm nisa, li, imfawrin bi spirtu ta’ apostolat, jagħtu, b’ħafna taħbit, għajnuna waħdanija u fuq kollox meħtieġa għat-tixrid tat-twemmin u tal-Knisja.

Fi żminijietna, meta l-qassisin huma ftit għall-ġemgħat kbar li għandu jaslilhom il-Vanġelu u għall-ministeru pastorali li għandu jsir, ix-xogħol tal-katekisti għandu importanza mill-akbar. Għalhekk, il-formazzjoni tagħhom għandha tipperfezzjona ruħha u taqbel mal-progress kulturali, b’mod li, bħala ħaddiema siewja flimkien mal-ordni saċerdotali, jkunu jistgħu jwettqu, tajjeb kemm jista’ jkun, ix-xogħol tagħhom, li qiegħed dejjem jitqal b’taħbit ġdid u akbar.

Għalhekk, jiżdiedu l-iskejjel djoċesani u reġjonali li fihom il-katekisti tal-ġejjieni jitrawmu kemm fid-duttrina nisranija, l-iżjed fil-ħwejjeġ tal-Kotba Mqaddsa u tal-liturġija, u kemm fil-metodu kateketiku u fit-taħriġ pastorali, u jifformaw lilhom infushom bil-morali tal-ħajja nisranija[50], waqt li jħabirku biex iħarsu, mingħajr ma jaqtgħu, it-tjieba u l-qdusija tal-ħajja. Barra minn dan, jinżammu laqgħat jew korsijiet li bihom il-katekisti jiġu aġġornati fid-dixxiplina u s-sengħa meħtieġa għall-ministeru tagħhom, u l-ħajja tar-ruħ tagħhom tissaħ-ħaħ u titqawwa. Ukoll, lil dawk li jagħtu lilhom infushom għal kollox għal dan ix-xogħol, wieħed għandu jħabrek li jkollhom stat xieraq ta’ għixien u sigurezza soċjali, b’rikompens ġust[51].

Hu mixtieq li wieħed jieħu ħsieb li l-katekisti jkunu ffurmati u miżmuma tajjeb b’sus-sidji speċjali mill-Kongregazzjoni Mqaddsa tal-“Propaganda Fide”. Jekk ikun jidher meħ-tieġ u xieraq, titwaqqaf l-Opra għall-Katekisti.

Barra minn dan, il-Knejjes għandhom jagħrfu b’sens ta’ gratitudni l-opra ġeneruża tal-katekisti awżiljarji, li huma (il-Knejjes) jeħtieġu l-għajnuna tagħhom. Huma huma li fil-komunitajiet tagħhom imexxu t-talb u jagħtu t-tagħlim nisrani. Għandu jittieħed ħsieb il-formazzjoni dottrinali u spiritwali kif jixraq. Barra minn dan, hu mixtieq li, kull fejn jidher xieraq, tingħata lill-katekisti ffurmati tajjeb il-missjoni kanonika fiċ-ċelebrazzjoni pubblika tal-liturġija, sabiex huma jaqdu l-kawża tal-fidi b’setgħa akbar fost il-poplu.

 

18. Sa miż-żmien tat-twaqqfif tal-Knisja, il-ħajja reliġjuża għandha titmexxa ‘l quddiem bil-għaqal; hi mhux biss trodd għajnuna ta’ siwi u, fuq kollox, meħtieġa lill-ħidma missjunarja, iżda b’konsagrazzjoni aktar intima magħmula fil-Knisja lil Alla, tagħti xhieda u tifsira bid-deher tan-natura intima tal-vokazzjoni nisranija[52].

L-istituti reliġjużi, li jaħdmu għat-twaqqif tal-Knisja, mogħnijin sewwa bit-teżori mistiċi, li bihom tingħaraf it-tradizzjoni reliġjuża tal-Knisja, għandhom jippruvaw juruhom u jqassmuhom, skont ix-xeħta u n-natura tan-nazzjon li jkun. U jqisu wkoll bl-attenzjoni kif it-traduzzjonijiet tal-axxetka u l-kontemplazzjoni, li xi drabi Alla tefa’ ż-żerriegħa tagħhom fil-kulturi antiki sa minn qabel ix-xandir tal-Vanġelu, jistgħu ikunu mdaħħla fil-ħajja reliġjuża nisranija.

Fi Knejjes li għadhom kemm twaqqfu għandhom jinżammu l-forom varji ta’ ħajja reliġjuża, biex juru l-aspetti diversi tal-missjoni ta’ Kristu u tal-ħajja tal-Knisja, u jinxteħtu għall-opri varji pastorali u jħejju lill-imseħbin tagħhom biex iħaddmuhom kif jixraq. Iżda jaraw l-isqfijiet fil-konferenza li l-Kongregazzjonijiet, waqt li għandhom l-istess għan apos-toliku, ma jiżdidux b’mod li jagħmlu ħsara lill-ħajja reliġjuża u lill-apostolat.

Jixirqilhom li jissemmew b’mod speċjali l-inizjattivi varji mwaqqfin biex iqawwu l-ħajja kontemplattiva, li bihom uħud, waqt li jżommu l-elementi essenzjali tal-Istituzzjoni monastika, iħabirku biex ixerrdu t-tradizzjoni għanja tal-Ordni tagħhom, u oħrajn jerġgħu lura lejn l-għamliet aktar ħfief tal-monastiċiżmu tal-ewwel żminijiet. Madankollu, ilkoll għandhom jaraw li jsibu addattament tajjeb għall-kundizzjonijiet tal-post. Minħabba li l-ħajja kontemplattiva tmiss il-preżenza tal-Knisja fil-milja tagħha, hu meħtieġ li titwaqqaf kullimkien fost il-Knejjes il-ġodda.

 

IT-TIELET TAQSIMA

Dwar il-Knejjes partikolari

 

 

19. Ix-xogħol tat-twaqqif tal-Knisja fi grupp determinat ta’ bnedmin jilħaq ċertu livell, meta l-ġemgħa tal-fidili mdaħħla sewwa fil-ħajja soċjali u magħmula taqbel, b’xi mod, mal-kultura tal-post, tgawdi ċerta sudizza u qawwa; u mgħammra b’ħażna, imqar jekk mhix biżżejjed, ta’ qassisin tal-post, ta’ reliġjużi u ta’ lajċi, hi ssir mogħnija b’dawk il-ministeri u l-istituzzjonijiet li huma meħtieġa biex il-ħajja tal-poplu t’Alla titmexxa ‘l quddiem u tikber, taħt it-tmexxija tal-Isqof tal-post.

Fi Knejjes ġodda bħal dawn, il-ħajja tal-Poplu t’Alla għandha timmatura ruħha fl-oqsma kollha tal-ħajja nisranija, li għandha tiġġedded skont ir-regoli ta’ dan il-Konċilju; il-ġemgħat tal-fidili jiffurmaw, b’għarfien dejjem akbar, komunitajiet ħajjin tal-fidi, tal-liturġija u tal-imħabba; il-lajċi jitħabtu biex bil-ħidma ċivili u apostolika tagħhom, jibnu l-ordni tal-imħabba u tal-ħaqq fil-pajjiż; l-istrumenti ta’ komunikazzjoni soċjali jitħaddmu kif inhu xieraq u bil-għaqal; il-familji, b’ħajja tassew nisranija, isiru mixtla tal-apostolat tal-lajċi, kif ukoll ta’ vokazzjonijiet ta’ qassisin u ta’ reliġjużi. Fl-aħħar, il-fidi tiġi mgħallma b’katekiżmu xieraq, tkun iċċelebrata f’liturġija li taqbel max-xeħta tal-poplu, u tkun imdaħħla, bis-saħħa ta’ leġislazzjoni kanonika xierqa, fost l-istituzzjonijiet tajbin u d-drawwiet tal-pajjiż.

L-Isqfijiet, tabilħaqq, magħqudin ma’ kull qassis tagħhom, imfawrin dejjem aktar bis-sens ta’ Kristu u tal-Knisja, għandhom iħossu u jgħixu mal-Knisja universali. Tibqa’ intima l-għaqda tal-Knejjes il-ġodda mal-Knisja kollha, li t-tradizzjoni tagħha huma għandhom idaħħlu fil-Kultura tagħhom stess, biex bi nfiq sħiħ tal-enerġija miż-żewġ naħat, titkabbar il-ħajja tal-Ġisem Mistiku[53]. Mela, jkunu mħarsa l-elementi teoloġiċi, psikoloġoċi w umani li jiswew biex ixerrdu u jsaħħu dan is-sens ta’ għaqda mal-Knisja universali.

Dawn il-Knejjes, li sikwit jinstabu fit-taqsimiet l-iżjed fqar tad-dinja, ibatu aktarx min-nuqqas mill-akbar ta’ qassisin u bżonn ta’ għajnuna materjali. Għalhekk, huma jeħtieġu fuq kollox li l-ħidma missjunarja tal-Knisja kollha, mingħajr ma tieqaf, tgħinhom b’dawk il-ħtiġijiet li jiswew, qabel xejn, biex il-Knisja tal-post tikber u biex il-ħajja nisranija ssir matu-ra. Din il-ħidma missjunarja għandha tagħti l-għajnuna wkoll lil dawk il-Knejjes, imwaqqfin minn żmien ilu, li reġgħu lura lejn xi stat ta’ rigress jew ta’ dgħufija.

Madankollu, dawn il-Knejjes għandhom jorganizzaw il-kura pastorali waħdanija tagħhom, flimkien ma’ xogħolijiet addattati, li bihom joktru fl-għadd il-vokazzjonijiet għall-kleru djoċesan u għall-Istituti reliġjużi, ikunu kkonsidrati aktar biż-żgur u mseddqin b’qaw-wa akbar[54], b’mod li, ftit ftit, ikunu jistgħu iżommu lilhom infushom u jagħtu għajnuna lill-oħrajn.

 

20. Minħabba li l-Knisja partikolari għandha tirrapreżenta kemm jista’ jkun tajjeb lill-Knisja universali, tagħraf sewwa li hija mibgħuta wkoll għand dawk li ma jemmnux fi Kristu li jgħixu magħha fl-istess art, biex, bix-xhieda tal-fidili wieħed wieħed u tal-ġemgħa sħiħa, tkun is-sinjal li jurihom lil Kristu.

Barra minn dan, hu meħtieġ il-ministeru tal-Kelma, biex il-Vanġelu jasal s’għand kulħadd. L-Isqof, l-ewwelnett, għandu jkun il-ħabbar tal-fidi, li jressaq dixxipli ġodda lejn Kristu[55]. Biex iwettaq kif jixraq dan ix-xogħol għoli, għandu jifhem bis-sħiħ kemm il-kundizzjonijiet tal-merħla tiegħu u kemm il-fehmiet ġewwiena taċ-ċittadini tiegħu dwar Alla, waqt li jżomm ħsiebu bil-għaqal kollu f’dawk il-bidliet li jdaħħlu l-urbanizzazzjoni, kif isejħu-lha, iċ-ċaqliq minn post għall-ieħor u l-indifferentiżmu reliġjuż.

Il-qassisin tal-pajjiż għandhom jintefgħu bil-ħeġġa għall-ħidma tat-tixrid tal-Vanġelu fil-Knejjes ġodda, waqt li jaħdmu flimkien mal-missjunarji barranin, li magħhom huma jagħmlu presbiterjat wieħed, magħqud taħt is-setgħa tal-Isqof, mhux biss biex jirgħu lill-fidili, u biex jiċċelebraw il-qima t’Alla, iżda wkoll sabiex ixandru l-Vanġelu lil dawk li huma ‘l bogħod minnhom. Juru huma lilhom infushom imħejjija, u meta jasal il-waqt, joffru lilhom infushom b’qalb hienja lill-Isqof biex jagħtu bidu għax-xogħol tal-missjoni fin-naħiet imwar-rbin u mitluqin tad-djoċesi nnifisha jew fi djoċesijiet oħrajn.

Jitħeġġu bl-istess ħrara r-reliġjużi, irġiel u nisa, kif ukoll il-lajċi, lejn iċ-ċittadini sħab-hom, l-iżjed dawk li huma l-aktar fqar.

Il-Konferenzi tal-Isqfijiet għandhom jieħdu ħsieb li jinżammu, minn żmien għall-ieħor, korsijiet ta’ tiġdid fil-Bibbja, fit-teoloġija, fl-ispiritwali, fil-pastorali, bl-għan li, fost il-varjetajiet u l-bidliet fid-dinja, il-kleru jikseb għarfien akbar tat-teoloġija u tal-metodi pastorali.

Mill-bqija, ikunu mħarsa bil-qdusija dawk il-ħwejjeġ kollha li huma mxandra minn dan il-Konċilju, l-iżjed dawk li jinsabu fid-digriet dwar il-ministeru u l-ħajja tal-qassisin.

Biex dan ix-xogħol missjunarju ta’ Knisja partikolari jista’ jseħħ, huma meħtieġa ministri xierqa, li għandhom jitħejjew kif imiss b’mod li jaqbel mal-kundizzjonijiet tal-Knisja li tkun. Imbagħad, minħabba li l-bnedmin qegħdin jinġabru dejjem iżjed fi gruppi, jaqbel ħafna li l-Konferenzi tal-Isqfijiet jintefgħu fuq pjanijiet komuni bejniethom dwar id-djalogu li għandu jinżamm ma’ dawn il-gruppi. Jekk, min-naħa l-oħra, f’ċerti naħiet jinstabu xi gruppi ta’ bnedmin li jżommu lura milli jħaddnu t-twemmin Kattoliku, għaliex ma jistgħux jaddattaw ruħhom għall-forom partikolari li l-Knisja tieħu hemmhekk, hu mixtieq li wieħed jaħseb għal qagħda bħal din b’mod speċjali[56], sakemm l-insara kollha jkunu jistgħu jinġemgħu f’komu-nità waħda. Jekk is-Sede Apostolika jkollha missjunarji biex jaqduha għal dan il-għan, l-Isqfijiet wieħed wieħed isejħulhom fid-djoċesijiet tagħhom jew jilqgħuhom bil-qalb kollha u jmexxulhom ‘il quddiem tajjeb l-inizjattivi tagħhom.

Biex din il-ħeġġa missjunarja tissaħħaħ fost in-nies tal-pajjiż, jaqbel ħafna li l-Knej-jes il-ġodda jieħdu sehem, malajr kemm jista’ jkun, billi jibagħtu huma wkoll missjunarji li jħabbru l-Vanġelu kullimkien fid-dinja, imqar jekk ibatu min-nuqqas ta’ qassisin. L-għaqda mal-Knisja universali tintlaħaq b’ċertu mod, meta huma wkoll għad jieħdu sehem ħaj fil-ħidma missjunarja lejn il-ġnus l-oħra.

 

21. Il-Knisja ma tkunx imwaqqfa tabilħaqq, ma tgħixx ħajja sħiħa, u anqas ma tkun sinjal perfett ta’ Kristu fost il-bnedmin, jekk mal-ġerarkija ma jkunx hemm u ma jaħdimx lajkat fil-veru sens ta’ ismu. Għax il-Vanġelu ma jistax jidħol ‘il ġewwa ħafna fil-moħħ, fil-ħajja u fix-xogħol ta’ poplu mingħajr ma jkun hemm il-lajċi beżlin. Għalhekk, sa mit-twaqqif tal-Knisja, hu ta’ min iħabrek ħafna li jissawwar lajkat nisrani matur.

Għax il-lajċi jappartjenu b’mod sħiħ kemm lill-Poplu t’Alla u kemm lis-soċjetà ċivili. Jappartjenu lill-pajjiż tagħhom, li twieldu fih, li bis-saħħa tal-edukazzjoni bdew jieħdu sehem fit-teżori kulturali tiegħu, li huma marbutin mal-ħajja tiegħu b’ħafna rabtiet soċjali, li huma jaħdmu flimkien għall-progress tiegħu bil-ħidma skont il-professjoni tagħhom, li l-problemi tiegħu huma jħossuhom bħallikieku tagħhom, u jippruvaw iħolluhom. Jappartjenu wkoll lil Kristu, għaliex huma ġew imnisslin mill-ġdid fil-Knisja bil-fidi u bil-magħmudija, biex, bit-tiġdid tal-ħajja tal-għemejjel, huma jkunu ta’ Kristu (ara 1 Kor 15,23), biex kollox ikun taħt Alla fi Kristu, biex fl-aħħar Alla jkun kollox f’kulħadd (ara 1 Kor 15,28).

Ix-xogħol ewlieni tagħhom, kemm irġiel u kemm nisa, hu x-xhieda ta’ Kristu, li għan-dhom jagħtu bil-ħajja, bil-kelma, fil-familja, fl-ambjent soċjali tagħhom, u fit-taħriġ tal-professjoni tagħhom. U jeħtieġ jidher fihom il-bniedem il-ġdid li nħalaq skont Alla fil-ġustiz-zja u fil-qdusija tas-sewwa (ara Ef 4,24). Għandhom, tassew, joħorġu dan it-tiġdid tal-ħajja fl-ambjent tas-soċjetà u tal-kultura tal-pajjiż, skont it-tradizzjonijiet tan-nazzjon tagħhom. Huma għandhom ikunu jafu din il-kultura, isebbħuha u jżommuha, jiżviluppawha skont il-kundizzjonijiet ta’ dan iż-żmien, u fl-aħħar jagħmulha sħiħa fi Kristu, biex it-twemmin ta’ Kristu u l-ħajja tal-Knisja ma jkunux ħwejjeġ barranin għas-soċjetà li huma jgħixu fiha, iżda jibdew biex jidħlu fiha u jagħtuha sura ġdida. Jissieħbu (il-lajċi) maċ-ċittadini l-oħra b’imħabba sinċiera, biex fl-imġiba tagħhom tidher ir-rabta l-ġdida ta’ għaqda u saħħa universali, li ġejjin mill-misteri ta’ Kristu. Jiżirgħu ukoll il-fidi ta’ Kristu fosthom, li huma jint-rabtu magħhom b’relazzjonijiet tal-ħajja u tal-professjoni; dan id-dmir iqanqal b’qawwa akbar, għaliex ħafna bnedmin la jisimgħu il-Vanġelu u lanqas jagħrfu lil Kristu jekk mhux bis-saħħa tal-lajċi tal-qrib. Anzi fejn jista’ jkun, il-lajċi jkunu mħejjija li jwettqu, b’ħidma dejjem aktar diretta, flimkien mal-ġerarkija, il-missjoni speċjali biex jixxandar il-Vanġelu u jingħata t-tagħlim nisrani, sabiex ikabbru s-saħħa tal-Knisja li titwieled.

Jistmaw il-ministri tal-Knisja l-apostolat bieżel tal-lajċi. Huma għandhom jiffurmaw lil-lajċi biex, bħala membri ta’ Kristu, ikunu jafu sewwa bir-responsabbiltà tagħhom għall-bnedmin kollha; jgħallmuhom ħafna dwar il-misteri ta’ Kristu, iressquhom quddiem metodi prattiċi u jgħinuhom fid-diffikultajiet, skont kif tixtieq il-Kostituzzjoni “Lumen Gentium” u d-digriet “Apostolicam Actuositatem”.

Għalhekk, bil-qima kollha lejn ix-xogħolijiet u r-responsabbiltajiet tar-Ragħajja u tal-lajċi, il-Knisja kollha tagħti xhieda sħiħa ħajja u qawwija ta’ Kristu, biex tkun is-sinjal kollu tad-dawl tas-salvazzjoni, li wasal għandna fi Kristu.

 

22. Iż-żerriegħa li hi l-kelma t’Alla, waqt li tarmi minn art tajba, imsoqqija mid-dija tas-sema, tieħu s-sugu, tbiddlu u tassimilah biex fl-aħħar jagħti ħafna frott. Tabilħaqq, bħall-ekonomija tal-Inkarnazzjoni, il-Knejjes il-ġodda, li għandhom l-għeruq fi Kristu u huma mibnijin fuq is-sisien tal-appostli jaqilgħu l-ġid kollu tan-nazzjon li tħalla lil Kristu b’wirt (ara Salm 2,8). Huma, mid-drawwiet u t-tradizzjonijiet, mill-għerf u mit-tagħlim, mill-arti u mix-xjenzi tal-poplu tagħhom, jieħdu l-ħwejjeġ kollha li jistgħu jiswew għall-istqarrija tal-glorja tal-Ħallieq, biex idawlu l-grazzja tal-Feddej, u biex jirregolaw kif jixraq il-ħajja nisranija[57].

Biex dan il-għan jintlaħaq, hu meħtieġ li fl-ambjent ta’ kull biċċa art kbira soċjo-kulturali, kif isejħulha, titqanqal il-konsiderazzjoni tat-teoloġija, li biha, id-dawl tat-tradiz-zjoni tal-Knisja universali, il-ġrajjiet u l-kelmiet irrivelati minn Alla, li huma mniżżla fil-Kotba Mqaddsa u mfissrin mill-Padri, u mill-maġisteru tal-Knisja, jgħaddu minn tiftix ġdid. Hekk ikun mifhum aħjar minn liema triqat il-fidi, bir-rispett kollu lejn il-filosofija u l-għerf tal-poplu, tista’ tfittex lill-intellett, u b’liema modi d-drawwiet, l-idea tal-ħajja u l-ordni soċjali jistgħu jaqblu mal-liġijiet fir-rivelazzjoni Divina. U minn dan jinfetħu t-triqat għal adattament akbar tal-ħajja nisranija f’dak kollu li tħaddan. B’dan il-mod titwarrab kull xorta ta’ sinkretiżmu u ta’ partikulariżmu falz, il-ħajja nisranija ssir taqbel mal-karattru u x-xejra ta’ kull kultura[58], it-tradizzjonijiet partikolari flimkien mad-doni ta’ kull miġemgħa nazzjonali, imsebbħin bid-dawl tal-Vanġelu, jinġabru fi-rabta waħda Kattolika. Fl-aħħar, il-Knejjes ġodda partikulari, imżejnin bit-tradizzjonijiet tagħhom, ikollhom il-post tagħhom fil-ġemgħa tal-Knisja, fil-ġemgħa tal-Knisja, waqt li jibqa’ sħiħ il-Primat tal-Katedra ta’ Pietru, li jippresiedi l-kotra universali tal-imħabba[59].

Għalhekk hu mixtieq, anzi jaqbel tassew, li l-Konferenzi tal-Isqfijiet jingħaqdu flimkien, fil-limiti ta’ kull art kbira soċjo-kulturali, b’mod li jirnexxilhom iwettqu, b’qalb waħda u b’fehmiet li jaqblu, dan il-pjan ta’ adattament.

 

 

 

IR-RABA’ TAQSIMA

Dwar il-Missjunarji

 

 

23. Għalkemm ix-xogħol tat-tixrid tal-fidi jaqa’ fuq kull dixxiplu ta’ Kristu, skont il-ħila tiegħu[60], l-imgħallem Kristu jsejjaħ dejjem mill-għadd tad-dixxipli lil dawk li hu jrid, biex ikunu miegħu u biex jibagħthom ixandru lill-ġnus (ara Mk 3,13). Mela Hu, bl-Ispirtu s-Santu li jqassam id-doni tiegħu kif irid hu għall-ġid (ara 1 Kor 12,11), inebbaħ is-sejħa missjunar-ja fil-qlub tal-individwi u fl-istess ħin iqajjem fil-Knisja l-Istituzzjonijiet[61], li jindaħlu, bħala dmir tagħhom, għax-xogħol tax-xandir tal-Vanġelu, li jolqot lill-Knisja kollha.

Huma mwettqa b’vokazzjoni speċjali dawk li, mogħnija b’xeħta naturali, tajbin bid-doni u l-ħila, huma lesti li jidħlu għax-xogħol missjunarju[62], kemm indiġeni u kemm barra-nin: qassisin, reliġjużi, lajċi. Mibgħutin mis-setgħa leġittima, imorru b’fidi u b’ubbidjenza għand dawk li huma ‘l bogħod minn Kristu, mogħtijin għax-xogħol li huma ġew imsejħin għalih (ara Atti 13,2) bħala l-ministri tal-Vanġelu, “biex ikunu l-ġnus offerta li togħġob, imqaddsa bl-Ispirtu s-Santu” (Rum 15,16).

Iżda, tabilħaqq, waqt li Alla jsejjaħ, il-bniedem għandu jwieġeb b’mod li, waqt li ma jikkuntentax lid-demm u l-laħam (ara Gal 1,16), jirbaħ lilu nnifsu bis-sħiħ għall-ħidma tal-Vanġelu. Din it-tweġiba ma tistax tingħata mingħajr l-Ispirtu s-Santu li jqanqal u jqawwi. Għax min hu mibgħut jidħol fil-ħajja u fil-missjoni ta’ Dak li “xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir” (Fil 2,7). Għalhekk għandu jkun imħejji li jżomm sħiħ fil-vokazzjoni tiegħu tul ħajtu kollha, li jiċċaħħad minnu nnifsu u mill-ħwejjeġ kollha li qabel kienu tiegħu, u “jsir kollox għal kulħadd” (1 Kor 9,22).

Waqt li jħabbar il-Vanġelu lill-ġnus, għandu, kollu tama, jagħmel magħruf il-misteru ta’ Kristu, li għalih qiegħed iwettaq xogħol ta’ ambaxxatur, b’mod li f’ismu ma jibżax jitkel-lem, meta hu meħtieġ (ara Ef 6,19….; Atti 4,31), mingħajr ma jistħi mill-iskandlu tas-salib. Waqt li jimxi fuq il-passi tal-Imgħallem tiegħu, b’qalb ġwejda w umli, juri li l-madmad Tie-għu hu ħelu u t-toqol Tiegħu ħafif (Mt 11,29). B’ħajja mfassla tassew fuq il-Vanġelu[63], b’sabar kbir, b’qalb miftuħa, bil-ħlewwa, bl-imħabba bla qerq (ara 2 Kor 6,4), jagħti xhieda tal-Imgħallem tiegħu, jekk ikun meħtieġ, saħansitra bit-tixrid tad-demm. Jitlob lil Alla l-virtù u l-qawwa, biex jagħraf li l-milja tal-hena hija fit-taħriġ twil tat-tbatija u fil-faqar l-aktar kbir (ara 2 Kor 8,2). Ikun sħiħ fil-fehma li l-ubbidjenza hi l-virtù li tagħżel lill-ministru ta’ Kristu, li bl-ubbidjenza tiegħu feda n-nisel uman.

Il-ħabbara tal-Vanġelu, biex ma jittraskurawx il-grazzja li hija fihom, jiġġeddu fl-ispirtu tagħhom minn jum għall-ieħor (ara 1 Tim 4,14; Ef 4,23; 2 Kor 4,16). L-Ordinarju u s-Superjuri għandhom jiġbru flimkien lill-missjunarji, fi żminijiet fissi, biex jissaħħu fit-tama tal-vokazzjoni tagħhom u jiġġeddu fil-ħidma tal-apostolat, waqt li jwaqqfu wkoll djar għal dan il-għan.

 

25. Il-missjunarju ta’ għada għandu jħejji ruħu b’formazzjoni spiritwali speċjali għal xogħol daqshekk għoli[64]. Għandu jkollu fehma sħiħa li jagħti bidu għall-ħidma, waqt li jżomm qawwi biex itemm ix-xogħol sal-aħħar, ikun perseveranti fid-diffikultajiet, iġarrab is-solit–udni, it-taħbit u x-xogħol mingħajr risq. Jersaq lejn il-bnedmin b’moħħ miftuħ u b’qalb kbira; jidħol minn jeddu għax-xogħol mitluq f’idejh; jaddatta wkoll ruħu bil-qalb għad-drawwiet barranin tal-popli u għall-kundizzjonijiet li jitbiddlu; jagħti l-għajnuna tiegħu, bi ftehim u b’imħabba miż-żewġ naħat, lill-aħwa u lil dawk li jixbhu l-ġemgħa tal-appostli, ikunu fl-istess ħin mal-fidili qalb waħda u ruħ waħda (ara Atti 2,42; 4,32)

Dawn ix-xejriet tar-ruħ għandhom ikunu mħarrġin bil-għaqal sa minn żmien tal-formazzjoni, imħarsin u mgħollijin u msaħħin bil-ħajja spiritwali. Il-missjunarju, imfawwar bi twemmin ħaj u b’tama li ma tonqosx, ikun bniedem ta’ talb; ikun mixgħul bi spirtu ta’ virtù, ta’ mħabba u ta’ qies (ara 2 Tim 1,7); jitgħallem ikun kuntent fil-kundizzjonijiet tiegħu (ara Fil 4,11); iġorr dejjem bi spirtu ta’ tgħakkis il-mewt ta’ Kristu fih innifsu, biex il-ħajja ta’ Ġesù taħdem f’dawk li hi mibgħuta għandhom (ara 2 Kor 4,10); fil-ħeġġa tiegħu għall-erwieħ jonfoq kollox minn jeddu u jintefaq hu nnifsu għall-erwieħ (ara 2 Kor 12,15) u wkoll sabiex “bit-taħriġ ta’ kuljum tad-dmir tiegħu, jikber fl-imħabba ta’ Alla u ta’ għajru”[65]. B’hekk waqt li jobdi ma’ Kristu r-rieda tal-Missier, jissokta l-missjoni Tiegħu taħt is-setgħa tal-ġerarkija tal-Knisja u jagħti sehem fil-misteru tas-salvazzjoni.

 

26. Dawk li jkunu mibgħuta għand il-ġnus varji, bħala ministri tajba ta’ Kristu, ikunu mseddqin “bil-kliem tat-twemmin tat-tagħlim tajjeb” (ara 1 Tim 4,6) li, qabel xejn, huma ġejjin mill-Kotba Mqaddsa, waqt li jgħarblu sewwa l-misteri ta’ Kristu, li huma ser ikunu l-ħabbara u x-xhieda tiegħu.

Għalhekk il-missjunarji kollha – qassisin, reliġjużi, lajċi, sorijiet – għandhom ikunu mħejjija u ffurmati, kull wieħed skont il-qagħda tiegħu, biex ma jsibux ruħhom ma jaqblux ma’ kull ma jitlob minnhom ix-xogħol tal-ġejjieni[66]. Sa mill-bidu, il-formazzjoni duttrinali tagħhom għandha tinbena b’mod li tħaddan kemm l-universalità tal-Knisja u kemm id-diversità tal-ġnus. Dan jgħodd għad-dixxiplini kollha, li bis-saħħa tagħhom huma jitħejjew biex iħarrġu l-ministeru, kif ukoll għax-xjenzi l-oħra li bihom jitgħallmu b’mod siewi biex ikollhom għarfien wieħed tal-popli, taċ-ċiviltajiet u tar-reliġjonijiet, b’ħarsa mhux biss lejn l-imgħoddi iżda wkoll lejn iż-żmien ta’ issa. Tassew, min ikun ser imur għand poplu ieħor, jistma ħafna l-patrimonju, l-ilsna u d-drawwiet tiegħu. Hu meħtieġ fuq kollox, għall-missju-narju ta’ għada li jintefa’ fuq l-istudji tal-missjoloġija, jiġifieri jagħraf it-tagħlim u r-regoli tal-Knisja dwar il-ħidma missjunarja, ikun jaf minn liema toroq għaddew il-ħabbara tal-Vanġe-lu matul is-sekli, kif ukoll ikun jaf il-qagħda tal-missjonijiet bħalissa, flimkien mal-metodi, li huma miżmuma bħala aktar effikaċi fi żmienna[67].

U jekk tassew din il-formazzjoni sħiħa għandha tkun imfawra b’ħerqa pastorali, għandha tingħata, mela, formazzjoni apostolika partikolari u rregolata kemm bid-duttrina u kemm bit-taħriġ pastorali u kemm bit-taħriġ prattiku[68].

Hu meħtieġ li dawk ukoll li għal xi żmien  qegħdin jieħdu sehem fil-ħidma missjunar-ja, jiksbu formazzjoni xierqa għall-qagħda tagħhom.

Dawn ix-xorta ta’ formazzjoni, imbagħad, ikunu mitmuma fl-artijiet fejn huma jintba-għtu, b’mod li l-missjunarji jagħrfu aktar bis-sħiħ l-istorja, l-istrutturi soċjali u d-drawwiet tal-popli, jifhmu sewwa l-ordni morali u l-liġijiet reliġjużi, kif ukoll l-ideat ġewwiena li dawk in-nies ikunu sawru dwar Alla, id-dinja u l-bniedem skont tradizzjonijiet li għalihom huma qaddisin[69]. Jitgħallmu l-ilsna daqshekk tajjeb li jkunu jistgħu jużawhom b’ħeffa u sewwa, u b’hekk isibu l-mod aktar ħafif biex jaslu għand l-imħuħ u l-qlub tal-bnedmin[70]. Barra minn dan, ikunu mressqin lejn ħtiġijiet partikolari ta’ xejra pastorali.

Xi wħud, imbagħad, ikunu mħejjija b’tagħlim aktar profond fl-Istituti tal-Missjoloġija jew f’fakultajiet jew universitajiet oħrajn, biex ikunu jistgħu iwettqu bi frott akbar xogħolijiet speċjali[71] u jgħinu bl-għerf tagħhom lill-missjunarji l-oħrajn fit-taħriġ tal-ħidma missjunarja li l-iżjed li żmienna tagħti daqshekk diffikultajiet u opportunitajiet. Ukoll, hu mixtieq ħafna li l-Konferenzi Reġjonali tal-Isqfijiet ikollhom għall-qadi tagħhom ġemgħa ta’ dawk l-esperti, u jużaw l-għerf u l-esperjenza tagħhom b’risq il-ħtiġijiet tax-xogħol tagħhom. M’għandhomx jibqgħu lura dawk li jafu jħaddmu bis-sengħa l-istrumenti tat-teknika u l-komunikazzjoni soċjali, li lkoll għandhom iżommuhom bħala importanti ħafna.

 

27. Dawn il-ħwejjeġ kollha, għalkemm huma meħtieġa tassew għal kull min jintbagħat għand il-ġnus, fil-fatt, ftit li xejn jistgħu jintlaħqu minn wieħed waħdu. U minħabba li x-xogħol missjunarju nnifsu, kif tixhed l-esperjenza, ma jistax iseħħ minn individwi, vokaz-zjoni waħda ġabret flimkien lill-individwi f’Istituti, fejn, b’saħħiet magħqudin, huma jkunu ffurmati kif jixraq u jwettqu dak ix-xogħol f’isem il-Knisja u skont ir-rieda tas-setgħa ġerar-kika. Dawn l-Istituti, minn sekli ilu, ġarrew it-toqol tal-jum u tas-sħana, kemm jekk intefgħu għax-xogħol missjunarju bis-sħiħ u kemm jekk mhux bis-sħiħ. Sikwit tħallew f’idejhom mis-“Santa Sede” artijiet kbar biex ixandrulhom il-Vanġelu, li fihom huma għaqdu poplu ġdid t’Alla, Knisja tal-post marbuta mar-ragħajja tagħha. Lill-Knejjes imwaqqfin bil-għaraq u iżjed, bid-demm tagħhom, huma jkunulhom ta’ servizz bil-ħeġġa u l-esperjenza tagħhom, b’ħidma flimkien bħal tal-aħwa, kemm waqt li jħarrġu l-kura tal-erwieħ, u kemm waqt li jwettqu xogħolijiet speċjali għall-ġid ta’ kulħadd.

Xi drabi jidħlu għal xi xogħolijiet li huma aktar urġenti għall-ambjent kollu ta’ xi art, ngħidu aħna, ix-xandir tal-Vanġelu lil gruppi ta’ popli, li għal xi raġunijiet partikolari, aktarx għadhom ma laqgħux l-aħbar tal-Vanġelu jew s’issa dejjem waqfulha[72].

Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom ikunu mħejjija li jiffurmaw u jgħinu, bl-esperjenza tagħhom, lil dawk li għal xi żmien qegħdin jagħtu lilhom infushom għall-ħidma missjunarja.

Minħabba f’dan kollu, u minħabba li għad fadal ħafna ġnus li jridu jitwasslu għand Kristu, dawn l-Istituti jibqgħu tabilħaqq meħtieġa.

 

IL-ĦAMES TAQSIMA

 

28. L-insara, minħabba li għandhom donijiet differenti (ara Rum 12,6), huma għandhom jaħdmu flimkien għall-Vanġelu, kull wieħed skont l-opportunità, il-ħila, id-don u l-ministeru tiegħu (ara 1 Kor 3,10); dawk kollha, mela, li jiżirgħu u dawk li jaħsdu (ara Ġw 4,37), dawk li jħawlu u dawk li jsaqqu, jeħtieġ ikunu ħaġa waħda (ara 1 Kor 3,8) biex “waqt li jħarsu flimkien bil-qalb u bi ftehim lejn l-istess għan”[73], imexxu b’qalb waħda s-saħħiet tagħhom għall-bini tal-Knisja.

Minħabba f’dan ix-xogħol tal-ħabbara u l-għajnuna tal-bqija tal-fidili għandhom ikunu rregolati u miġbura b’mod li “jsir kollox kif jixraq u kif imiss” (1 Kor 14,40) fl-oqsma kollha tal-ħidma u l-għajnuna missjunarja.

 

29. Minħabba li x-xogħol tax-xandir tal-Vanġelu fid-dinja kollha jolqot, qabel xejn, lill-Kulleġġ tal-Isqfijiet[74], is-Sinodu tal-Isqfijiet jew “il-Kummissjoni tal-Isqfijiet imwaqqfa għall-Knisja kollha”[75], fost l-affarijiet ġenerali ta’ importanza ġenerali[76] għandha taħseb b’mod speċjali fil-ħidma missjunarja, id-dmir l-aktar għoli u qaddis tal-Knisja[77].

Wieħed biss għandu jkun jaf id-Dikasterju kompetenti għall-missjonijiet kollha u għall-ħidma missjunarja kollha kemm hi, jiġifieri l-“Propaganda Fide” li minnha huma mmexxija kif ukoll marbuta f’daqqa fid-dinja kollha, kemm l-istess xogħol missjunarju kif ukoll il-koperazzjoni missjunarja, b’kull qima, madankollu, lejn il-jedd tal-Knejjes Orjentali[78].

Għalkemm l-Ispirtu s-Santu jqajjem b’ħafna modi l-ispirtu missjunarju fil-Knisja t’Alla, u sikwit jasal qabel il-ħidma ta’ dawk li dmirhom hu li jiggwidaw il-ħajja tal-Knisja, madankollu, dan id-Dikasterju wkoll għandu jmexxi ‘l quddiem min-naħa tiegħu, is-sejħa u l-ispiritwalità missjunarja, il-ħeġġa u t-talb għall-missjonijiet, kif ukoll jagħti dwarhom aħbar-ijiet sewwa u li jaqblu. Għandhom jitqajmu missjunarji u jitqassmu minnu skont l-akbar ħtiġijiet tal-pajjiż. Ikun immexxi minnu pjan irregolat ta’ ħidma u joħorġu mingħandu regoli ta’ direttivi u prinċipji xierqa għax-xandir tal-Vanġelu, u jħeġġeġ, iqajjem u jgħaqqad flimkien il-ġabra effettiva tas-sussidji li jitqassmu skont il-firxa tal-art, l-għadd ta’ dawk li jemmnu u dawk li ma jemmnux, tal-opri u tal-Istituzzjonijiet, tal-ministri u tal-missjunarji.

Flimkien mas-Segretarjat għall-għaqda bejn l-insara, hu (id-Dikasterju) ifittex toroq u mezzi biex tkun imħarsa u rregolata l-ħidma magħquda ta’ aħwa kif ukoll l-għixien flimkien ma’ inizjattivi missjunarji ta’ komunitajiet insara oħrajn, sabiex jitneħħa, kemm jista’ jkun, l-iskandlu tal-qsim.

Għalhekk hu meħtieġ li dan id-Dikasterju ikun kemm strument ta’ amministrazzjoni u kemm organu ta’ tmexxija mimlija saħħa, li tħaddem il-metodi xjentifiċi u l-istrumenti li jixirqu lill-kundizzjonijiet ta’ dan iż-żmien, waqt li jkunu kkunsidrati s-sejbiet tal-lum tat-teoloġija, il-metodoloġija u l-pastorali missjunarja.

Fit-tmexxija ta’ dan id-Dikasterju jkollhom sehem ħaj b’vot maħsub ir-rappreżentanti magħżulin minn dawk kollha li jissieħbu flimkien fil-ħidma missjunarja; Isqfijiet mid-dinja kollha, wara l-kelma tal-Konferenzi tal-Isqfijiet, kif ukoll Diretturi tal-Istitut u tal-Opri Ponti-fiċji, skont il-modi u l-fehmiet li għandhom jitwaqqfu mill-Papa. Dawk kollha, li għandhom jissejħu minn żmien għal żmien, għandhom imexxu, taħt is-setgħa tal-Papa, l-ogħla organizzazzjoni tal-ħidma missjunarja kollha.

Dan id-Dikasterju jkollu biex jaqdih Kummissjoni permanenti ta’ esperti Konsulturi, ilkoll mgħoddijin mix-xjenza u mill-esperjenza; dawn, fost ħwejjeġ oħra, ikunu jridu jiġbru aħbarijiet ta’ siwi kemm dwar il-qagħda lokali tan-naħiet varji u l-mod kif jaħsbu gruppi diversi tal-bnedmin, kemm dwar il-metodi li għandhom jintużaw għax-xandir tal-Vanġelu, u (jkunu jridu) jressqu konklużjonijiet imsejsin fuq ix-xjenza għall-opra u l-ħidma magħquda missjunarja.

 

30. Biex fit-taħriġ tal-ħidma missjunarja, jintlaħaq l-għan u l-effett, il-ħaddiema missjunarja kollha jkollhom “qalb waħda u ruħ waħda” (Atti 4,32)

Hu dmir tal-Isqof, bħala mexxej u ċ-ċentru tal-għaqda fl-apostolat djoċesan, li jmexxi ‘l quddiem il-ħidma missjunarja, jirregolaha u jżommha magħquda, b’mod, iżda, li l-ħerqa spontanea ta’ dawk li jieħdu sehem fix-xogħol tinżamm u tissaħħaħ. Il-missjunarji kollha, ir-reliġjużi eżenti wkoll, jaqgħu taħt is-setgħa tiegħu fil-ħidmiet varji li għandhom x’jaqsmu mat-twettiq tal-apostolat qaddis[79]. Biex ikun hemm ftehim aktar, l-Isqof waqqaf, sa kemm jista’ jkun, Kunsill pastorali, li fih il-kleriċi, ir-reliġjużi u l-lajċi ikollhom sehem bis-saħħa ta’ delegati magħżulin. Barraminn dan, jieħu ħsieb li l-ħidma tal-apostolat ma tillimitax ruħha għal dawk biss li kkonvertew diġà, iżda li taqsima xierqa mill-ħaddiema u s-sussidji titħalla għax-xandir tal-Vanġelu lil dawk li mhumiex insara.

 

31. Il-Konferenzi tal-Isqfijiet jittrattaw bi ftehim sħiħ dwar il-kwistjonijiet il-kbar u l-problemi urġenti, mingħajr ma jinsew id-differenzi lokali[80]. Biex il-persuni u l-mezzi, li mhumiex biżżejjed, ma jinħlewx, u biex ma jiżdidux inizjattivi mingħajr ħtieġa, hu rrikmandat li jitwaqqfu opri li, bis-saħħiet magħqudin f’daqqa, jaqdu l-ġid ta’ kulħadd, bħal, b’eżempju, is-seminarji, l-iskejjel ogħla u tekniċi, iċ-ċentri tal-pastorali, tal-kateketika, tal-liturġija, kif ukoll dawk il-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali.

Ħidma magħquda bħal din titwaqqaf ukoll skont l-opportunità, bejn Konferenzi diversi tal-Isqfijiet.

 

32. Jaqbel ukoll li jingħaqdu f’daqqa l-ħidmiet li huma mwettqa mill-Istituti jew mill-Assoċj-azzjonijiet tal-Knisja. Dawn kollha, ikunu ta’ liema xorta jkunu, għandhom jaqblu mal-Ordinarju tal-post fil-ħwejjeġ kollha li jolqtu l-ħidma missjunarja nnifisha. Minħabba f’dan, ikun jiswa ħafna li jiddaħħlu konvenzjonijiet partikolari, li bihom ikunu rregolati r-relazzjo-nijiet bejn l-Ordinarju tal-post u s-Superjur tal-Istitut.

Meta xi biċċa art titħalla f’idejn xi Istitut, ikun fil-ħsieb tas-Superjur tal-Knisja u tal-Istitut li kollox jitmexxa lejn l-għan li l-ġemgħa nisranija ġdida tikber fi Knisja lokali li, meta jkun il-waqt, titmexxa mill-Isqof tagħha flimkien mal-kleru tagħha.

Metal-mandat fuq xi biċċa art jiġi mitmum, tiġi kundizzjoni oħra. Imbagħad, il-Konf-erenzi tal-Isqfijet u l-Istituti jwaqqfu, bi ftehim sħiħ, regoli li jqisu r-relazzjonijiet bejn l-Ordinarji tal-postijiet u l-Istituti[81]. Iżda tkun ħaġa tas-“Santa Sede” li tabbozza l-prinċipji ġenerali li magħhom iridu jkunu mdaħħlin il-konvenzjonijiet reġjonali jew ukoll partikolari.

Għalkemm l-Istituti jkunu mħejjija jissuktaw ix-xogħol mibdi, waqt li jaħdmu flimkien fil-ministeru ordinarju tal-ħarsien tal-erwieħ, madankollu, waqt li jikber il-kleru tal-post, għandu jittieħed ħsieb li l-Istituti, sakemm ikun jaqbel mal-għan tagħhom, jibqgħu sħaħ lejn id-Djoċesi nnifisha, billi jieħdu bil-qalb xogħolijiet speċjali jew jieħdu responsabbiltà għal xi taqsima minnha.

 

33. Jeħtieġ, tassew, li l-Istituti li jintefgħu għall-ħidma missjunarja fl-istess art, isibu t-toroq u l-modi li bihom jingħaqdu x-xogħolijiet tagħhom. Għalhekk huma ta’ siwi mill-akbar il-Konferenzi tar-Reliġjużi u l-Unjonijiet tas-Sorijiet, li fihom għandhom ikollhom sehem l-Istituti kollha tal-istess nazzjon jewnaħa. Dawn il-Konferenzi jfittxu kemm ħwejjeġ jistgħu isiru bi sforz komuni, u jkunu marbutin mal-Konferenzi tal-Isqfijiet b’relazzjonijiet mill-qrib.

Għalhekk ukoll jaqbel li dan kollu jinfirex ukoll biex iħaddan il-koperazzjoni tal-Istituti missjunarji f’pajjiżhom, biex b’hekk kwistjonijiet w inizjattivi jkunu jistgħu jitmexxew b’ħeffa akbar u b’inqas spejjeż, bħal, b’eżempju, il-formazzjoni duttrinali tal-missjunarji ta’ għada, kif ukoll il-korsijiet għall-missjunarji, ir-relazzjonijiet mas-setgħat pubbliċi jew l-organiżmi internazzjonali u superinternazzjonali.

 

34. Minħabba li t-taħriġ tajjeb u rregolat tal-ħidma missjunarja jitlob li l-ħaddiema tal-Vanġelu jkunu mħejjija xjentifikament għax-xogħol tagħhom, l-aktar għad-djalogu mar-reliġjonijiet u maċ-ċivitajiet li mhumiex insara, u li fit-twettiq innifsu jkunu megħjunin b’mod li jiswielhom, hu mixtieq li jaħdmu flimkien bejniethom bħall-aħwa u bil-qalb, b’risq il-missjoni u l-Istituti xjentifiċi kollha li jieħdu ħsieb il-missjoloġija u x-xjenzi l-oħrajn jew l-arti li huma ta’ siwi għall-missjonijiet, bħalma huma l-etnoloġija u l-lingwistika, l-istorja u x-xjenza tar-reliġjonijiet, is-soċjoloġija, l-arti pastorali u l-oħrajn bħalhom.

 

 

IS-SITT TAQSIMA

Dwar il-Koperazzjoni

 

 

35. Minħabba li l-Knisja kollha hija missjunarja u x-xogħol tal-Vanġelu huwa d-dmir fund-amentali tal-Poplu ta’ Alla, il-Konċilju Mqaddes jistieden lil kulħadd għal tiġdid ġewwieni sħiħ biex, waqt li jkollhom għarfien ħaj tar-responsabbiltà tagħhom għat-tixrid tal-Vanġelu, huma jieħdu s-sehem tagħhom fix-xogħol missjunarju fost il-ġnus.

 

36. Bħala mseħbin ta’ Kristu ħaj, li huma tgħaqqdu Miegħu u saru bħalu bil-Magħmudija u wkoll bil-Griżma tal-Isqof u l-Ewkaristija, il-fidili kollha għandhom id-dmir li jieħdu sehem fit-tkabbir u t-tixrid tal-Ġisem Tiegħu, biex iġibuh mill-aktar fis fil-milja tiegħu (Ef 4,13).

Għalhekk, l-uħud kollha tal-Knisja għandhom ikollhom għarfien ħaj tar-responsab-biltajiet tagħhom quddiem id-dinja, irawmu fihom infushom spirtu tassew Kattoliku, u jagħtu saħħithom fix-xogħol tat-tixrid tal-Vanġelu. Iżda jkunu jafu wkoll li l-ewwel u l-akbar dmir tagħhom għat-tixrid tal-fidi hu li jgħixu ħajja kollha kemm hi nisranija. Mela, il-ħrara tagħhom fil-qadi ta’ Alla, u l-imħabba tagħhom lejn l-oħrajn iġibu riħ spiritwali ġdid fil-Knisja kollha, li ser tidher bħala s-sinjal mgħolli fuq il-ġnus (ara Iż 11,12); “id-dawl tad-dinja” (Mt 5,13). Din ix-xhieda tal-ħajja tikseb b’ħeffa akbar l-effett tagħha jekk tingħata flimkien mal-gruppi insara l-oħrajn, skont ir-regoli tad-Digriet “Dwar l-Ekumeniżmu”[82].

Minndan l-Ispirtu mġedded jitressqu lil Alla bil-qalb, talb u għemejjel ta’ tgħakkis, biex hu jagħni x-xogħol tal-missjunarji bil-grazzja tiegħu; “minnu jitnisslu vokazzjonijiet missjunarji, jiġu l-għajnuniet li l-missjonijiet jeħtieġu.”

Sabiex, mela, l-insara, ilkoll u wieħed wieħed, ikunu jafu sewwa x’inhi l-qagħda preżenti tal-Knisja fid-dinja, u biex jisimgħu l-leħen tal-ġemgħat li jgħajtu “Għinna” (ara Atti 16,9), għandhom jingħataw aħbarijiet missjunarji bl-użu wkoll tal-istrumenti tal-komunik-azzjoni soċjali, biex waqt li jħossu b’hekk il-ħidma missjunarja bħala ħaġa tagħhom, jiftħu qalbhom għall-ħtiġijiet daqshekk kbar u bla qies tal-bnedmin, u jkunu jistgħu jagħtuhom l-għajnuna.

Hu meħtieġ ukoll li dawn l-aħbarijiet ikunu rregolati flimkien u li l-ħidma ssir flimkien mal-organiżmi nazzjonali w internazzjonali.

 

37. Minħabba li l-Poplu t’Alla jgħix f’komunitajiet, l-iżjed djoċesani u parrokkjali, u jidher fihom b’kull mod f’sura li tidher, imiss lil dawn ukoll li jagħtu xhieda ta’ Kristu quddiem il-ġnus.

Il-grazzja tat-tiġdid ma tistax tidher fil-komunitajiet jekk kull waħda ma tkabbarx il-wisgħa tal-imħabba sat-truf tal-art, u jkollha l-istess ħarsien għal dawk li jinsabu ‘l bogħod bħalma għandha għal dawk li huma l-imseħbin tagħha.

Hekk il-ġemgħa kollha titlob, tikkopera u tħarreġ ħidma fost il-ġnus bis-saħħa ta’ wliedha li Alla għażel għal dan ix-xogħol l-aktar għoli.

Ikun ta’ siwi ħafna, imbasta ma jitħalliex fil-ġenb ix-xogħol missjunarju universali, li jinżamm kuntatt mal-missjunarji li ħarġu mill-komunità nnifisha, jew ma’ xi parroċċa jew xi djoċesi tal-missjonijiet, biex l-għaqda fost il-komunitajiet issir tidher u tisfa ta’ ġid għall-bini taż-żewġ naħiet.

 

38. L-Isqfijiet kollha, bħala membri tal-Ġisem tal-Isqfijiet li jiġi wara l-Kulleġġ Apostoliku, huma kkonsagrati mhux biss għal xi djoċesi, iżda għas-salvazzjoni tad-dinja kollha. Il-mandat ta’ Kristu li jxandru l-Vanġelu lill-ħlejjaq kollha (Mk 16,15), imiss, l-ewwelnett u b’mod dirett, lilhom, flimkien ma’ Pietru u taħt Pietru. Minnhawn titnissel dik l-għaqda u l-ħidma magħquda tal-knejjes li llum hi meħtieġa daqshekk biex jitwettaq ix-xogħol tax-xandir tal-Vanġelu. Bis-saħħa ta’ din l-għaqda, il-Knejjes, waħda waħda, għandhom ħsieb-hom fl-oħrajn kollha, juru lil xulxin bil-ħtiġijiet tagħhom, jikkomunikaw ma’ xulxin l-affarijiet tagħhom, minħabba li t-tixrid tal-Ġisem ta’ Kristu hu d-dmir tal-Kulleġġ kollu tal-Isqfijiet[83].

Waqt li l-Isqof iqanqal, jgħaddi ‘l quddiem u jmexxi fid-djoċesi tiegħu, li magħha hu jagħmel ħaġa waħda, ix-xogħol missjunarju, hu jġib l-ispirtu u l-ħrara missjunarja tal-Poplu t’Alla preżenti u kważi jidhru, b’mod li d-djoċesi sħiħa ssir missjunarja.

Hu dmir tal-Isqof li jqanqal fil-poplu tiegħu, l-iżjed fost il-morda u dawk li huma mgħakksin b’xi ħsara, qlub li joffru ‘l Alla b’qalb miftuħa t-talb u t-tbatijiet għat-tixrid tal-Vanġelu fid-dinja; li jinkuraġixxi minn jeddu l-vokazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-kleriċi għall-Istituti missjunarji, waqt li juri qalb grata jekk Alla jagħżel xi wħud biex jidħlu fil-ħidma miss-junarja tal-Knisja; li jħeġġeġ u jgħin il-Kongregazzjonijiet djoċesani biex iwettqu s-sehem tagħhom fil-missjonijiet, li jmexxi ‘l quddiem l-opri tal-Istituti missjunarji fost il-fidili tiegħu, u l-iżjed l-Opri Pontifiċji Missjunarji. Lil dawk l-opri għandu jitħalla bil-jedd kollu l-ewwel post; għaliex huma l-mezzi kemm biex il-Kattoliċi jimtlew, sa minntfulithom, b’sens tabilħaqq universali u missjunarju, u kemm biex titqajjem ġabra siewja ta’ sussidji b’risq il-missjon-ijiet kollha u għall-ħtieġa ta’ kull waħda[84].

Minħabba li l-ħtieġa ta’ ħaddiema fid-dwieli tal-Mulej qiegħda tikber minn jum għall-ieħor, u l-qassisin djoċesani jixtiequ li huma wkoll ikollohom sehem dejjem akbar fit-tixrid tal-Vanġelu fid-dinja, il-Konċilju Mqaddes jixtieq li l-Isqfijiet, waqt li jikkonsidraw in-nuqqas mill-akbar ta’ qassisin, li bih qiegħed ikun imfixkel ix-xandir tal-Vanġelu lil ħafna artijiet, jibagħtu wħud mill-aħjar qassisin tagħhom li, wara li jkunu ħadu tħejjija xierqa, jagħtu lilhom infushom għax-xogħol missjunarju, għand id-djoċesijiet li huma neqsin mill-kleru; hemm, għall-inqas għal xi żmien, iħarrġu l-ministeru missjunarju fi spirtu ta’ servizz[85].

U sabiex il-ħidma missjunarja tal-Isqfijiet tkun tista’ titwettaq b’siwi aktar għall-ġid tal-Knisja kollha, jiswa li l-Konferenzi tal-Isqfijiet jirregolaw il-kwistjonijiet li jolqtu l-koperaz-zjoni meqjusa tar-reġjun li jkun.

Fil-Konferenzi tagħhom l-Isqfijiet jittrattaw dwar: qassisin tal-Kleru djoċesan li għandhom ikunu mitfugħin għax-xandir tal-Vanġelu lill-ġnus; is-sehem ta’ flus li kull djoċesi għandha tagħti, skont id-dħul tagħha, għax-xogħol tal-missjonijiet[86]; it-tmexxija u r-regolaz-zjonijiet tal-modi u l-mezzi li bihom il-missjonijiet huma megħjunin direttament; l-Istituti missjunarji u s-seminarji tal-kleru djoċesan għall-missjonijiet, li għandhom ikunu megħj-una; ir-rabtiet mill-qrib li għandhom jitqawwew bejn dawn l-istituti u d-djoċesijiet.

Bl-istess mod hi ħaġa li tmiss lill-Konferenzi tal-Isqfijiet li jitwaqqfu u jmexxu ‘l quddiem opri li minnhom dawk li, minħabba xogħol jew studju, ħallew l-artijiet tal-missjoni, ikunu milqugħin bħal aħwa u jkunu megħjuni b’kura pastorali xierqa. Bis-saħħa tagħhom, il-popli mbegħdin isiru, b’xi mod, tal-qrib, u lill-komunitajiet li huma nsara minnżmien ilu tingħatalhom l-okkażjoni mill-isbaħ li jitkellmu man-nazzjonijiet li għadhom ma semgħux il-Vanġelu, u li juruhom, fis-servizz tagħhom ta’ mħabba u ta’ għajnuna, il-wiċċ ġenwin ta’ Kristu[87].

 

39. Il-presbiteri jirrapreżentaw lil Kristu u huma l-koperaturi tal-ordni tal-Isqof, fix-xogħol qaddis bi tliet taqsimiet li minnu nnifsu għandu x’jaqsam mal-missjoni tal-Knisja[88]. Għal-hekk, għandhom jagħrfu bis-sħiħ li l-ħajja tagħhom ġiet ikkonsagrata wkoll għas-servizz tal-Missjonijiet. Minħabba li, bil-ministeru proprju tagħhom – li jinġabar l-aktar fl-Ewkaristija, li tipperfezzjona l-Knisja – jikkomunikaw ma’ Kristu r-Ras u jmexxu lill-oħrajn għal din ir-rabta, ma jistgħux ma jħossux kemm għad jonqos għall-milja tal-Ġisem (Tiegħu), u mela, kemm għandu jsir biex jikber dejjem aktar. Għalhekk huma jorganizzaw il-kura pastorali b’mod li tiswa għat-tixrid tal-Vanġelu fost dawk li mhumiex insara.

Il-qassisin, fil-kura pastorali tagħhom, għandhom iqajmu u jżommu fost il-fidili l-ħerqa għat-tixrid tal-Vanġelu fil-Knisja, billi jgħarrfuhom, bis-saħħa tal-Katekiżmu u l-prietki, dwar ix-xogħol tal-Knisja li xxandar lil Kristu lill-ġnus; billi jgħallmu l-familji nsara dwar il-ħtieġa u l-ġieh li jieħdu ħsieb il-vokazzjonijiet missjunarji fost l-ulied, subien u bniet, tagħom; billi jrawmu ħerqa missjunarja fiż-żgħażagħ tal-iskejjel u tal-għaqdiet Kattoliċi, biex hekk joħorġu minnhom ħabbara tal-Vanġelu għall-quddiem. Jgħallmu lill-fidili jitolbu għall-missjonijiet u ma jistħux jitolbuhom xi forma ta’ elemożina, donnhom magħmulin tallaba għall-Kristu u għas-salvazzjoni tal-erwieħ[89].

Il-professuri tas-Seminarju u tal-Universitajiet għandhom jgħallmu liż-żgħażagħ il-qagħda vera tad-dinja u tal-Knisja, biex jagħrfu l-ħtieġa li l-Vanġelu jixxandar aktar lil dawk li mhumiex insara u b’hekk titqawwa l-ħeġġa tagħhom. U fit-tagħlim tad-dixxiplini tad-dommatika, il-Bibbja, il-morali u l-istorja, jqiegħdu fid-dawl l-aspetti missjunarji li jinsabu fihom, biex b’dan il-mod titrawwem kuxjenza missjunarja fil-qassisin ta’ għada.

 

40. L-Istituti reliġjużi, ta’ ħajja kontemplattiva w attiva, kellhom sa issa u għandhom sehem mill-akbar fit-tixrid tal-Vanġelu fid-dinja. Il-Konċilju Mqaddes jagħraf bil-qalb il-merti tagħ-hom, u jiżżi ħajr ‘l Alla għal daqshekk taħbit imġarrab għall-glorja t’Alla u għall-qadi tal-erwieħ, u jħeġġeġ biex jissuktaw, mingħajr ma jegħjew, fix-xogħol mibdi, għaliex jafu li l-virtù tal-imħabba, li huma mistennija li jrawmu b’mod aktar perfett bis-saħħa tal-vokazzjoni, tqanqalhom u tobbligahom għal spirtu u xogħol tassew Kattoliku[90].

L-istituti ta’ ħajja kontemplattiva, bit-talb, bl-għemejjel ta’ tgħakkis u bin-niket, għandhom l-akbar importanza fil-konverżjoni tal-erwieħ, għaliex hu Alla li, wara li jkun mitlub, jibgħat ħaddiema fl-għalqa tiegħu (ara Mt 9,39), jiftaħ il-qlub ta’ dawk li mhumiex insara biex jisimgħu il-Vanġelu (ara Atti 16,14), u jagħmel li l-kelma tas-saħħa tagħti l-frott fi qlubhom (ara 1 Kor 3,7). Dawn l-Istituti huma mitlubin, anzi, li jwaqqfu djar fl-artijiet tal-missjonijiet, kif s’issa għamlu ħafna minnhom, biex hemm, b’mod li jaqbel mat-tradizzjon-ijiet tassew reliġjużi tal-poplu, waqt li jgħaddu ħajjithom, jagħtu fost dawk li mhumiex insara xhieda kbira tal-maestà u l-imħabba t’Alla u wkoll tal-għaqda fi Kristu.

Imbagħad, l-Istituti ta’ ħajja attiva, kemm dawk li jżommu skop kollu kemm hu missjunarju u dawk li mhumiex hekk, jistaqsu lilhom infushom bis-sinċerità quddiem Alla jekk jistgħux jifirxu l-ħidma tagħhom għat-tixrid tas-Saltna t’Alla fost il-Ġnus; jekk jistgħux iħallu xi ministeri tagħhom lil oħrajn, u hekk jagħtu saħħithom għall-missjonijiet, billi jaddattaw, jekk ikun meħtieġ, il-Kostituzzjonijiet tagħhom, iżda fl-ispirtu tal-Fundatur; jekk l-imseħbin tagħhom jiħdux sehem skont il-qawwa kollha tagħhom, fil-ħidma missjunarja; jekk id-drawwa tagħhom ta’ kif jgħixu hijiex xhieda tal-Vanġelu, li taqbel max-xeħta u l-qagħda tal-poplu.

Waqt li, bl-ispirazzjoni tal-Ispirtu s-Santu, l-Istituti sekulari jikbru dejjem iżjed fil-Knisja, ix-xogħol tagħhom, taħt is-setgħa tal-Isqof, jista’ jagħti l-frott taħt ħafna aspetti, bħala sinjal ta’ għotja sħiħa għat-tixrid tal-Vanġelu fid-dinja.

 

41. Il-lajċi jikkoperaw fix-xogħol tat-tixrid tal-Vanġelu tal-Knisja u jieħdu sehem bħala xhieda u fl-istess ħin, bħala strumenti ħajjin fil-missjoni tagħha ta’ salvazzjoni[91], l-iżjed jekk huma, imsejħaminn Alla, huma mitfugħin mill-Isqfijiet fuq dan ix-xogħol.

Fl-artijiet li huma nsara diġà, il-lajċi jikkoperaw fix-xogħol tat-tixrid tal-Vanġelu, waqt li jsaħħu fihom infushom u fl-oħrajn għarfien u mħabba tal-missjonijiet, inisslu vokazzjo-nijiet fil-familji tagħhom, fl-għaqdiet Kattoliċi u fl-iskejjel, waqt li joffru sussidji ta’ kull xorta, biex id-don tal-fidi, li huma laqgħu b’xejn, ikun jista’ jingħata lill-oħrajn.

Fl-artijiet tal-missjonijiet, imbagħad, il-lajċi, kemm jekk huma barranin jew indiġeni, għandhom jgħallmu fl-iskejjel, imexxu l-ħwejjeġ temporali, jaħdmu flimkien fil-ħidma parrokkjali u djoċesana, iwaqqfu u jmexxu ‘l quddiem għamliet varji ta’ apostolat tal-lajċi, biex il-fidili tal-Knejjes il-ġodda ikunu jistgħu jieħdu s-sehem tagħhom, kemm jista’ jkun malajr, fil-ħajja tal-Knisja[92].

Fl-aħħar, il-lajċi għandhom jagħtuminnrajhom koperazzjoni ekonomika-soċjali lill-popli li jinsabu fit-triq tal-iżvilupp; din il-koperazzjoni hija aktar ta’ min ifaħħarha aktar ma tolqot it-twaqqif ta’ dawk l-istituti li jmissu l-istruttura fondamentali tal-ħajja soċjali, jew li huma rregolati għall-formazzjoni ta’ dawk li huma responsabbli tal-politika.

Jixirqilhom tifħir partikolari dawk il-lajċi li fl-Universitajiet jew fl-Istituti xjentifiċi, imexxu ‘l quddiem, bl-istħarriġ storiku jew xjentifiku-reliġjuż tagħhom, l-għarfien tal-popli u tar-reliġjonijiet, waqt li jgħinu lill-ħabbara tal-Vanġelu, u jħejju djalogu ma’ dawk li mhumiex insara.

Huma għandhom jaħdmu flimkien bħal aħwa mal-insara l-oħrajn, ma’ dawk li mhumiex insara, u l-iżjed mal-imseħbin tal-assoċjazzjonijiet internazzjonali, waqt li jżommu dejjem quddiem għajnejhom dan, li “l-bini tal-belt tad-dinja jitwaqqaf fuq il-Mulej u jitmexxa lejh”[93].

Biex jitwettqu dawn ix-xogħolijiet kollha, il-lajċi jeħtieġu tħejjija neċessarja teknika u spiritwali, li għandha tingħata fl-Istituti mwaqqfin għal dan il-għan, sabiex il-ħajja tagħhom tkun xhieda lil Kristu fost dawk li mhumiex insara skont il-kelma tal-Appostlu: “la tkunx tfixkil la għal-Lhud, la għall-Griegi u lanqas għall-Knisja t’Alla. Bħalma jien ukoll infittex li nogħġob lil kulħadd, bla ma nqis dak li jaqbilli, imma dak li jaqbel lil kulħadd, biex ikunu salvi” (1 Kor 10,32-33).

 

42. Il-Padri tal-Konċilju, f’għaqda mal-Qdusija Tiegħu, waqt li jħossu bis-sħiħ id-dmir li jxerrdu kullimkien is-Saltna ta’ Alla, isellmu bl-imħabba kollha lill-ħabbara kollha tal-Vanġelu, l-iżjed lil dawk li qegħdin ibatu l-persekuzzjoni għall-isem ta’ Kristu[94].

Huma wkoll huma mqabbdin bl-istess imħabba li Kristu kien mixgħul biha għall-bnedmin. Waqt li jafu li hu Alla li għamel is-Saltna Tiegħu tiġi fid-dinja, jitolbu flimkien ma’ dawk kollha li jemmnu fi Kristu, biex bl-indħil ta’ Marija Verġni, is-Sultana tal-Appostli, il-ġnus jitwasslu kemm jista’ jkun malajr biex jagħrfu s-sewwa (1 Tim 2,4), u s-sebħ t’Alla li jiddi fuq il-wiċċ ta’ Kristu Ġesù, jdawwal lil kulħadd bis-saħħa tal-Ispirtu s-Santu (2 Kor 4,6).

Il-ħwejjeġ kollha mxandra f’dan id-Digriet għoġbu lill-Padri tal-Konċilju Mqaddes.  U aħna, bis-setgħa apostolika mħollija lilnaminnKristu, flimkien mal-Padri Venerabbli, napprovawhom fl-Ispirtu s-Santu, inwettquhom u nsaħħuhom, u kulma twaqqaf b’dan il-mod tal-Konċilju nordnaw li jkun imxerred għall-glorja ta’ Alla.

 

RUMA, F’SAN PIETRU, NHAR IS-7 TA’ DIĊEMBRU 1965

Jiena, PAWLU, Isqof tal-Knisja Kattolika

(Jiġu wara l-firem tal-Padri)

 

 

 


[1] Kost. Domm. “Lumen Gentium”

[2] S.Wistin, Enarr. in Ps.44,23 (P.L. 36,508; CChr 38,5I0)

[3] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 1

 [4] Ara S.Irinew, Adv.Haer,III, 18,1: Il-Verb li kien jeżisti ħdejn Alla, li bih sar kollox, u li kien dejjem preżenti għan- nisel uman…” (P.G. 7,932); id.IV,6,7: “Sa mill-bidu, infatti,l-Iben, waqt li qiegħed ħdejn il-ħlejqa tiegħu, jirrivela l-Missier lil dawk kollha li jrid il-Missier u fiż-żmien u bil-mod kif irid” (ib.990); ara IV, 20,6 u 7 (b.1037); Dimostrazzjoni nru.34 (“Patr. Or. XII, 773; “Sources Chret.,” 62, Paris 1958, p.87); Klement Aless. “Protrept.” 112,I (G.C.S. Klement I,79); “Strom.” VI, 6,44,I (G.C.S. Klement II,453); 13, 106, 3 u 4 (ib.485). Għad-duttrina,  iżda, ara Piju XII, “Radjumessaġġ” 31 Diċ.1962; Kost. Domm. “Lumen Gentium” 16

[5] Ara “Lhud” 1,2; Ġwanni 1,3 u 10; 1 Kor 8,6; Kol 1,16

[6] Ara S.Atanasju, “Ep. ad Epictetum”, 7 (P.G. 26,1060) ; S.Ċirillu ta’Ġerusalemm, “Catech” 4,9 (P,G. 33,465): Mario Vittorino, “Adv. Arium,” 3,3 (P.L. 8,1101; S.Bażilju, “Epist. 261,2 (P.G. 32,969); S.Gregorju Nazz., “Epist” 101 (P.G. 37,181); S.Gregorju Niss.,”Antirrheticus, Adv.Apollin.” 17 (P.G. 45,1156); S.Ambroġju, “Epist.” 48. 5 (P.L.16,1153; S.Agust. “In Iaon Ev.” tr.XXIII, 6 (P.L. 35), 1585; C.Chr 36,236; barra minn dan hu juri b’dan il-mod li l-Ispirtu s-Santu ma fdiniex, għaliex ma sarx bniedem; “De Agone Christ.” 22,24 (P.L. 40,302); S.Ċirillu Aless., (“Adv Nestor” 1,1 (P.G. 76,20); S.Fulġenzu, “Epist.” 17,3,5 (P.L. 65, 454); “Ad Trasimundum,” III, 21 (P.L. 65,284, dwejjaq u biżà).

[7] L-Ispirtu s-Santu hu dak li tkellem bis-saħħa tal-profeti: “Simb. Costantinopol.” (Denz Schoenmetzer, 150); S.Iljun il-Kbir, “Sermo” 76 (P.L. 54, 405-406); “Meta f’jum Għid il-Ħamsin l-Ispirtu s-Santu daħal fid-dixxipli tal-Mulej, ma kintx ħaġa ta’ bidu ta’don, iżda żjieda ta’ġenerożità, għaliex anki l-Patrijarki, l-Profeti, il-Qassisin u l-qaddisin kollha li għexu fl-ewwel żminijiet, kienu mqawwijin mill-opra qaddisa tal-istess Spirtu…anki jekk dak iż-żmien ma kinitx l-istess miżura ta’don”. Ukoll is-“Sermone” 77,I (P.L. 54, 412); Iljun XIII, Enċ “Divinum Illud” (A.S.S. 1897, 650, 651). Anki S.Ġwann Griżostmu, għad li jisħaq fuq l-oriġinalità tal-missjoni tal-Ispirtu s-Santu fil-jum ta’ Għid il-Ħamsin: “In Eph. c. 4 Hom.” 10,1 (P.G. 62,75)

[8] Is-Santi Padri jitkellmu sikwit dwarBabel u dwar Għid il-Ħamsin: Oriġeni, “In Genesim,” c. I (P.G.12,112); S.Gregorju Nazz. ,“Oratio” 41,16 (P.G. 36,499); S.Ġwann Griżostmu “Hom. 2 in Pentec. 2 (P.G.50,467). In “Act Apost.” (P.G. 60,44); S.Wistin “Enn. in Ps.” 54,11 (P.L.36,636;CChr. 39,664 ss.); “Sermo” 271 (P.L.38,1245); S.Ċirillu Aless., “Glaphyra in Genesim” II (P.G. 69,79); S.Gregorju l-Kbir, “Hom in Evang.”, Ktieb IIOm. 30,4 (P.L. 76,1222); S.Beda, “In Hexaem.”, ktieb III (P.L. 91,125). Ara wkoll ix-xbieha fl-atriju tal-Bażilika ta’ San Mark f’Venezja. Il-Knisja titkellem fl-ilsna kollha, u hekk tilqa’ ‘l kulħadd fil-Kattoliċità tat-twemmin: S.Wistin “Sermones” 266,267,268,269 (P.L. 38,1225-1237)); “Sermo” 175,3 (P.L. 38,946); S.Ġwann Griżostmu, “In Ep.1  ad Cor.”, Hom ,35 (P.G. 61,296); S.Ċirillu Aless., “Fragm.in Act” (P.G. 74,758); S.Fulġenzju, “Sermo” 8,2-3 (P.L. 65, 743-744). Dwar Għid il-Ħamsin, bħala konsagrazzjoni tal-Appostli għax-xogħol missjunarju tagħhom, ara J.A.Cramer, “Catena in Acta Ss. Apostolorum.”Oxford 1838, p.24 ss.

[9] Ara Luqa 3,22; 4,1; Atti 10,38

[10] Ara Ġwann k. 14-17; Pawlu VI, Diskors lill-Konċilju, magħmul fl-14 ta’ Settembru 1964 (A.A.S. 1964,807)

[11] Ara Kost. Domm. Lumen Gentium,4

[12] S.Wistin, “Sermo” 267,4 (P.L.38,1231): “L-ispirtu s-Santu jaħdem fil-Knisja kollha, bħalma l-qalb taħdem fil-biċċiet kolla ta’ ġisem wieħed”. Ara Kost. Domm. Lumen Gentium,7

[13] Ara Atti 10, 44-47; II,15, 15,8

[14] Ara Atti 4,8; 5,32; 8, 26,29,39, 31; 10; 11,24,28; 13,2,4,9; 16,6-7; 20,22-23;21,11 eċċ.

[15] Tertulljanu, “Apologeticum,” 50,13 (P.L. 1,534; CChr 1,171)

[16] San Tumas tkellem diġà dwar il-funzjoni appostolika tat-twaqqif tal-Knisja; ara “Sent.” Ktieb I, dist. 16, q.1, a.1sa 2 u sa 4; a.3; “Summa Theologica”, Ia, Iia, q.106, a.4 sa 4. Ara Benedittu XV, “Maximum illud”, 30 Novembru 1910 (A.A.S. 1919 445 u 443); Piju XI, “Rerum Ecclesiae” 28 ta’ Frar 1926 (A.A.S. 1926 74); Piju XII, 30 t’April 1939, lid-diretturi tal-Opri Pontifiċji Missjunarji; Id., 24 ta’ Ġunju 1944, id-diretturi tal-Opri Pontifiċji Missjunarji (A.A.S. 1944,210; mil-ġdid fi A.A.S. 1950,727, u 1951,508); Id,.29 ta’ Ġunju 1948,, lill-kleru indiġenu (A.A.S. 1948,374); Id. “Evangelii Praecones”, 2 ta’ Ġunju 1951 (A.A.S. 1951, 507);Id. “Fidei Donum”, 15 ta’ Jannar 1957 (A.A.S. 1957,236); Ġwanni XXIII “Princeps Pastorum,” 28 ta’ Novembru 1959 (A.A.S. 1959, 835; Pawlu VI, Omelija tat-18 t’Ottubru 1964 (A.A.S. 1964,911). Kemm il-Papiet, kemm il-Padri u kemm l-Iskulastiċi jitkellmu sikwit dwar it-tixrid tal-Knisja; S.Tumas t’Akwinu, “Commin Matth.” 16,28; Iljun XII, enċ “Sancta Dei Civitas (A.A.S. 1880,241); Benedittu XV enċ “Maximum illud” (A.A.S. 1919,442); Piju XI, enċ “Rerum Ecclesiae” (A.A.S. 1926,65)

[17] Jidher biċ-ċar li f’din l-idea tal-ħidma missjunarja huma mdaħħlin oġġettivament anki dawk il-patrijiet mill-Amerika Latina, fejn la hemm Ġerarkija proprja u anqas maturità ta’ ħajja nisranija, u anqas xandir biżżejjed tal-Vanġelu. Li dawn l-artijiet, imbagħad, ikunu jew ma jkunux magħrufin bħala missjunarji mis-“Santa Sede”, bla dubju, mhix ħaġa li tiddependi mill-Konċilju. B’danakollu, biex intennu r-rabta li hemm bejn l-idea tal-ħidma missjunarja u territorji determinati, ngħidu tassew li din il-ħidma “għall-inqas” tiġi mwettqa f’territorji magħrufin mis-“Santa Sede”

[18] Digriet “Unitatis Redintegratio.” 1

[19] Ara Kost. Domm; “Lumen Gentium”, 14

[20] Ara Ġwanni 7,18; 8,30 u 44; 8,50; 17,1

[21] Dwar dan il-kunċett sintetiku, ara d-duttrina ta’ S.Irinew dwar ir-Rikapitulazzjoni . Ara wkoll Ipollitu, “De Antichristo”, 3  “Waqt li jrid li lkoll isalvaw, jixtieq li jagħmel lil kulħadd iben Alla, waqt li jsejjaħ lill-qaddisin kollha għall-perfezzjoni ta’ bniedem wieħed…” (P.G. 10,732 G.C.S. “Hippolyt” 1,2, p.6); “Benedictiones Iacob”,7 (T.U. 38-I, p.18, IN. 4,SS); Origeni, In Iaonn.” I, n.16: Mela, infatti, fil-għarfa ta’ Alla, ikun hemm għemil wieħed ta’ dawk li jkunu waslu għand Alla taħt il-gwida ta’ dak il-Verb, li hu qrib Alla; b’dan il-mod l-ulied kollha jkollhom formazzjoni xierqa fl-għarfien tal-Missier, bħama bħal issa l-Iben jagħraf lil Missier (P.G. 14,49; G.C.S. Orig. IV,20); S.Wistin “De Sermone Domini in monte”, I,41: “Għandna nħobbu lil kemm jistgħu jiġu magħna lejn dawk is-salniet imbierka, fejn ħadd ma jgħid: “Missieri, iżda lkoll lil Alla, waħdieni jgħidu: Missierna” (P.L. 34,1250); S.Ċirillu Aless., “In Iaonn.” I “Aħna lkoll, infatti, aħna fi Kristu u l-persuna komuni tal-umanità terġa’ tieħu l-ħajja fih. Hu sewwasew għalhekk li hu ssejjaħ l-Adam il-ġdid… Fina, infatti, għammar dak, li minnu nnifsu hu Iben u hu Alla, hekk li fl-Ispirtu tiegħu nistgħu ngħajtu: Abba Missier! Il-Verb jgħammar f’kulħadd bħal f’tempju wieħed, li hu qajjem proprju għalina u minna, għaliex, waqt li jħaddan lil kulħadd fih innifsu, ilkoll f’ġisem wieħed – kif iwettaq S.Pawl – hu għamilna paċi mal-Missier” (P.G. 73,161-164)

[22] Benedittu XV, “Maximum Illud” (A.A.S. 1919, 445): “Infatti, bħalma l-Knisja hija Kattolika u mhix barranija għal ebda poplu u nazzjon…” Ara Ġwanni XXIII, enċ “Mater et Magistra”: “(Il-Knisja) b’jedd divin tinfirex mal-popli kollha…Il-Knisja, meta hi mdaħħla bil-ħajja tagħha ‘l ġewwa fost poplu, la hi u lanqas tqis lilha nnifisha bħala xi istituzzjoni, imsieħba estrinsikament ma’ dak il-poplu….Għaldaqstant kulma jidhrilhom li hu tajjeb u xieraq, huma (jiġifieri dawk li huma mwielda mill-ġdid fi Kristu) jilqgħuh u jipperfezzjonawh” (A.A.S. 1961,444)

[23] S.Irinew, “Ad.Haer.” III, 15, II n.3 (P.G. 7,919): Kieku l-predikaturi tas-sewwa u l-appostli tal-ħelsien.”

[24] Antif., 23 ta’ Diċembru

[25] Mt 24,31; Didachè, 10,5; Funk, p.32

[26] Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 17; S.Wistin “De Civitate Dei”, 19,17 (P.L.41,646). Istruzzjoni tal-Kongregazzjoni Mqaddsa “De Propaganda Fide” (Collectanea I n.135, p.42)

[27]Skont Origen,il-Vanġelu għandu jkun imxandar qabel it-tmiem ta’ din id-dinja: “Hom. in Luc.” XXI (G.C.S. Orig. IX, 136, 21 sg); “In Matth. comm. ser.” 39 (XI 75,25 sg,;76,4 sg); “Hom. in Ierem” III,2 (VIII, 308, 29 s); San Tumas, “Summa Theol.” 1a,1a, q.106, a.4 sa 4

[28] Ilarju ta’Poitiers, “In Ps.” 14 (P.L. 9,301); Ewsebju ta’ Ċesarea, “In Isaim” 51, 2-3 (P.G. 24, 462-463): Ċirillu Aless., “In Isaim” V kap.54, 1-3 (P.G.70, 1193)

[29] Ara diskors ta’ Pawlu VI miżmum fil-Konċilju fil-21 ta’ Novembru 1964  (A.A.S. 1964,1013)

[30] Ara Dik. “De Libertate Religiosa”, 2,4,10; Kost. “De Ecclesia in Mundo huius temporis”

[31] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 17

[32] Ara Kost. “De Sacra Liturgia”, 64-64

[33] Dwar dan il-ħelsien mill-jasar tax-xitan u tad-dlamijiet, ara fil-Vanġelu ta’ S.Mattew 12,28; Ġwann 8,44;

12,31 (ara 1 Ġwann 3,8; Ef 2,1-2). Ara r-rit ruman fil-liturġija tal-magħmudija

[34] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 14

[35] Ara S.Wistin, “Tract. in Ioann.” 11,4 (P.L. 35,1476)

[36] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”,9

[37] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 11,11,34

[38] Ara Kost. Domm. “De Divina Revelatione”, 21

[39] Ara Kost. Domm. Lumen Gentium, 12,35

[40] Ara l-istess 12,35

[41] Ara l-istess 11,35-41

[42] Ara Digriet “De Ecclesiis Orientalibus”,30

[43] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”,32; Digriet “De Apostolatu Laicorum”

[44] Ara Digriet “De Institutione Sacerdotali” 4,8,9

[45] Ara Ġwanni XXIII, “Princeps Pastorum” (A.A.S. 1959, 843-844)

[46] Ara Digriet “De Institutione Sacerdotali” ,1

[47] Ara “Digriet Oecumenismo”,4

[48] Ara Ġwanni XXIII “Princeps Pastorum” (A.A.S. 1959,842)

[49] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 29

[50] Ara Ġwanni XXIII, “Princeps Pastorum” (A.A.S. 1959,855)

[51] Dawk li huma msejħa “full time catechists”

[52] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium” 31,44

[53] Ara Ġwanni XXIII, “Princeps Pastorum” (A.A.S. 1959,838)

[54] Ara Digriet “De Presbyterorum Ministerio et Vita”, 11; Digriet “De Institutione Sacerdotali” ,2

[55] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 25

[56] Ara Digriet “De Presbyterorum Ministerio et Vita”, 10: biex jitħaffu inizjattivi pastorali ta’ xejra speċjali b’risq il-kategoriji soċjali diversi, hu maħsub fih it-twaqqif ta’ Prelaturi personali, sakemm jeħtieġ l-eżerċizzju aħjar tal-apostolat

[57] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 13

[58] Ara diskors ta’ Pawlu VI għall-Kanonizzazzjoni tal-qaddisin martri tal-Uganda (A.A.S. 1964,908)

[59] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”,13

[60] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”,17

[61] Bil-kelma “Istituzzjoni”, jinftehmu l-Ordnijiet, il-Kongregazzjonijiet, l-Istituti u l-Assoċjazzjonijiet li jaħdmu fil-Missjonijiet

[62] Ara Piju XI “Rerum Ecclesiae” (A.A.S. 1936,67-71); Piju XII “Saeculo exeunte” (A.A.S. 1940,256); “Evangeli Praecones” (A.A.S. 1951,506)

[63] Ara Benedittu XV “Maximum Illud” (A.A.S. 1919, 449-450)

[64] Ara Benedittu XV. “Maximum Illud” (A.A.S. 1919, 448-449); Piju XII “Evangelii Praecones” (A.A.S. 1951, 507). Fil-formazzjoni ta’ missjunarji qassisin, jeħtieġ jinħaseb ukoll dwar dak li xxandar id-digriet “De institutione Sacerdotali”, tal-Konċilju Vatikan II

[65] Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 41

[66] Ara Benedittu XV “Maximum Illud” (A.A.S. 1919, 440); Piju XII, “Evangelii Praecones” (A.A.S. 1951, 507)

[67] Benedittu XV “Maximum Illud” (A.A.S. 1919,448); Digriet tal-Kongregazzjoni Mqaddsa ta’ “Propaganda Fide” 20 ta’ Mejju 1923 (A.A.S. 1923,369-370); Piju XII, “Saeculo exeunte” (A.A.S. 1940,256); “Evangelii Praecones” (A.A.S. 1951,507); Ġwanni XXIII, “Princeps Pastorum” (A.A.S. 1950, 834-844)

[68] Digriet “De Institutione Sacerdotali”, 19-21; Kost. Domm. “Sedes sapientiae” mal-Istituti ġenerali

[69] Piju XII, “Evangelii Praecones” (A.A.S. 1951, 523-524)

[70] Ara Benedittu XV “Maximum Illud” (A.A.S. 1919, 448); Piju XII, “Evangelii Praecones” (A.A.S. 1951, 507)

[71] Ara Piju XII, “Fidei Donum” (A.A.S. 1957,234)

[72] Ara “De Praesbyterorum ministerio et vita”, 10; fih jittratta dwar id-djoċesijiet u l-Prelaturi personali, u dwar argumenti analogi oħrajn

[73] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 18

[74] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 23

[75] Ara Motu Proprju “Apostolica Sollicitudo” tal-15 ta’ Settembru 1965

[76] Ara Pawlu VI, Diskors konċiljari tal-21 ta’ Novembru 1964 (A.A.S. 1964)

[77] Ara Benedittu XV “Maximum Illud” (A.A.S. 1919, 39-40)

[78] Jekk għal raġunijiet partikolari xi missjonijiet jiddependu għal xi żmien minn Dikasterji oħrajn, hu tejjeb li dawn id-Dikasterji jżommu relazzjoni mal-Kongregazzjoni Mqaddsa ta’ “Propaganda Fide”, sabiex ikun jista’ jkun hemm, fl-organizzazzjoni fit-tmexxija tal-Missjonijiet kollha, kriterju direttiv tabilħaqq jaqbel w uniformi

[79] Ara Digriet “De Pastorali Episcoporum munere in Ecclesia”, 35,4

[80] Ara Digriet “De Pastorali Episcoporum munere in Ecclesia”, 36-38

[81] Ara Digriet “De Pastorali Episcoporum munere in Ecclesia”, 35,5-6

[82] Ara Digriet “De Occumenismo”,12

[83] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium” 23,24

[84] Ara Benedittu XV “Maximum Illud” (A.A.S. 1919, 453-454); Piju XI “Rerum Ecclesiae” (A.A.S. 1926, 71-73); Piju XII “Evangelii Praecones” (A.A.S. 1951, 525-526); Id. “Fidei Donum” (A.A.S. 1957, 241)

[85] Ara Piju XII “Fidei Donum” (A.A.S. 1957, 245-246)

[86] Digriet “De pastorali Episcoporum munere”, 6

[87] Ara Piju XII “Fidei Donum” (A.A.S. 1957, 245)

[88] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 28

[89] Ara Piju XI “Rerum Ecclesiae” (A.A.S. 1926, 72)

[90] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium”, 44

[91] Ara l-istess 33,35

[92] Ara Piju XII “Evangelii Praecones” (A.A.S. 1951, 510-511); Ġwanni XXIII “Princeps Pastorum” (A.A.S. 1959, 851-852)

[93] Ara Kost. Domm. “Lumen Gentium” 46

[94] Ara Piju XII “Evangelii Praecones” (A.A.S. 1951, 527); Ġwanni XXIII “Princeps Pastorum” (A.A.S. 1959, 864)

 

Ħajr lil Ms Roberta Tonna tax-xogħol ta’ typing.

Ikkumenta fuq Facebook

kummenti

Email
Print
WP Socializer Aakash Web