Triq Waħda – 23 ta’ Marzu
Fuq ONE fil-11.20am
Christine Delicata llum ser titkellem ma Fr. Ray Zammit fl-ewwel parti tal-programm dwar il-Madonna jew aħjar kif is-suġġett jissejjaħ, Marjoloġija. Propju ser nisimgħu min kienet Marija, kif kienet magħżulha min Alla, u dwar l-istudji li saru sakemm il-Knisja aċċettat li l-Madonna kienet mingħajr dnub, u li telgħet is-sema bir-ruħ u bil-ġisem.
Fit-tieni parti tal-programm ser niltaqgħu ma’ Mildred Falzon, mill Fokolari, li sa min minndu kienet għadha tifla, l-ġenituri tagħha kellhom devozzjoni kbira lejn il-Madonna, devozzjoni li tawha lit-tfal tagħhom. Illum ukoll ser inkomplu nisimgħu dak li għandu x’jgħidilna l-Papa Frangisku u fl-aħħar parti Sr. Anna Mallia u Sr. Josefa Camilleri, ser isajru il-KWAREŻIMAL.
Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cam Productions int. Direzzjoni Fr. Louis Mallia mssp.