Waqtiet – It-Tnejn 18 sal-Ġimgħa 22 ta’ Marzu
Fuq TVM fil-5.35PM
Fuq TVM2 fis-7.30PM
Fr. Mark Ciantar, ser jitkellem dwar is-sbuħija ta’ l-ambjent u kif aħna għanda nibżgħu għalih. Giovann Tabone tkellem dwar is-sbuħija li tista’ tara fil-bniedem anke jekk dan ikun qed jgħix fil-faqar u l-miżerja. Martin Chetcuti ser jitkellem dwar iż-żgħażagħ u l-possibiltajiet li llum għandhom fid-dinja tax-xogħol. Mary Rose Lewis titkellem dwar l-importanza tat-talb u Fr. Marcello Ghirlando ofm jitkellem dwar il-ħtieġa tal-qari, tal-qari tajjeb li jista’ jmexxina matul ħajjitna.