Sibtilfidi – 22 ta’ Frar 2014
Live fuq NET TV fis-6.05pm
MASSIMILIANA De Martino f’dan il-programm ser tiffoka fuq il-Verġni Mbierka, jiġifieri Marija omm Ġesu’. Marija hija dik li tgħina nimxu fit-triq it-tajba u tgħaqqadna ma binha Ġesu’.
L-evanġelju skont San Mattew ser jiġi spjegat mil-kappillan ta’ Ħaż-Żabbar. Ser inkunu nafu wkoll aktar dwar il-knisja sabiħa ddedikata lil Madonna tal-Grazzja. Fr. Chris ser ikun fl-istudios biex jitkellem dwar dan kollu flimkien ma xi żgħażagħ oħra.
Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cam Productions int. Direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.