Triq Waħda – Il-Ħadd 23 ta’ Frar
Triq Waħda – Il-Ħadd 23 ta’ Frar fil-11:20am fuq ONE
Christine Delicata f’dan il-programm ser titkellem ma Fr. Ray Zammit, dwar Ġesu’ fl-istorja u f’ħajjitna. Din l-ewwel intervista’ tal-programm ser tkun interessanti ħafna għaliex ser nirrealizzaw li mingħajr l-għajnuna ta’ Ġesu’ ma nistgħux insalvaw. Ġesu’ li bata u miet għalina. Għall-esperjenza Christine ser titkellem ma Tonio Farrugia, li f’punt kruċjali f’ħajtu kellu konverzjoni u żar għal diversi drabi l-Art Imqaddsa.
Fl-aħħar parti tal-programm illum Christine u t-tim tal-produzzjoni mar jiffilma lis-sorijiet tal-klawsura tal-Birgu biex narawhom isajru torta tajba ta’ l-irkotta.
Feature li qed jingħoġob ħafna huwa wkoll dwar dak li qed jgħid il-Papa Frangisku .
Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cam productions int. Direzzjoni Fr louis Mallia u Marthese Brincat