[2] Vatikan II: Ftit statistiċi
It-teżor tal-Konċilju Vatikan II bla dubju nistgħu nsibuh fis-16-il dokument li l-Konċilju ppublika, kif ukoll fit-tiġdid li l-Ispirtu s-Santu ġab fil-Knisja. Madanakollu tajjeb ukoll li qabel niflu ftit fatti impressjonanti ta’ dan il-proġett.
B’kollox kien hemm 168 laqgħa ġenerali u 10 laqgħat fejn l-isqfijiet iltaqgħu kollha flimkien (plenarji). Matul il-kors tal-laqgħat ġenerali inqraw b’kollox 147 introduzzjoni jew rapporti u b’kollox ingħataw 2,212-il diskors. Kien hemm ukoll 4,361 intervenzjonijiet miktuba. L-attendenza medja ta’ l-isqfijiet kienet ta’ madwar 2,200 kuljum, l-iktar darba kienet ta’ 2,392 li ntlaħqet fis-6 ta’ Diċembru 1965.
Matul l-4 sezzjonijiet, mietu 242 Missier Konċiljari, inklużi 12-il Kardinal. In-numru ta’ esperti (hekk msejjħa periti) kien ta’ 460, li minnhom 235 kienu qassisin djoċesani, 45 Ġiżwita, 42 Dumnikan u 15-il patri Franġiskan.
Ovvjament, l-istatiċi ma jgħidux l-istorja kollha tal-Konċilju. Madanakollu juru wkoll r-rikkezza tal-proġett ambizzjuż ta’ Ġwanni XXIII.
A Vatican II Journey: Fifty Milestones
Kull dritt riservat © 2012 – James H. Kroeger