[1] Konċilju Vatikan II: Introduzzjoni
Il-Konċilju Vatikan II kien il-wieħed u għoxrin konċilju ekumenikutal-Knisja. Kien inawgurat fil-11 ta’ Ottubru 1962 u kien maqsum f’4 sessjonijiet. Baqa sejjer sat- 8 ta’ Diċembru 1965. Bla dubju, fil-qasam ekkleżjali (tal-Knisja), il-Kunsill kien l-iktar mument sinifikanti tas-seklu għoxrin.
Kien fil-25 ta’Jannar 1959, inqas minn mitt ġurnata mill-elezzjoni tiegħu, Papa Ġwanni Pawlu XXIII ħabbar ix-xewqa tiegħu li jiftaħ il-Konċilju. Ħafna nies kienu sorpriżi bil-fatt li dan il-Papa, hekk imsejjaħ “ta’ transizzjoni” (kellu diġa 77 sena) kien ser jibda dan il-proġett enormi.
Ġwanni XXIII tkellem fuq tlett raġunijiet prinċipali għall-Kunsill: (1) It-tiġdid spiritwali tal-Knisja, (2) l-aġġornament ta’ l-attitudnijiet pastorali li l-Knisja tuża biex twassal il-messaġġ tagħha (hekk imsejjaħ aggiornamento) (3) kif ukoll mezz kif ikompli jippromwovi l-għaqda bejn l-Insara.
Din is-sena l-Knisja qiegħda tiċċelebra il-ħamsin anniversarju mill-bidu tal-Kunsill (1962-1965). Aħna lkoll aħna mistiedna biex nsiru nafu iktar mill-qrib u napprezzaw il-frott li dan il-Kunsill ħallielna.
A Vatican II Journey: Fifty Milestones
Kull dritt riservat © 2012 – James H. Kroeger